Posts

Showing posts from January, 2019

L-Amerika wiċċha mal-ħajt

Image
Waqt li fl-Ewropa l-ħsieb ta’ kulħadd qed idur madwar il-qtugħ tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea, fuq in-naħa l-oħra tal-Atlantiku l-Istati Uniti tal-Amerika tinsab fi dwell ta’ saħħa bejn il-President Trump u l-Kungressisti Demokratiċi fuq il-finanzjament tal-‘ħajt’ ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Ħajt komplut Qabel ma wieħed jibda jaħseb fuq din il-biċċa tal-ħajt, tajjeb li jikkunsidra żewġ affarijiet li jistgħu jixħtu dawl fuq is-sitwazzjoni. L-ewwel ħaġa hi din: diġà jeżisti xi tip ta’ ħajt f’partijiet tal-frontiera ta’ bejn l-Istati Uniti u l-Messiku; Trump irid biss li jżid il-firxa tiegħu. Ftit jaf li ħajt diġà hemm bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Iva. Mhuwiex ħaġa ġdida. Meta jien kont il-Messiku fi żmien il-President Obama, fil-belt ta’ Ciudad Juarez fejn kont, il-ħajt kien parti mill-ħajja ta’ kuljum. Dan għax il-preżenza tiegħu f’din il-parti tal-fruntiera kkaratterizza ħafna affarijiet oħra, bħal transport, kummerċ, traffiku ta’ nies u l-bqija. Bħalissa

Artiklu 50

Image
Artiklu 50 tat-Trattat ta’ Lisbona, it-trattat li jagħti l-bażi kostituzzjonali lill-Unjoni Ewropea, jagħti d-dritt lil kull pajjiż imsieħeb fl-Unjoni li jħalli l-istess Unjoni minn rajh. Dal-Artiklu jispeċifika l-proċedura li biha pajjiż imsieħeb iħalli l-Unjoni. Meta Artiklu 50 jiġi mqiegħed fil-prattika, il-pajjiż li jkun se jħalli jkollu sentejn biex jinnegozja ftehim għall-ħruġ. Imħawda sew S’issa qatt ma kien li Artiklu 50 ġie mqiegħed fil-prattika minn xi pajjiż imsieħeb tal-Unjoni Ewropea. Ir-Renju Unit huwa l-ewwel wieħed. Għall-ħabta ta’ nofsinhar tad-29 ta’ Marzu tal-2017, Theresa May, il-Prim Ministru tar-Renju Unit, skattat dal-Artiklu biex l-arloġġ għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea beda jtektek. Iż-żmien jeskadi għaxar ġimgħat oħra, fid-29 ta’ Marzu li ġej. Il-Prim Ministru Britanniku skattat Artiklu 50 minħabba ordni u mandat li ngħatat biex tagħmel dan mill-poplu tar-Renju Unit. Dan ivvota f’referedum li sar fit-23 ta’ Ġunju tal-2016 li fih 52% talbu

L-Ewropa mqanqla

Image
L-Ewropa ma setgħetx tibda aħjar is-sena l-ġdida. Għandha ma’ wiċċha f’Pariġi l-akbar irvellijiet mill-aħħar gwerra ’l hawn. Għandha ma’ wiċċha d-dejn kważi devastanti tal-Italja. Għandha ma’ wiċċha l-imigrazzjoni illegali mill-Mediterran, il-Lvant u l-Punent. Għandha ma’ wiċċha l-irvellijiet fl-Ungerija. Għandha ma’ wiċċha l-qawmien politiku tax-Xellug estrem. Għandha ma’ wiċċha l-ħruġ tal-Gran Brittanja mill-Unjoni Ewropea. Lanqas l-aqwa artist ma seta’ jkun imnebbaħ biex ipitter kwadru daqstant sabiħ! Xejn għajr ċajta Dan kollu jista’ jagħti l-impressjoni—fil-fehma tiegħi żbaljata—li l-Ewropa tinsab fi stadju ta’ xi bidla radikali jew qawwija. Il-problemi li bihom bdiet l-2019 ma jidhirlix li jindikaw dan. Jindikaw, ċertament, tqanqil serju u xi minn daqqiet perikoluż, iżda mhux ta’ xi bidla fl-għamla istituzzjonali jew strutturali tal-Ewropa. L-Ewropa hija b’saħħitha biżżejjed biex tilqa’ għal għawġ bħal dan u anki akbar. Dan ma jfissirx li kollox huwa sew. Il-fatt li l-ist

Il-ħalliel tal-ħin

Image
Niftakru qisu l-bieraħ l-għalliem qsajjar tagħna l-iskola l-Belt, Patri Wiġ, jgħidilna, ‘Min jaħli l-ħin hu ħalliel! Il-ħin hu t’Alla! Il-ħela tal-ħin hu serq!’ Sħabi u jien fil-bidu tas-sekondarja konna nidħku għax dal-kliem konna neħduh bħala ġennata. Imma Patri Wiġ kien ikun serju, u ma kienx jgħidu biċ-ċajt. Aħna, moħħ ir-riħ kemm trid, b’ħin quddiemna aktar milli konna nafu x’ser nagħmlu bih, erħielna niżżuffjettaw bih. Qajla kien jaqagħlna f’rasna li kellu melħ aktar milli stajna nobsru.      Kemm ħin―u saħanstira żmien―għadda minn dawk il-jiem sal-lum! Aktar minn erbgħin sena! Patri Wiġi ilu għomor li għalaqlu ċ-ċens, u wkoll, jaħasra, ta’ xi wħud minn sħabi ta’ dak iż-żmien; u għandu mnejn ma jdumx ma jagħlaq tiegħi wkoll, min jaf? Li naf hu li, mal-medda tas-snin, il-ħin beda jsir jiswa aktar u aktar. Illum, meta aktarx qbiżt in-nofs tal-mixja tiegħi, inħossu tant u tant prezzjuż, u jtini li nibki meta nara ’l min jaħli ħinu qisu għandu minnu biex ibiegħ.      Meta konna ż