Posts

Showing posts from July, 2010

Komplicità (2)

IT-TIENI PARTI Minbarra t-tifsir negattiv taghha, il-kelma ‘komplicità’ jista’ jkollha wkoll tifsir pozittiv ghani hafna. Dan it-tifsir jista’ jghinna sabiex niskopru xejriet tal-esperjenza umana li ghandhom il-hila jghinuna nsahhu relazzjonijiet ta’ shubija u ftehim. L-etimologija tal-kelma Etimologikament, il-kelma ‘komplicità’ gejja mill-kelma Latina ‘complicare’ , li tfisser ‘titwi flimkien’, bhal meta jkollok xi bicctejn drapp jew karta u tqeghidhom ezatt ma’ xulxin. Ghaldaqstant, minnha nnifisha, il-kelma timplika certu xebh u reciprocità ta’ haga ma’ ohra. Fuq il-lat uman, il-kelma bdiet tintuza ghal dak il-ftehim mill-qrib bejn il-persuni. Izda bhalma aktarx jigri dejjem fl-uzu tal-kliem, maz-zmien it-tifsira tal-kelma djieqet u bdiet tintuza, mhux ghal kull shubija u ftehim, imma ghal dik biss li ssir bejn persuni li jissiehbu flimkien biex iwettqu xi haga hazina. B’hekk, ftit ftit it-tifsir originali u generali tal-kelma ntilef u ntesa, u baqa’ biss dak idjeq u negatti

Komplicità (1)

L-EWWEL PARTI Minn xi xhur ilu ’l hawn, bdejt naffaxxina ruhi (u anki, xi ftit jew wisq, nimtela kurzità) dwar kif, fit-tahdit ta’ bejnietna, siehbi Fra Gwann Xerri, dumnikan bhali, kien juza’ l-kelma ‘komplicità’. Ahna dejjem nuzaw din il-kelma b’mod negattiv; hu kien juzaha b’tifsira pozittiva. Waqaghli s-suspett li dan l-uzu mhux tas-soltu tal-kelma kien aktarx gej mill-esperjenza twila Latino-Amerikana li Fra Gwann kellu. U hekk kien. Izda l-interess tieghi fl-esplorazzjoni ta’ din il-kelma – jew, ahjar, ta’ dan il-kuncett – ma kienx biss ta’ natura kurzitarja jew superficjali. Hemm sustanza fl-uzu pozittiv ta’ din il-kelma sfortunata u kien dan li ridt nikseb. Tifsir legalistiku Meta ahna nghidu li xi hadd hu ‘komplici’ aktarx dejjem ghandna f’mohhna li hu msieheb f’xi delitt jew f’xi haga hazina. Naturalment, hu aktarx minn hawn li gej l-uzu esklussivament negattiv taghha, uzu li, bhal hafna kliem u kuncetti ohra li nhaddmu komunement fid-diskors taghna, jidher li hu mxekk

Id-'dar' - Meditazzjoni

Kulhadd jixxennaq sabiex jasal id-‘dar’. Id-‘dar’ mhijiex post. Id-‘dar’ hija stat mentali u affettiv ta’ sliem u sigurtà. Kulhadd jixxennaq ghal dan l-istat – u jfittxu l-hin kollu – ghax ilkoll nixxenqu ghas-sliem u s-sigurtà ta’ mohhna u qalbna. Id-‘dar’ hija stat ta’ mistrieh. Li fih nieqfu nithabtu ghall-affermazzjoni taghna nfusna. Nieqfu nitqabdu ghall-protezzjoni taghna nfusna. Id-‘dar’ hija stat li fih jien nista’ nkun jien. Minghajr il-htiega li nistrieh aktar fuq il-gzuz ta’ sigurtajiet foloz li l-hajja kkonvincietni li ghandi nohloq f’hajti. Minghajr il-hemel ta’ dmirijiet u responsabbiltajiet artificjali li s-socjetà qaltli li ghandi. Minghajr il-vizibilju ta’ jeddijiet mahluqa li nemmen li nzomm. Minghajr ma nipprogetta aktar lili nnifsi, bi sforz qawwi, f’dak li nixtieq jew suppost inkun. Il-bicca l-kbira taghna jghixu bhallikieku fid-dinja huma barranin u ghorba. Mhux ghax mhumiex f’posthom. Imma ghax huma mbieghda minnhom infushom. Imbieghda mid-‘dar’ tal-mistrieh

Strutturi socjali

Minghajr ma rridu, ahna nghixu fi hdan strutturi socjali. Dan ifisser li s-socjetà taghna, bhal kull socjetà ohra, ghandha fasla determinata ta’ kif isiru u ma jsirux l-affarijiet. Xi ftit jew wisq, din il-fasla tiddetermina l-agir taghna bhala individwi. Fi kliem iehor, kwazi kwazi minghajr ma rridu jew anki minghajr ma nintebhu, din il-fasal socjali determinata tibdlilna l-personalitajiet individwali taghna sabiex inkunu naqblu ma dak li tkun trid minna. Fasliet ghal hsibijietna Hafna minna jiehdu din l-istruttura socjali bhala wahda ovvja. Ma jiddubitawhiex. Jisthajjlu li, la darba tezisti fil-forma li ghandna, allura hija xi ftit jew wisq tajba u wiehed irid joqghod ghaliha. Dan ifisser li jidraw ikunu kuntenti kif isiru u ma jsirux l-affarijiet; jidraw jaccettaw il-fasla ta’ madwarhom u anki l-personalitajiet li tohloq u li tehtieg sabiex tezisti. Din il-fasla socjali mhijiex maghmula biss minn kif inhuma organizzati l-istituzzjonijiet tas-socjetà, imma wkoll mill-mod kif ja