Fehma filosofika dwar ir-relazzjoni ta’ bejn il-Fidi u r-Raguni

Il-kwestjoni filosofika klassika tar-relazzjoni ta’ bejn il-Fidi u r-Raguni tistharreg jekk, fl-ahhar mill-ahhar, hemmx kontradizzjoni jew kompatibbiltà bejn il-konkluzjonijiet li kull wahda tasal ghalihom separatament. Fi kliem iehor, tistharreg jekk il-verità tal-Fidi u l-verità tar-Raguni humiex l-istess verità jew xi veritajiet differenti. Ovvjament, kemm il-Fidi u kemm ir-Raguni isostnu li jistghu jaslu ghall-verità, jew ghallanqas ghal xi veritajiet. Dan millanqas jimplika, l-ewwelnett, li huma certi minn dak li jsostnu li jafu, jigifieri jafuh b’certezza; u t-tieni, li ghandhom mod kif jaslu ghal dak li jsostnu li jafu. Izda qabel ma nistharrgu kemm dan li jsostnu l-Fidi u r-Raguni jaghmel sens, jidhirli li hu mehtieg li naghmlu xi riflessjonijiet dwar dik li kemm il-Fidi u kemm ir-Raguni jsejjhu ‘verità’.

Veritajiet reali u irreali

Biex xi haga tissejjah ‘vera’ jew ‘falza’, l-ewwelnett jehtieg li tezisti b’xi mod. Huwa twemmin qadim hafna, rikonoxxut millanqas sa minn zmien Parmenide fir-raba’ seklu qabel Kristu, li l-bniedem m’ghandux il-hila mentali li jahseb f’dak li ma jezisti b’ebda mod. Ahna necessarjament nahsbu (u ma nistghux naghmlu mod iehor) dwar hwejjeg ezistenti. Jinghad ukoll li dawn il-hwejjeg ezistenti li nahsbu dwarhom jistghu jkunu kemm reali u kemm irreali. Nghidu ahna, jekk nahseb f’unikornu, inkun qed nahseb f’xi haga li tezisti (fil-fantasija), imma li hija irreali (ghax unikorni la qatt kien hawn u lanqas qatt ma jkun hawn). Ghaldaqstant, dak li jissejjah ‘reali’ (l-oggett tal-hsieb) b’xi mod irid ikun jaqbel mar-realtà tal-fatti indipendentement mill-hassieb (is-suggett tal-hsieb).

Fil-kaz tal-unikornu mhuwiex difficli tikkonkludi jekk stqarrija li ssostni li xi hadd ra xi wiehed minnhom hijiex vera jew falza, ghax nafu bic-cert li l-ezistenza reali ta’ unikornu ma taqbilx mar-realtà tal-fatti. Imma stqarrijiet bhal dawk li jsostnu, nghidu ahna, li Alla jezisti, jew li xi hadd ra fantazma, jew li tezisti dik li tissejjah ‘kombustjoni umana spontanja’, dawn huma hafna aktar difficjli biex tikkonkludi humiex veri jew foloz; reali jew irreali. L-istess jghodd ghal stqarrijiet ta’ apprezzament, nghidu ahna bhal dawk li jsostnu li Ghawdex hi isbah minn Malta, jew li n-nisa jsuqu l-karozza ahjar mill-irgiel, jew li l-arti ta’ Picasso hija isbah minn dik ta’ Renoir.

F’dawn il-kazijiet, huwa difficli ferm li tivverifika r-realtà tal-fatti li fuqha, presumibbilment, hija bbazata l-vericità jew il-falzità tal-istqarrijiet. Il-kwestjoni mhijiex jekk f’dawn il-kazijiet jezistix jew le l-oggett tal-hsieb; ghax b’xi mod, imqar fil-fantasija, jezisti zgur. Il-kwestjoni hi jekk dak li jigi sostnut li jezisti ghandux realtà oggettiva, indipendentement mis-suggett tal-hsieb, jew huwiex sempliciment xi haga suggettiv li jezisti biss fil-mohh tal-hassieb bhala hlieqa, fantasija, hrafa, tbassir jew sthajjil.


L-ezistenza

Il-qalba ta’ dan li qeghdin nghidu hawnhekk tistrieh fuq zewg kuncetti fundamentali: dik li nsejjhu ‘realtà’ u dik li nsejjhu ‘ezistenza’. Ghall-mument, ejjew inhallu fil-genb realtajiet suggettivi, jigifieri dawk li jiddependu biss fuq is-suggett tal-hsieb, ghax dawn hemm kriterji ghalihom biex tiggudikahom li ma jaghmlu xejn biex jiccarawlna l-kuncett ta’ verità. Dawn ir-realtajiet suggettivi huma biss impressjonijiet jew fehmiet ta’ dawk li jaghmluhom.

Hija r-realtà oggettiva li hafna drabi tigi kkwalifikata bhala l-‘verità’, jigifieri kull oggett tal-hsieb li jitqies bhala oggettivament reali. Infatti, xi kultant tissejjah ukoll ‘verità oggettiva’. Minnha nnifisha, din l-ghamla ta’ realtà titqies indipendenti mis-suggett tal-hsieb, jigifieri tezisti minghajru u m’ghandhiex bzonnu biex tezisti. Jinghad li, jekk jintemm ghal kollox kull suggett tal-hsieb, din tibqa’ ma tigix affettwata bl-icken mod u tibqa’ kif inhi bhallikieku ma gara xejn. Jekk tinnota, f’dan li jinghad, l-‘ezistenza oggettiva’ u l-‘verità oggettiva’ jissemmew u jintuzaw bhallikieku kienu sinonimi ghal xulxin. Imma fil-fatt, wiehed jista’ jistaqsi, x’ma jigix affettwat bl-icken mod u jibqa’ kif inhu bhallikieku ma gara xejn li kieku ma jezistix suggett tal-hsieb? L-ezistenza oggettiva jew il-verità oggettiva? Tassew li dawn it-tnejn ghandhom jitqiesu sinonimi ghal xulxin?

It-terminu ‘ezistenza’ jirreferi ghall-affarijiet li jezistu, bhall-gebel, is-sigar, il-bahar, il-pjaneti, gisimna u l-bqija. Huwa l-affarijiet li nsibu madwarna. Dawn ma hloqnihomx ahna. Sibnihom hawn madwarna u nghixu maghhom. L-ezistenza stess taghhom ma tiddependix minna, ghalkemm ahna tghallimna s-sengha li nibdlu l-ghamla jew l-ghadd ta’ xi whud minnhom. Hekk, nghidu ahna, naqtghu l-gebel u nahdmuh fi strutturi ghall-abitazzjoni, nizirghu s-sigar jew nivvintaw suriet godda, inkattru l-ghadd ta’ bnedmin u l-bqija. Fi kliem iehor, ahna nimmanipulaw il-materja prima li tipprovdilna n-natura u nibdluha ghall-iskopijiet taghna. Imma l-materja la nistghu noholquha mix-xejn u lanqas ma nistghu neqirduha ghal kollox. Nistghu biss nibdluha. Dan l-ghemil taghna, fil-fatt, isegwi l-istess azzjoni naturali. Ghax, bhalma ilu maghruf hafna sa minn zmien il-qadim, il-materja fizika la tista’ tinholoq mix-xejn u lanqas tista’ tinqered ghal kollox. Li taghmel hu li tinbidel u tiehu ghamliet godda. Nghidu ahna, il-materja fizika solida tista’ titfarrak fi bcejjec izghar, jew issir gass jew likwidu. L-istess il-materja fizika likwida jew gassika: din tista’ tiehu ghamla solida. Imma f’dan il-process interminabbli, xejn ma jinholoq mix-xejn u xejn ma jinqered ghal kollox.

Tifsir u skop

Fi kliem iehor, l-ezistenza hi dik li hi, ghallanqas f’din is-sura ta’ holqien li nghixu fiha f’dan il-mument partikulari tal-istorja twila tal-univers taghna. Prattikament, fl-istorja relattivament qasira tal-gens uman, hi l-unika ezistenza li nafu. Din l-ezistenza hi ‘moghtija’ lilna, fis-sens li la ghazilniha ahna u lanqas nistghu naghzluha minn xi ghamla ta’ ezistenza ohra. Hija din biss li sibna madwarna u, irridu jew ma rridux, biha rridu nghixu. L-ezistenza hi perfettament oggettiva.

Imma ahna l-ezistenza ‘nibdluha’ anki b’mod mhux fiziku. Dan naghmluh billi ninterpretawha jew naghtuha xi ghamla ta’ tifsir jew siwi. Naturalment, din il-bidla ma taghmel xejn biex taffettwa s-sura fizika nnifisha tal-materja. Li taghmel hu li tqis jew tara l-ezistenza b’modi interpretattivi differenti. Hekk, nghidu ahna, insostnu li xi haga hi sabiha jew kerha, li xi haga hi kbira jew zghira, li xi haga hi perfetta jew imperfetta, li xi haga hi hawn u mhux hemm, li xi haga hi utli jew inutli, li xi haga hi ordnata jew dizordnata, u l-bqija. Fil-fatt, naghmlu aktar minn hekk. Insostnu, nghidu ahna, li xi haga ghandha dan is-sens partikulari u mhux iehor. Insostnu li xi haga tezisti ghal dan l-iskop u mhux ghal xi skop iehor.

Izda fiha nnifisha l-ezistenza ma hi xejn minn dan kollu. L-ezistenza fizika la ghandha skop u lanqas fiha sens. Sempliciment tezisti. Dan japplika ghall-ezistenza b’mod generali daqskemm ghal kull parti taghha; jghodd ghall-hwejjeg inanimati daqskemm ghal dak kollu animat; jghodd ghall-affarijiet fihom infushom daqskemm ghal kull process naturali li jsehh fihom u bihom. Hekk kienet l-ezistenza sa minn dejjem u hekk tibqa’ ghal dejjem: minghajr ebda raguni ta’ xejn ghalfejn tezisti u minghajr ebda objettiv ghall-ezistenza taghha stess. Tezisti. U daqshekk.

Huwa l-bniedem―is-suggett tal-hsieb―li jaghti lill-ezistenza tifsir, ixiddilha siwi u jara fiha skop, allavolja hi minnha nnifisha la ghandha l-wahda u lanqas l-ohra. Il-bniedem dan jaghmlu b’mod ghal kollox suggettiv, artificjali u arbitrarju. Il-bniedem jaghraf u jirrikonoxxi l-ezistenza. Jilmahha madwaru u hu konxju taghha. Imma ma jistax jaghrafha jew jirrikonoxxiha b’mod passiv (jew ‘innocenti’), jigifieri minghajr ma jimponi fuqha t-tifsir li jrid u s-siwi li jidhirlu, jew jisthajjel xi skop li ghandha. Huwa dan l-gharfien u dan ir-rikonoxximent li jista’ jissejjah ‘realtà’.

Ir-realtà

It-terminu ‘realtà’ m’ghandux jirreferi ghall-ezistenza fiha nnifisha. Ghandu jirreferi ghal dak li l-bniedem isostni li hi l-ezistenza. Meta nirreferu ghal stqarrija bhala ‘realtà’ ma nkunu qed nghidu xejn sustantiv dwar l-oggett tal-hsieb. Dan huwa ghal kollox indifferenti ghal kull tifsir, siwi jew skop li nistghu naghtuh. It-terminu ‘realtà’ jghid biss xi haga dwar is-suggett tal-hsieb, jigifieri fuq dak stess li jipprogetta t-tifsir, is-siwi jew skop fuq l-ezistenza oggettiva. Dik li ahna nsejjhu ‘realtà’ ma tindikax stqarrijiet li jinkludu xi predikazzjoni oggettiva dwar l-ezistenza; ma tghid xejn dwar l-ezistenza fiha nnifisha. Tindika biss predikazzjoni suggettiva, artificjali u arbitrarja tas-suggett tal-hsieb fuq xi haga li jaghraf u jirrikonoxxi ‘lil hinn’ jew ‘maqtugh’ minnu.

Dik li ahna, bhala suggetti tal-hsieb, nirreferu ghaliha bhala ‘realtà’ hi reali ghalina biss. L-ezistenza mhijiex reali ghaliha nnifisha, ghax la hi konxja taghha nnifisha, la taghraf lilha nnifisha u lanqas tirrikonoxxi lilha nnifisha. Huwa ahna, u ahna biss bhala suggetti tal-hsieb, li naghmlu dan. Ghalhekk dik li ahna nsejjhu ‘realtà’ hija l-ezistenza rikonoxxuta jew maghrufa. Hija reali ghalina biss, ghax huwa ahna biss li ghandna mohh li jaghraf li qed jaghraf; li hu konxju mill-gharfien tieghu stess; li jirrikonoxxi li qed jaghraf. Il-bqija tal-ezistenza dan ma taghmlux. Hija biss ezistenza, minghajr rikonoxximent, gharfien jew taghrif taghha nnifisha. Ghaldaqstant, ma jistax jinghad li l-ezistenza ghandha xi gharfien ta’ realtà. Tezisti biss.
Minghajrna, jigifieri minghajr suggett tal-hsieb, ma tezisti ebda realtà. Tezisti biss l-ezistenza. Necessarjament jehtieg l-gharfien biex l-ezistenza tigi kkwalifikata b’xi mod bhala realtà. Ghalhekk, minghajr gharfien―li effettivament ghandu l-bniedem biss―ma nistghux nitkellmu dwar realtà, ghax sempliciment ma tkunx tezisti. Huwa l-gharfien taghna, il-fatt li ahna nafu li nafu, li taghmel ir-realtà possibbli.

Minn hawn jigi li din ir-realtà hi dejjem suggettiva, artificjali u arbitrarja. Hija suggettiva ghax tiddependi biss u esklussivament fuq l-intellett taghna bhala suggetti tal-hsieb. Hija artificjali ghax l-ezistenza, b’mod naturali, ma ghandha ebda realtà fiha nnifisha; ghandha biss l-ezistenza taghha nnifisha. Hija arbitrarja ghax ir-rikonoxximent tal-ezistenza jsir biss fuq il-bazi ta’ informazzjoni li jipprovdilna mohhna stess, minghajr ebda rabta mal-ezistenza nnifisha, jew anki minghajr ma ‘jircievi’ xejn mill-ezistenza nnifisha. Dik li nsejjhu ‘realtà’ hija purament interpretazzjoni taghna ta’ dak li naraw u nagharfu li jezisti madwarna.

Ir-Raguni

Biex nigu lura ghal dak li bdejna bih, ghandna nghidu li r-Raguni umana, meta tistqarr li qed tittratta mar-realtà, qieghda fil-fatt tittratta biss mas-suggettività, l-artificjalità u l-arbitrarjetà taghha nnifisha. Ir-Raguni taghraf u tirrikonixxi l-ezistenza u taghtiha tifsir, siwi u xi kultant skop. Ir-Raguni hi limitata biha nnifisha. Il-fruntieri taghha huma x-xfar tar-Raguni stess. Dik li nsejhu ‘realtà’ tibda u tieqaf mal-limiti tal-fakultajiet mentali taghna.

Dan japplika wkoll ghal dik li nsejhu l-‘verità’. Meta r-Raguni taghti tifsir, siwi jew skop lill-ezistenza―u din issejhilha ‘verità’―ma tkun qed tghid xejn dwar l-ezistenza fiha nnifisha, imma tkun biss qed issawwar f’ghamla ta’ stqarrijiet dak li hi stess tkun gharfet jew irrikonoxxiet fl-ezistenza. Fi kliem iehor, tkun qed titkellem dwarha nnifisha; dwar il-mod kif thares lejn l-ezistenza. Ghaldaqstant, bhal fil-kaz tar-realtà, dik li nsejjhu ‘verità’ hi wkoll suggettiva, artificjali u arbitrarja.

Dan ma jfissirx li, meta tistqarr jew isostni xi haga dwar l-ezistenza, ir-Raguni ma tkun qed tghid xejn dwarha. Tkun qed tghid xi haga b’mod limitat u b’mod tentattiv, ghax is-suggettivizmu taghha, l-artificjalità taghha u l-arbitrarjetà taghha ma jistghu jwarrbu qatt ghal kollox mill-processi tar-ragunamenti taghha. Barra minn hekk, kull sinjalazzjoni lingwistika li tuza biex taghmel l-istqarrijiet taghha hija purament frott l-arbitrarjetà taghha. Il-qamar, nghidu ahna, oggettivament ma jismux ‘qamar’. Il-qamar m’ghandu ebda isem. Jezisti biss. Huwa l-bniedem li jaghtih dan l-isem. Tant hu arbitrarju dan l-isem li dak li ahna nsejjhu ‘qamar’, xi whud isejjhulu ‘luna’, ohrajn ‘tungl’, ohrajn ‘moon’, u l-bqija. Kulhadd kif ifettillu. Dan jghodd ghas-siwi u t-tifsir li naghtu lil din il-pjaneta u lil kull haga ohra.

Jghodd ukoll ghal gudizzji ta’ valur, bhan-numru 3, nghidu ahna. Fl-ezistenza oggettiva ma jezisti ebda numru 3. Tliet pjaneti hdejn xulxin mhumiex ‘3’; huma pjaneta, pjaneta u pjaneta. Huwa l-bniedem li jissenjalhom bhala ‘3’. Ghaldaqstant, in-numru ‘3’ m’ghandu ebda realtà jew verità oggettiva separata mis-suggett tal-hsieb, bhalma jsostnu l-bicca l-kbira tar-Realisti, il-Kuncettwalisti, in-Nominalisti, ix-Xettici u l-Konvenzjonalisti. Huwa purament suggettiv, artificjali u arbitrarju.

Il-Fidi

Min-naha l-ohra, il-Fidi ssostni li tista’ tkun taf il-verità ghax jgharrafulha Alla, inkluz l-ezistenza Tieghu stess. Imma dan it-taghrif qatt ma jista’ jkun shih, ghax inkella nkunu ahna wkoll Allat, li hu illogiku. Ghall-argument, Alla jista’ jgharraf lill-bniedem xi haga minnu nnifsu, imma ma jistax jgharraf lill-bniedem dak kollu li Hu. It-taghrif li presumibbilment nircievu minghand Alla, kemm permezz tal-ispirazzjoni u kemm permezz tar-rivelazzjoni, hu dejjem nieqes. Qatt, lanqas wara mewtna, ma nistghu nsiru lil Alla kollu kemm hu. Ghaldaqstant, kull ispirazzjoni jew rivelazzjoni li jaghtina Alla dejjem jonqos mill-verità perfetta.

Terga’ u tghid, jekk Alla jispirana b’xi verità jew jaghtina xi rivelazzjoni dwarha, dejjem jaghmel dan skond il-hiliet intellettivi taghna; skond kif kapaci nifhmu ahna. Ghalhekk Alla ma jistax jirrivelalna lilu nnifsu b’mod ‘safi’ jew kif inhu fih innfisu. Ir-rivelazzjoni tieghu trid toqghod dejjem ghall-limitazzjonijiet mentali taghna. Anki hawnhekk, dik li nsejhu ‘verità’ dwar Alla jew dwar l-affarijiet li jirrevelalna Hu tibda u tieqaf mal-limiti tal-fakultajiet mentali taghna. Ma nistghux inkunu nafu aktar minn hekk, ghax m’ghandniex kapacità fakultattiva mentali ghalih. Dak li nafu dwar Alla jew dwar ir-rivelazzjonijiet tieghu, inkluz dak moghti lilna min Gesù Kristu nnifsu, huwa necessarjament limitat u tentattiv. Infatti, skond l-Iskrittura stess, bhal fl-Ittra lill-Lhud (1:1-2), Alla rrevela lilu nnifsu gradwalment, skond ma l-bniedem seta’ jifhem minn zmien ghal zmien. Anki r-rivelazzjoni ‘shiha’ permezz ta’ Gesù, fl-istat limitat taghna ahna ma nistghux nagharfuha jew nifhmuha kollha kemm hi, ghax hija bil-wisq lil hinn mill-hiliet mentali u spiritwali taghna. Dan jghodd ghal kull ‘verità’ dommatika li ahna nistqarru. Huma modi limitati u tentattivi ta’ kif nifhmu l-kontenut tar-rivelazzjonijiet moghtija lilna minn Alla. Xi whud, infatti, imorru aktar ’il boghod minn hekk u jsostnu li kull rivelazzjoni divina hija necessarjament dwar dak li Alla mhuwiex. Bhal, nghidu ahna, jekk hu rivelat li ‘Alla hu mhabba’, dan it-terminu ‘mhabba’ huwa hekk uman fit-tifsira u l-kontenut tieghu li realment Alla hu kollox barra mhabba.

Naturalment, dak li nghad aktar ’il fuq dwar is-sinjalazzjonijiet lingwistici li tuza r-Raguni biex taghmel l-istqarrijiet taghha japplika wkoll fil-kaz tas-sinjalazzjonijiet lingwistici li tuza l-Fidi biex tistqarr ir-rivelazzjonijiet li presumibbilment tircievi minghand Alla. Dawn ukoll huma purament frott l-arbitrarjetà taghna. Nghidu ahna, l-uzu tal-kelma ‘persuna’, kemm meta wzata ghas-suggett uman u kemm meta wzata ghat-tliet ‘realtajiet’ tat-Trinità Mqaddsa, hija imperfetta, difettuza u limitata. L-istess meta nuzaw kliem bhal ‘sustanza’, ‘assunzjoni’, ‘trasfigurazzjoni’, ‘inkarnazzjoni’, ‘transusstanzazzjoni’, u l-bqija.

Fidi u Raguni

Dan kollu jfisser li, kemm ir-Raguni u kemm il-Fidi, bl-ghamliet differenti taghhom ta’ kif jipprocedu biex jiksbu t-taghrif rispettiv taghhom, qatt ma jistghu jkunu jafu dik li tissejjah il-‘verità oggettiva’. Din hi maqtugha minnhom u inaccessebbli ghalihom. Jistghu jkunu jafu kif huma jilmhu l-ezistenza ta’ hwejjeg lil hinn minnhom, imma mhux l-ezistenza ta’ dawn il-hwejjeg fihom infushom. Fil-kaz tar-raguni dawn il-hwejjeg huma aktarx affarijiet jew processi fizici; fil-kaz tal-Fidi, huwa Alla.

Dik li kemm il-Fidi u kemm ir-Raguni jsejjhu ‘realtà’ jew ‘verità’ m’ghandhiex x’taqsam mal-hwejjeg ezistenti nfushom―Alla fil-kaz tal-ewwel u l-materja fil-kaz tat-tieni―imma ghandha x’taqsam biss mal-gharfien taghhom infushom; dak li huma jahsbu li jilmhu mill-pjataforma suggettiva, artificjali u arbitrarja indispensabbli, essenzjali u obligatorja taghhom.

Dan jista’ jfisser li, meta l-Fidi u r-Raguni ma jaqblux bejniethom fuq xi ‘realtà’ jew ‘verità’ li jsostnu li jhaddnu, dan ma jghid xejn fuq l-ezistenza li jkun hemm fl-orizzont tal-harsa taghhom. Ikun qed jghid biss xi haga dwar l-ghamla interpretattiva li kull wahda minnhom tkun qed taghti ta’ dik l-ezistenza. Ghaldaqstant, minkejja li ma jaqblux, jistghu jkunu t-tnejn korretti jew anki t-tnejn zbaljati. Imma ebda wahda minnhom ma tista’ ssostni li hija hi li bilfors ghandha ragun jew li l-interpretazzjoni taghha hija bilfors dik il-korretta. It-tnejn huma interpretazzjonijiet. It-tnejn suggettivi. It-tnejn artificjali. It-tnejn arbitrarji. It-tnejn ma jistghu qatt isostnu xejn b’assolutezza, certezza assoluta, b’inkundizzjonalità, perfezzjoni, finalità, minghajr riservi, totali jew b’xi mod kategoriku. Dak li jsostnu li jafu jafuh b’mod uman, imperfett, provizjonali, restritt, inkomplet, difettuz u mhux minghajr kwalifikazzjoni. It-tnejn ma jistghu qatt ikunu assolutament certi minn dak li jsostnu li jafu jew ihaddnu. Jistghu jkunu certi biss mill-fatt li jahsbuh, imma xejn aktar minn hekk.

Grafikament, nistghu nesprimu xi ftit minn dan li ghedna b’dan il-mod:


Rivalità u inkompatibbiltà bejn Fidi u Raguni

Fuq il-bazi ta’ dak li ghedna s’issa, nistghu naraw fil-qosor kif jistghu r-Raguni u l-Fidi jirrelataw ma’ xulxin. Din hija kwesjoni li ilha thabbel mohh il-filosfi u t-teologi sa minn zmien Platun u Aristotli u f’kull zmien giet ittrattata b’reqqa kbira. Minkejja dan, minn dak li se jinghad hawnisfel se tintebah li hafna mill-hassieba dejjem issaponew li l-verità oggettiva jew l-ezistenza oggettiva tista’ xi ftit jew wisq tkun maghrufa fiha nnifisha. F’dak li ghedna hawnfuq rajna li dan mhijiex possibbli, ghallanqas jekk mhux b’mod tentattiv. L-gharfien uman, kemm ta’ hwejjeg fizici u kemm ta’ hwejjeg divini, huwa dejjem suggettiv. Ghalhekk, tibqa’ miftuha ghalina kwestjoni fundamentali: Minkejja l-limitazzjonijiet taghhom, kemm huma kompatibbli ghal xulxin ir-Raguni u l-Fidi?

B’mod generali, fl-istorja tal-filosofija tal-Punent, sa mill-Griegi tal-qedem sallum, wiehed jista’ jilmah hames pozizzjonijiet ewlenin bhala twegiba ghal din il-mistoqsija, b’erba’ minnhom migbura f’zewg skejjel differenti, kif muri f’din il-grafika:



Il-filosfi u t-teologi li jqisu r-relazzjoni ta’ bejn ir-Raguni u l-Fidi bhala wahda ta’ rivalità jew konflitt isostnu li l-iskopijiet, l-objettivi u l-metodi taz-zewg dixxiplini huma prattikament l-istess. Ghaldaqstant, dawn isostnu li meta r-Raguni u l-Fidi jidhru li jkunu wasslu f’konkluzjonijiet differenti, xi wahda minnhom tkun ghamlet xi zball f’xi parti mill-process argumentattiv. Ta’ din ix-xehta huma aktarx xi pozizzjonijiet li hadu Leibniz, Spinoza, Kant u Hegel.

Il-filosfi u t-teologi li jqisu r-relazzjoni ta’ bejn ir-Raguni u l-Fidi bhala wahda ta’ inkompatibbiltà jsostnu li l-iskopijiet, l-objettivi u l-metodi taz-zewg dixxiplini huma ghal kollox distinti u differenti minn xulxin. Dawn isostnu li filwaqt li r-Raguni ghandha x’taqsam biss ma’ realtajiet empirici u m’ghandha x’taqsam xejn ma’ realtajiet divini, il-Fidi ghandha x’taqsam biss ma’ realtajiet divini u m’ghandha x’taqsam xejn ma’ realtajiet empirici. Il-bicca l-kbira tan-Naturalisti Xjentifici ta’ din ix-xehta hafna drabi jinjoraw il-Fidi fl-istharrig taghhom u aktarx iqisuha inkompetenti ghall-finijiet empirici tad-dixxiplini taghhom.

Minn-naha l-ohra, il-filosfi u t-teologi Teisti ta’ din ix-xehta huma ta’ zewg suriet. Dawk tal-ewwel sura jsostnu li r-relazzjoni ta’ bejn ir-Raguni u l-Fidi hija wahda ta’ inkompatibbiltà gerarkika, fejn il-Fidi hija meqjusa superjuri ghar-Raguni (isejhulha ‘trans-razzjonali’). Ghal dawn, ir-Raguni kulma taghmel hija li tiskopri hwejjeg li digà huma impliciti fil-Fidi. Ta’ din is-sura huma aktarx xi pozizzjonijiet li hadu xi whud mis-Santi Padri, bhal Gustinu l-Martri u Klement ta’ Lixandra, kif ukoll Luteru, Kalvinu, Descartes u Pascal.

Kompatibbiltà bejn Fidi u Raguni

Il-filosfi u t-teologi Teisti tat-tieni sura jsostnu li r-relazzjoni ta’ bejn ir-Raguni u l-Fidi hi wahda ta’ esklussività: il-Fidi m’ghandhiex x’taqsam mar-Raguni, u vice versa. Infatti, dawn isostnu li fl-ahhar mill-ahhar il-Fidi hija irrazzjonali u, ghaldaqstant, ’il barra ghal kollox mill-ghalqa tar-Raguni. Xi kultant, din il-pozizzjoni tissejjah Filosofija jew Teologija ‘Negattiva’, ghax tistqarr li ahna nistghu nkunu nafu biss Alla x’mhuwiex mhux x’inhu. Nies ta’ din is-sura aktarx iqisu kull diskors dwar Alla bhala sempliciment metaforiku. Ta’ din is-sura huma aktarx xi pozizzjonijiet li hadu San Pawl (bhal f’1Kor 1:23), Tertulljanu, Sewdo-Djonisju, Maimonides, Guliermu ta’ Ockham u Erasmu fil-Medjuevu, u aktar lejn zmienna Schleiermacher, A.J. Ayer, Antony Flew, Wittgenstein u Barth.

Il-filosfi u t-teologi li jqisu r-relazzjoni ta’ bejn ir-Raguni u l-Fidi bhala wahda ta’ kompatibbiltà jsostnu li z-zewg dixxiplini jistghu jimxu id f’id b’certa komplimentarjetà, armonija u anki, xi kultant, qbil. Hemm hassieba ta’ zewg suriet f’din ix-xehta ta’ hsieb. Hemm dawk li jqisu r-relazzjoni kompatibbli ta’ bejn ir-Raguni u l-Fidi b’mod ‘hafif’ jew ‘dghajjef’, u dawk li jqisuha b’mod ‘qawwi’ jew ‘b’sahhitha’. Tal-ewwel isostnu li, minkejja l-metodi diversi li jhaddnu rispettivament, il-Fidi u r-Raguni jista’ jkollhom relazzjoni ta’ djalogu bejniethom, fejn it-tnejn jirrispettaw lil xulxin filwaqt li jistqarru l-limitazzjonijiet rispettivi li huma ghandhom. Ta’ din is-sura huma aktarx xi pozizzjonijiet li hadu l-Istojci u l-Epikurjani fil-qedem, Averroes u Skotu fil-Medjuevu, kif ukoll Locke u Hume, u aktar lejn zmienna Durkheim u teologi tal-Liberazzjoni bhal Segundo, Boff u Gutiérrez.

Tat-tieni sura―forsi l-aktar segwita fil-Kattolicità ufficjali u ortodossa―isostnu li l-Fidi u r-Raguni ghandhom sies fundamentali identiku, fejn bosta artikli tat-twemmin jistghu jigu ppruvati mir-Raguni u hafna affarijiet xjentifici jistghu jinghataw tifsir teologiku. Xi whud ta’ din ix-xehta sahansitra ppruvaw jibnu vizjoni generali li ggib flimkien il-Fidi u r-Raguni f’sistema metafizika komprensiva. Ta’ din is-sura huma aktarx xi pozizzjonijiet li hadu Platun, Aristotli u Plotinu fil-qedem, San Pawl (bhal f’Rum 1:20), San Anselm u Santu Wistin, ukoll fil-Medjuevu Avicenna, Pietru Lombardu u San Tumas t’Akwinu, kif ukoll aktar lejn zmienna Kierkegaard, Rahner, Newman, Tillich u Schillebeeckx.

Xejriet u gwidi

Ta’ min jghid li, fil-perjodu kollu li fih giet mistharrga r-relazzjoni ta’ bejn ir-Raguni u l-Fidi, kien hemm tishiq differenti ghala dan l-istharrig interessa lill-filosfi u t-teologi. Fiz-zmien klassiku, it-tishiq kien donnu l-aktar fuq il-lat metafiziku tal-Fidi u kif dan kien jorbot mal-osservazzjonijiet empirici, u vice versa. Fiz-zmien tal-Kristjanità bikrija t-tishiq kien donnu l-aktar fuq il-lat dommatiku tal-Fidi u kif dan kien jorbot mal-ghajxien etiku, u vice versa. Fiz-zmien Medjevali t-tishiq kien donnu ghal darba ohra l-aktar fuq il-lat metafiziku tal-Fidi u kif dan kien jorbot, mhux tant mal-osservazzjonijiet empirici, kif kien fiz-zmien klassiku, daqskemm mal-logika naturali, u vice versa. Fiz-zmien Rinaxximentali, meta x-xjenzi empirici bdew jistabbilixxu lilhom infushom fuq saqajn aktar sodi, it-tishiq kien donnu l-aktar fuq il-lat Skritturali tal-Fidi u kif dan kien jorbot mal-iskoperti xjentifici, u vice versa. Fiz-zmien Illuminista t-tishiq kien donnu l-aktar fuq il-lat morali tal-Fidi u kif dan kien jorbot mal-organizzazzjoni socjali u politika, u vice versa. Fiz-zmien aktar recenti, nghidu ahna fis-seklu 19, it-tishiq kien donnu l-aktar fuq il-lat mistiku tal-Fidi u kif dan kien jorbot mal-esperjenzi storici umani, u vice versa. Fis-seklu 20, u tista’ tghid fi zmienna llum, it-tishiq kien donnu ghal darba ohra l-aktar fuq il-lat morali tal-Fidi u kif dan jorbot mal-prattika etika tax-xjenza, u vice versa.

Wiehed jista’ jinnota wkoll li, filwaqt li, bejn wiehed u l-iehor wara s-seklu 18, ix-xehta li tqis il-Fidi u r-Raguni f’relazzjoni ta’ rivalità donnha naqqset mill-popolarità li kellha sa mis-seklu 16, fil-Medjuevu kibret hafna x-xehta li tqis ir-relazzjoni ta’ bejniethom bhala wahda ta’ kompatibbiltà. Din ix-xehta aktarx hija anqas fi zmienna u l-process donnu beda, bejn wiehed u l-iehor, minn nofs is-seklu 20. Illum, jista’ jkun anki minhabba l-firxa tat-teknologika elettronika u l-izvilupp ta’ ekonomija globalizzata, aktarx jidher li ahna bhallikieku aktar qed nersqu lejn dik ix-xehta li tqis ir-relazzjoni ta’ bejn il-Fidi u r-Raguni bhala wahda ta’ inkompatibbiltà, fejn il-Fidi titqies irrazzjonali jew trans-razzjonali.

Dan jista’ jindikalna li t-tishiq tal-filosfi u t-teologi Teisti, naturalment inkluz dawk Kattolici, aktarx aktar ghandu jfittex li johrog ahjar ghad-dawl il-lat mistiku tal-Fidi u kif dan ghandu jorbot mhux tant mal-morali daqskemm mal-agir etiku. Kif sahqu l-Papiet minn Gwanni XXIII sallum, id-dinja li qeghdin nghixu fiha aktarx donnha tehtieg li tara aktar xhieda konkreta tal-Fidi bbazata fuq esperjenza personali qawwija tad-divin, kemm fuq il-livell individwali kif ukoll fuq il-livell komunitarju. Dan jista’ jfisser li l-prattiki religjuzi, bhala atti sempliciment esterjuri tat-twemmin, kemm fuq il-livell personali kif ukoll fuq il-livell kollettiv jew parrokkjali, tilfu hafna mill-appell u l-attrazzjoni taghhom f’termini ta’ xhieda evangelika.

Bhalma rajna, ir-relazzjoni ta’ bejn il-Fidi u r-Raguni hija dejjem fi stat ta’ tibdil u, quddiem l-isfida kontinwa tal-evangelizzazzjoni, ma nistghux ma naghtux kaz la ta’ dan it-tibdil u wisq anqas tal-istat li fih tinsab din ir-relazzjoni llum fil-kundizzjonijiet storici tas-socjetà taghna.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?