Posts

Showing posts with the label principji

Riforma taparsi?

Image
Ftit ġimgħat ilu, fil-5 tax-xahar, il-Kummissjoni għar-Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja ippreżentat l-ewwel riżultat tal-ħidma tagħha lis-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, Owen Bonnici. Għalkemm id-dokument ippreżentat joffri 135 proposta għal bdil fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, mal-ewwel daqqa’ t’għajn wieħed jintebaħ li dak propost ma hu ‘riforma’ xejn. Bil-maqlub, huwa pjuttost ‘kontro-riforma’. Il-kelma ‘riforma’ Ħa nibdew bil-kelma ‘rifoma’. Din saret qisha mantra. Jew aħjar, ballun tal-lastiku. Riforma ’l hawn, riforma ’l hemm, riforma ta’ dik u riforma tal-oħra. Għandi l-impressjoni li l-kelma qiegħda tintuża b’wisq laxkezza. Xi wħud żgur li lanqas biss jidhru li jafu d-definizzjoni tal-kelma. Jużawha bħallikieku kienet tfisser sempliċi adattazzjoni, modifika, alterazzjoni, aġġustament, emendazzjoni, reviżjoni. Iżda ‘riforma’ ma tfissirx hekk. Riforma tfisser li dak kollu eżistenti se jiġi organizzat madwar prinċipju differenti minn ta’ qabel. Jekk da...

Skont il-kuxjenza

Image
Dan l-ahhar bdejna nisimghu hafna diskors dwar il-kuxjenza. Jidher li, bhalma wiehed seta’ jistenna, il-fehmiet inferqu f’zewg kampi ewlenin: dawk li nistghu nsejhulhom ‘assolutisti’ u ohrajn ‘realisti’. Tal-ewwel aktarx iqisu li jezistu certi veritajiet oggettivi (u ghalhekk jissejhu ‘assolutisti’) li kuxjenza xierqa trid toqghod ghalihom; tat-tieni aktarx iqisu li l-veritajiet huma kollha suggettivi u ghaldaqstant kuxjenza xierqa trid tadatta ruhha ghar-realtajiet (ghalhekk jissejhu ‘realisti’) bl-ahjar mod li tista’. (Fil-filosofija, nassocjaw l-ewwel pozizzjoni mal-perspettiva Platonika; it-tieni, mal-perspettiva Aristotelika.) Applikazzjoni tal-hsieb Il-kuxjenza hi bhal skruplu. Il-Griegi, apparti s-sens ta’ htija (aktarx dejjem gravi), ma jidhirx li kellhom kuncett taghha. Il-kuncett ta’ tberrin hafif mentali f’rabta ma’ xi dmir deher fil-kultura Latina u jixhed ghaliha Cicerun f’diversi diskorsi tieghu. Originarjament, il-kelma ‘scrupulus’ bil-Latin (diminuttiv ta’ ‘scrupu...