Posts

Showing posts from July, 2011

Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (III)

Image
Hawn nies li jqisu l-ordinament socjali (anki dak kontemporanju) xi ftit jew wisq bhala “naturali”. Jirragunaw li, la darba ebda socjetà ma tista’ tezisti minghajr awtoritajiet u minghajr istituzzjonijiet, dawn huma naturali ghall-ezistenza u l-kundizzjoni umana, qishom xi haga li holoqhom Alla nnifsu. Fil-fatt, mhumiex. Improvizar progressiv Li wiehed jghid li xi haga hi naturali jfisser li nholqot bi process evoluttiv tan-natura. Izda hawn hafna affarijiet li nsejhulhom “naturali” minghajr ma huma. Dan ghaliex gew mahluqin mill-bniedem jew minn xi annimal iehor bit-thaddim tal-intelligenza taghhom. Dawn insejhulhom “naturali” b’mod wiesgha hafna ghax inholqu bil-hila naturali tal-intellett ta’ xi hlejqa hajja. Izda mhumiex naturali ghax “inholqu” min-natura. Proprjament, “naturali” hu dak biss li evolva bi process li ma hu b’ebda mod manipulat jew prodott mill-intelligenza. Sa minn madwar 50,000 sena ilu, il-bniedem primittiv evolva gharfien tieghu nnifsu, razzjonalità, gudizzj

Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (II)

Image
Xi whud jahsbu li l-kuxjenza socjali ta’ persuna jew tmexxija hija xi kapricc. Xi kultant jahsbu li hi ekwivalenti ghall-hidma li ddawwar ir-rota tal-istituzzjonijiet: flok ma bniedem jaghmel wahda, jaghmel l-ohra. Izda l-kuxjenza socjali ma hi hekk xejn. Hija torbot ml-gheruq l-aktar profondi tal-esperjenza umana. Id-dghajfa jinghaqdu Sabiex wiehed jasal biex jibda jaghraf dawn l-gheruq, jehtieglu jdawwar hsiebu lejn iz-zerniq tal-esperjenza umana fid-dinja. Ghalkemm is-sebh tal-generu uman imur lura madwar 15-il miljun sena ilu, il-hlejqa maghrufa bhala “Homo sapiens” evolviet mal-200,000 sena ilu biss u, terga’, lahqet l-agir modern taghha mhux qabel 150,000 sena wara. F’dan l-imghoddi mbieghed, il-“Bniedem dehni” evolva gharfien tieghu nnifsu, razzjonalità, gudizzju (lil hinn minn semplici intelligenza) u l-ewwel hjiel tal-ilsna. B’process gradwali li nfirex fuq eluf ta’ snin, il-bnedmin tghallmu jadattaw irwiehhom ghall-prekarjetà u l-perikolozità tal-ambjenti taghhom. Fuq k

Kuxjenza Socjali: X’siwi jista' jkollha? (I)

Image
Spiss nisimghu dwar il-htiega ta’ “kuxjenza socjali” bhallikieku kienet xi virtù mehtiega ghall-hena taghna. Izda, fl-istess waqt qajla nisimghu ghala huwa xieraq li jkollna haga bhal din. F’dawn il-ftit riflessjonijiet filosofici li gejjin, nixtieq nistharreg kemxejn is-siwi li jista’ jkollu l-valur ta’ kuxjenza socjali. Moda taz-zmien Tant saret haga importanti fi zmienna li persuna jew tmexxija turi li ghandha kuxjenza socjali li indikazzjoni bhal din tilfet hafna mit-tifsir taghha u saret biss espressjoni illuzorja. Bosta nies (inkluz filantropi) spiss jiftahru li ghandhom kuxjenza socjali ghax dan ikabbarhom f’ghajnejn l-ohrajn. Juzaw l-espressjoni bhal speci ta’ penz biex juru l-integrità li suppost ghandhom u r-rispettabilità socjali li jixtiequ. Spiss jigri li ftahir bhal dan jigi minn nies li jinsabu fi stat ta’ vantagg socjali, ekonomiku, politiku u/jew religjuz. Ghalihom, kuxjenza socjali tfisser li jaghtu xi tip ta’ elimozina lil min hu xi tip ta’ tallab. Din l-elimoz

Skont il-kuxjenza

Image
Dan l-ahhar bdejna nisimghu hafna diskors dwar il-kuxjenza. Jidher li, bhalma wiehed seta’ jistenna, il-fehmiet inferqu f’zewg kampi ewlenin: dawk li nistghu nsejhulhom ‘assolutisti’ u ohrajn ‘realisti’. Tal-ewwel aktarx iqisu li jezistu certi veritajiet oggettivi (u ghalhekk jissejhu ‘assolutisti’) li kuxjenza xierqa trid toqghod ghalihom; tat-tieni aktarx iqisu li l-veritajiet huma kollha suggettivi u ghaldaqstant kuxjenza xierqa trid tadatta ruhha ghar-realtajiet (ghalhekk jissejhu ‘realisti’) bl-ahjar mod li tista’. (Fil-filosofija, nassocjaw l-ewwel pozizzjoni mal-perspettiva Platonika; it-tieni, mal-perspettiva Aristotelika.) Applikazzjoni tal-hsieb Il-kuxjenza hi bhal skruplu. Il-Griegi, apparti s-sens ta’ htija (aktarx dejjem gravi), ma jidhirx li kellhom kuncett taghha. Il-kuncett ta’ tberrin hafif mentali f’rabta ma’ xi dmir deher fil-kultura Latina u jixhed ghaliha Cicerun f’diversi diskorsi tieghu. Originarjament, il-kelma ‘scrupulus’ bil-Latin (diminuttiv ta’ ‘scrupu

Kelma lil “Mhux f’Isimna”

Image
It-thabbira tat-twaqqif tal-grupp Il-gimgha l-ohra thabbar it-twaqqif ta’ grupp, bl-isem “Mhux f’Isimna”, li l-ghan ewlieni tieghu hu li jheggeg awto-skomunika kollettiva mill-komunjoni tal-Knisja Kattolika. Dan ifisser li, lil min jaghmel talba formali l-Kurja, il-Knisja ufficjalment tirregistrahom li temmew is-shubija taghhom mill-Knisja u, ghaldaqstant, m’ghadhomx Kattolici. Ragunijiet ideologici Ghalkemm hafna drabi nisimghu bl-iskomunika bhala kastig, f’dan il-kaz mhijiex. Hija ghazla ta’ individwu li jiddeciedi li, barra li ma jibqax jipprattika r-religjon Kattolika, ufficjalment ma jibqax aktar parti mill-Knisja. Skond id-Dritt Kanoniku, dan isir billi jaghmel ittra lill-Kurja fejn jiddikjara li halla l-Knisja Kattolika u jitlob li ssir nota fir-registrazzjoni tal-maghmudija tieghu (fil-parrocca ta’ fejn tghammed) dwar din id-decizjoni. Fil-kaz ta’ “Mhux f’Isimna”, din id-decizjoni jidher li se ssir minn ghadd ta’ persuni simultanjament. Ir-ragunijiet ghal decizjoni bha