Posts

Showing posts with the label ridikolu

Il-karnival tan-Nadur: min hu ridikulu?

Ftit aktar minn gimghatejn ilu, inqatghet il-kawza kriminali kontra sitt zghazagh li fil-karnival tan-Nadur speci ta’ libsu ta’ sorijiet. Ftit qabel, kienet inqatghet ukoll il-kawza kontra zaghzugh iehor li speci ta’ libes ta’ Kristu rxoxt. Ta’ l-ewwel, gew illiberati; tat-tieni, gie misjub hati. Imma apparti dawn il-manifestazzjonijiet gudizzjarji, x’sinifikat jista’ jkollha din l-istorja kollha? Is-sens tar-ridikulu Naturalment, in-nies mhux fil-karnival tan-Nadur biss jilbsu ta’ Kristu jew ta’ sorijiet. Il-problema mhijiex ta’ lbies, imma x’messagg ikun irid jitwassal b’dak l-ilbies. Hafna dehrilhom li fin-Nadur l-impersonaturi kellhom l-intenzjoni li jirridikulaw lil Kristu jew lir-religjon nisranija, u aktarx kellhom ragun. Imma li jhassibni mhuwiex dan daqskemm ghamliet ohra, forsi anqas ovvji, li jirridikulaw daqs tan-Nadur lil Kristu jew ir-religjon nisranija, imma li ma jqajjmu l-indinjazzjoni ta’ hadd. Il-hafna manifestazzjonjiet religjuzi kulturali, nghidu ahna, forsi ...