Posts

Showing posts with the label faqar

Il-Labour Brittaniku

Image
Il-Labour Brittaniku huwa wieħed mill-ftit organizzazzjonijiet politiċi tax-xellug li fl-Ewropa qed iżid, mhux inaqqas, is-saħħa. Il-viżjoni tiegħu, filwaqt li f’imkejjen oħra tal-Ewropa tista’ ma tappellax, qed taqbad l-immaġinazzjoni tal-ġenerazzjonijiet kbar u żgħar. Hu Labour li jista’ wkoll imexxi l-Gran Brittanja. Il-programm li kien ħareġ f’Lulju tas-sena li għaddiet għadu jista’ jkun ta’ tnebbiħ ukoll għal-Laburiżmu Malti. Għall-ħafna Dal-programm iġib l-isem “Għall-Ħafna, Mhux għall-Ftit”. B’hekk mill-ewwel juri l-mira ewlenija tiegħu: dik li l-ġid ma jkunx imkattar għal għadd relattivament żgħir ta’ nies (li jgawdu minn fuq dahar ħaddieħor jew anki tal-istat), imma għall-biċċa l-kbira taċ-ċittadini. It-tkattir tal-ġid fih innifsu mhuwiex indikatur biżżejjed għas-suċċess ta’ gvern; ikun jonqos it-tqassim tiegħu: huwiex għall-ftit jew għall-ħafna. Il-Labour jagħżel il-ħafna għax hu Labour. Sempliċi daqshekk. Hawn Malta wkoll, minn Boffa ’l hawn dik kienet l-għażla tal-L...

In-nasba tal-kompetittività

Image
Il-kelma ‘kompetizzjoni’ saret qisha l-eqdes kelma ta’ żmienna. Aktar minn kelma. Saret qisha l-isem ta’ xi bibbja ġdida li ħadd ma jista’ jmeriha jew jitħasseb fuqha. Kollox sar qisu jsir f’isimha. Weħedha weħedha, il-kelma saret qisha ġustifikazzjoni ta’ kulm’ għandu jsir u li ’l barra minnha jew mingħajrha hemm biss il-baħħ u t-telfien. Faqar Tabilħaqq, għax il-kompetittività hija l-egħżeż valur tas-suq ħieles. Għal dan, kulma jkabbar il-kompetittività huwa tajjeb; kulma jnaqqasha jew itellifha hija ħażina. Kulħadd qisu f’tellieqa waħda b’opportunitajiet indaqs. Kulħadd jingħata l-istess għajnuniet għal raġuni waħda: biex itellaq ma’ ħaddieħor. Hija hija l-gidba kbira tan-neoliberaliżmu li qed ngħixu llum. Ibda’ biex, li l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd ifissru ġustizzja, bħallikieku aħna lkoll l-istess u għandna l-istess ħtiġijiet jew l-istess ħiliet u snajja’. Il-ħrafa tal-opportunitajiet indaqs tħalli liż-żgħir jaqa’ lura u lill-kbir ilebbet ’il quddiem. F’suq ħiel...

Il-firda meħtieġa

Image
Spiss nisimgħu li għandu jkun hawn l-għaqda fost il-Malta u l-Għawdxin. Spiss nisimgħu min jilmenta li l-poplu Malti u Għawdxi hu mifrud politikament. Dawn in-nies, fosthom ukoll studjużi u oħrajn fis-setgħa, jikkundannaw il-firda mingħajr riservi, u jfaħħru s-siwi u l-ħtieġa tal-għaqda. Imma jien ngħidlek li l-firda hi meħtieġa, u l-ħasra hi m’hawnx aktar minnha. Bis-setgħa u mingħajrha Meta ngħid hekk, m’iniex qed nirreferi għall-firda partiġġjana, la fil-politika u lanqas ta’ bejn il-każini tal-banda. Il-firda f’dawn il-każijiet hi balala u infantili; frott l-injoranza u l-immaturità. Firda bħal din hi biss apparenti, għax fil-fatt iż-żewġ naħat huma magħqudin waħda u sew fl-istess attitudni u mentalità tribali fariżajka u fanatika. Mhux din il-firda ngħidlek li hi meħtieġa. Din il-firda, aktar ma tinqered malajr, aktar aħjar. Il-firda li qed nirreferi għaliha hi dik ideoloġika. Jiġifieri l-firda ta’ bejn in-nies tas-setgħa u n-nies ta’ bla setgħa. Din mhijiex sempliċiment f...

Il-faqar jiżdied

Image
F’ħames snin bejn l-2008 u l-2013, l-għadd ta’ ċittadini Maltin li kienu jinsabu f’riskju ta’ faqar u/jew ta’ esklużjoni soċjali żdied bi kważi 4% tal-popolazzjoni. Filwaqt li fl-2008 kien meqjus li kellna fil-gżejjer Maltin 80,000 ruħ f’tali riskju, ħames snin wara, fl-2013 kellna 100,000 ruħ (kważi kwart tal-popolazzjoni kollha). Malta fin-nofs Dan tħabbar mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistiċi tal-Unjoni Ewropea (UE) li qiegħed il-Lussemburgu, fl-4 ta’ Novembru li għadda. Skont l-istess uffiċċju, fl-istess perjodu (2008–2013) l-għadd taċ-ċittadini li kienu jinsabu f’nuqqas materjali kbir żdied b’aktar minn 5%. B’mod globali, fl-istess ħames snin l-għadd taċ-ċittadini Ewropej li kienu jinsabu f’riskju ta’ faqar u/jew ta’ esklużjoni soċjali żdied b’aktar minn 6 miljun ruħ: minn madwar 117 miljun għal 123 miljun ruħ. B’kollox, dan l-għadd jagħmel madwar 17% tal-popolazzjoni Ewropea. Minn fost it-28 membru tal-UE, f’dan ir-rigward Malta tinsab eżatt fin-nofs: fl-14-il post...

Ġustizzja soċjali għall-agħar?

Image
Wara 50 sena ta’ Indipendenza, dan il-pajjiż għadu ma rnexxilux jagħti opportunitajiet l-istess għal kulħadd. Agħar minn hekk, ir-rata ta’ dawk li jinsabu f’riskju ta’ faqar, partikularment tfal, qiegħed jiżdied. Dan skont rapport maħruġ dan l-aħħar mis-‘Social Inclusion Monitor Europe’ (SIM), maħdum minn Dr Daniel Schraad-Tischler u Dr Christian Kroll, u ppubblikat minn Bertelsmann Stiftung tal-Ġermanja. Żieda f’rati negattivi Ir-rapport juri li, fuq skala Ewropea, Malta tinsab fl-14-il post f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġustizzja soċjali. Fl-ewwel postijiet hemm l-Iżvezja, il-Finlandja u d-Danimarka, u fl-aħħar postijiet hemm il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Greċja. Malta tinsab f’post anqas mill-medja Ewropea. L-iskala nħadmet skont rati relatati mat-tnaqqis tal-faqar, l-opportunitajiet għall-edukazzjoni, l-inklużjoni għad-dinja tax-xogħol, it-tnaqqis tad-diskriminazzjoni, l-opportunijiet ta’ saħħa, u l-ħarsien tal-persuni ta’ kull età. B’mod partikulari, Malta tinsab fit-13-il ...

Il-ġlieda kontra l-faqar

Image
Għal darba oħra, għandna gvern li huma deċiż li jaqbad il-barri tal-faqar minn qrunu. Dan ifakkarna fl-isforzi li kienu għamlu Boffa fis-snin erbgħin u Mintoff fis-snin sebgħin. Issa wkoll jeħtieġ sforz ġdid għax, diżgrazzjatament, il-faqar reġa’ kien beda jgħolli rasu. Din tista’ tidher bħala xi ħaġa sorprendenti meta tqis il-livell ekonomiku li laħaq pajjiżna u meta tqis it-tkattir tal-ġid b’mod globali. Żieda fil-faqar Iżda l-faqar qiegħed jiżdied tassew. Kemm fid-dinja, iżda wkoll fostna. Bla dubju, dan hu dovut għal politika imgħoddija li ma ħasbitx biżżejjed biex it-tkattir u t-tqassim tal-ġid ikun mifrux fuq kulħadd. Xi wħud donnhom tqiesu ċittadini aktar xierqa minn oħrajn; xi wħud tqiesu ċittadini tat-tieni jew it-tielet klassi. Politika bħal din mhijiex aċċettata minn dan il-gvern. L-għażla tiegħu ftit tax-xhur ilu saret, fost raġunijiet oħra, proprju minħabba din id-deċiżjoni tiegħu; li l-ġid jinkiseb għal kulħadd u jitqassam fost kulħadd. Il-prinċipju li ‘xi nies hu...

Oltragg fil-Paragwaj

Image
Ftit aktar minn tliet gimghat ilu, fil-21 ta’ Gunju, 2012, il-Kamra tad-Deputati tal-Paragwaj sabet lill-President xellugi tal-pajjiz, Fernando Lugo (muri fix-xbieha), hati ta’ abbuz tas-setgha. L-ghada s-Senat nehhih mill-gvern. Gimgha wara, id-decizjoni giet ikkonfermata mill-Qorti Suprema tal-Paragwaj u mill-Qorti Elettorali tal-istat. Madanakollu, il-pajjizi kollha ta’ madwar il-Paragwaj u l-bicca l-kbira tal-pajjizi Latino Amerikani qiesu li dan ma kien xejn anqas minn kolp ta’ stat. L-Alleanza Bolivarjana tal-Ameriki (ALBA), is-Suq Komuni tal-Amerika Latina (Mercosur), l-Unjoni tan-Nazzjonijiet Sud Amerikani (UNASUR) u l-Kummissjoni Inter-Amerikana ghad-Drittijiet tal-Bniedem (IACHIR) kollha kkundannaw it-tnehhija abbuziva ta’ Lugo. Min-naha l-ohra, l-Istati Uniti tal-Amerika qaghdet gallerija. F’Malta, l-ilhna kienu ftit jew xejn. L-Isqof tal-Fqar Fernando Lugo, 61 sena, sar President tal-Paragway fl-elezzjoni demokratika ta’ erba’ snin ilu, fl-2008. Qabel ma hareg ghall...

L-Amerika migrugha

Image
Il-Hadd li ghadda, fl-10 anniversarju tal-attakk terroristiku fuq il-World Trade Centre f’New York, flimkien ma’ hafna pajjizi ohrajn l-Amerika bkiet il-vittmi ta’ dik it-tragedja kolossali. Dan bir-ragun. Izda madwar New York u madwar l-Amerika kollha hemm tragedja ohra ghaddejja li ebda anniversarju ma jfakkarha. Hija t-tragedja tal-faqar. Il-faqar Amerikan Wiehed donnu lanqas jistenna li wiehed mill-aktar pajjizi sinjuri, mhux biss tad-dinja, imma ta’ kull zmien, ghadu migrugh mill-pjaga tal-faqar. Hafna drabi, il-faqar nassoccjawh ma’ pajjizi hekk imsejha tat-‘tielet dinja’, jigifieri l-pajjizi fqar. Imma l-Amerika – li hija l-ewlenija tal-‘ewwel dinja’, jigifieri l-pajjizi zviluppati – hija mkiddha b’din il-pjaga u donna ma tistax tehles minnha. Skont ir-rapport annwali mahrug il-gimgha li ghaddiet mill-US Census Bureau, l-ghadd ta’ nies li kienu qed jghixu fil-faqar s-sena li ghaddiet fl-Amerika kien ta’ 46.2 miljun! Dan ifisser li kien hemm fl-Amerika wiehed minn kull si...

Il-Knisja sabiha ta’ Gesù

Image
Bhalma huma tlieta l-hwejjeg li fuqhom tistrieh il-fidi nisranija – jigifieri l-fidi, it-tama u l-imhabba – hekk ukoll tlieta huma l-hwejjeg li fuqhom tistrieh ir-religjon nisranija: il-fqar, il-prezz li hallas Gesù talli zamm mal-fqar, u l-mixi taghna wara Gesù fiz-zamma tieghu. Il-fqar Hafna tarahom jithawdu malli jisimghu din il-kelma “fqar”, bhallikieku kien isem abbuzat imwehhel ma’ kuncett astratt mislut minn manwal marxista qadim ta’ xi erba’ teologi tal-liberazzjoni. Ghalihom il-kuncett hu vag daqs l-gharfien taghhom ta’ min huma dawn in-nies li konkretament jiffurmaw il-kategorija tal-”fqar”. Donnhom qatt ma jistghu jsibu kif ipoggu subghajhom fuq il-ferita. Jghaggibna Gesù minn dan il-lat. Ghax jidher li ma kellu ebda problema bhal din. Donnu kellu f’mohhu car daqs il-kristall min kienu dawn in-nies, allavolja ma kienx marxista! Madanakollu, kien jaf tajjeb jiddistingwi l-klassijiet socjali. Kien jaf b’dawk li joholqu u jzommu s-sistema politika u ekonomika. Kien jaf b’...

Faqar dejjem akbar

Image
Fit-13 ta’ Dicembru li ghadda, l-Eurostat, id-dipartiment tal-Unjoni Ewropea li tiehu hsieb l-istatistici tal-komunità, xandret ghadd ta’ statistici dwar il-faqar u l-eskluzjoni socjali fil-pajjizi Ewropej. L-indikazzjonijiet li tat Eurostat juru li l-faqar f’Malta qieghed dejjem jizdied. Li hu aghar hu li, jekk tibqa’ tithaddem l-istess politika ekonomika u socjali, jidher li l-faqar fil-gzejjer Maltin se jizdied aktar. Preokkupazzjoni xierqa L-istatistika li tidher hawnhekk gbartaha min-numri li taghti l-Eurostat fuq il-website taghha. Il-percentwali ghal dawk fil-gzejjer Maltin li jinsabu fil-faqar jew fir-riskju tal-faqar inghataw hekk: ghall-2006, 12.5% tal-popolazzjoni; ghall-2007, 13%; ghall-2008, 13.3%; ghall-2009, 14.8%. Maqlubin f’numri ta’ persuni, dawn il-percentwali jigu kif jidhru fit-tabella li tajt. Ir-rata ghall-2010 hija mahduma fuq il-medja ta’ zjieda fis-snin ta’ qabel. F’diskors li ghamel dak in-nhar stess li thabbru dawn l-istatistici mill-Eurostat, il-Presi...

President ta’ veru

Ma nafx tafx: jien ma tantx jien delettant ta’ diskorsi kkuluriti u priedki ffjuriti. Sa fejn nista’, nevitahom, ghax javveluni: iqabbduni attakk imbarazzanti ta’ titwib. Imma d-diskors li smajt fit-3 ta’ Frar li ghadda l-Belt, mill-President ta’ Malta, Dr George Abela, la kien kulurit u lanqas fjurit. Kien diskors ta’ veru li bih il-President ma ddejjaqx iqieghed sebghu fuq il-ferita. Holm Ewropew Nghid id-dritt, mort il-Muzew tal-Arkeologija ghall-laqgha b’nofs qalb. Kien qieghed isir il-ftuh ufficjali tas-Sena Ewropea ghall-Glieda Kontra l-Faqar u l-Eskluzjoni Socjali. U tlablib dwar dan is-suggett xbajt minnu. Suppost, ghaxar snin ilu f’Lisbona l-Kunsill Ewropew (tal-UE) halef li jeqred il-faqar mill-Ewropa. U ghaxar snin wara ghadna fejn konna, jekk mhux f’pozizzjoni aghar! Issa jridu jeqriduh f’sena wahda! Fl-2000, l-idea kienet li sa din is-sena, l-Ewropa ssir, skont huma, ‘l-aktar ekonomija kompetittiva u dinamika tad-dinja’, u dan billi, fost il-mizuri li tiehu, teqred i...