Posts

Showing posts from January, 2017

Id-distribuzzjoni tal-ġid

Image
Xi ġimgħatejn ilu ġejt mistieden nieħu sehem f’programm dirett fuq Net TV li ffoka fuq il-faqar u l-għoli tal-ħajja. Xi jiem wara deher rapport ta’ Robert Cremona f’In-Nazzjon li kkwota xi kummenti minn dak li kont għedt. Hawnhekk xtaqt inkompli ftit aktar l-argument li għamilt fil-programm għax inħoss li s-suġġett kien wieħed xieraq u jistħoqqlu aktar attenzjoni. Il-faxxi t’isfel tal-poplu Ir-rapport li deher fil-gazzetta kkwotani tajjeb u r-rapportaġġ kien fidil għal dak li nstema’ fil-programm tal-televiżjoni. Il-programm kien wieħed ippreżentat tajjeb u anki fil-biċċa l-kbira tiegħu bilanċjat. Miegħi fid-diskussjoni kien hemm Gejtu Vella u, mill-RTK, Jes Saliba. Magħna kien hemm ċertu persuna li offriet l-esperjenza tagħha. Fost affarijiet oħra, fil-gazzetta jien ġejt ikkwotajt li għedt li “l-prezzijiet tal-affarijiet li nixtru żdiedu, iżda l-pagi u l-pensjonijiet ma żdidux bl-istess mod. Aħna nirreferu ħafna għall-ġid nazzjonali. Imma meta tiġi għall-faxxi t’isfel, it-tkab

Presidenza li se tifnina?

Image
 Il-presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja hija vetrina rari li biha nistgħu nuru xi wħud mis-sengħat u l-ħiliet tagħna bħala poplu, bħala Stat u bħala nazzjon. Huwa aktarx improbabbli li nimpressjonaw lil xi ħadd fl-Ewropa b’xi sengħat jew ħiliet straordinarji li kulħadd jistagħġeb bihom. Li nistgħu nagħmlu huwa li nieħdu din l-okkażjoni ta’ darba f’mitt qamar biex għallanqas nuru li m’aħniex poplu retrogradu jew ritardat. Piż tqil ħafna Qabel xejn, il-presidenza qed titlob u se tkompli titlob sforz titaniku ta’ riżorsi umani u finanzjarji fil-qasam politiku amministrattiv. Huwa sforz li jidher qed iġebbed bil-kbir dawn ir-riżorsi. Minkejja li għal din il-presidenza nifhem li ilna nippreparaw bosta snin, xorta waħda jidher li, issa li wasal il-mument, il-piż huwa tqil ħafna u, nittamaw, ma jkunx iżżejjed għalina. Il-presidenza titlob kompetenza f’ħafna setturi, partikularment amministrattivi, li qajla jidher li għandna f’kwantitajiet rikjesti u meħtieġa. Nies kom

B’saħħet Obama

Image
Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar, tiġi fi tmiemha l-avventura straordinarja ta’ Barak Obama meta jħalli għal kollox it-tmexxija tal-gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika. Avventura li bdiet mat-tlettax-il sena ilu, fl-2004, rat lil dan il-bniedem jixref mid-dellijiet biex jilħaq waħda mill-ogħla qċaċet ċivili tad-dinja u jżomm dik il-kisba b’dehen, kariżma u, fuq kollox, unur. Seħer u faxxinu Il-Ġimgħa ssir fil-belt kapitali tal-Istati Uniti tal-Amerika, Washington, l-inawgurazzjoni tal-45 President tal-pajjiż, Donald Trump, wara żewġ perjodi ta’ erba’ snin kull wieħed ta’ Barak Obama. Jinbidel il-President u jinbidel ukoll il-partit politiku fil-gvern, minn Demokratiku għal Repubblikan. Iżda l-bidla hi ħafna akbar minn hekk, u ferm aktar sinifikattiva. Minbarra li kien l-ewwel President ta’ ġilda sewda—ħaġa fiha nnifisha diġà storika—Obama ġab miegħu ukoll xi ħaġa li kienet ilha nieqsa mill-presidenza Amerikana. Ġab miegħu xi ħaġa msaħħra u affaxxinanti. Ġab miegħu tama ħajja fil-fu

Il-burokrazija

Image
Il-burokrazija, ċentralizzata jew le, tiċħad liċ-ċittadin l-aċċess għad-deċiżjonijiet li jaffettwaw ħajtu mill-qrib. Għalkemm illum kull istituzzjoni għandha xi ftit jew wisq tal-burokrazija, l-akbar burokratu hu l-gvern. Il-burokrazija mhijiex sempliċiment sistema ta’ amministrazzjoni, iżda hija mekkaniżmu ta’ deċiżjonijiet b’bażi ta’ politika mhux rappreżentattiva. ... u ċ-ċittadin Il-kelma ‘burokrazija’ hi magħmula minn żewġ kelmiet, waħda Franċiża u l-oħra Griega. Filwaqt li l-ewwel parti tagħha tiġi mill-Franċiż ‘bureau’, li tfisser skrivanija, it-tieni parti tiġi mill-Grieg ‘kratos’, li tfisser tmexxija. Il-kelma sħiħa, użata għall-ewwel darba b’mod sarkastiku minn Jacques Gournay fil-bidu tas-seklu 19, tindika t-tmexxija politika magħmula mill-uffiċċji u minn fuq l-iskrivaniji. Diġà Gournay uża l-kelma biex tindika ineffiċenza amministrattiva (l-aktar f’rabta mal-kummerċ). Iżda maż-żmien, b’aktar riflessjoni, filwaqt li l-kelma ġiet użata f’sens aktar negattiv milli pożi

L-anniversarji tas-sena

Image
L-anniversarji sirna nħobbuhom ilkoll kemm aħna. Jum twelidna kull sena sar wieħed li niċċelebrawh b’ħafna tifkiriet u festeġġjamenti. Dan ma kienx minn dejjem. Sa ftit għexieren ta’ snin ilu ħadd ma kien joqgħod jiċċelebra xejn, anqas u anqas il-jum tat-twelid. Iżda llum xort’oħra. Għal min jiddeletta bit-tifkiriet, hawn għandek lista sħiħa ta’ anniversarji li se jiġu mfakkra din is-sena tal-2017. Mhux kollha għandhom l-istess importanza. Għall-insara Kattoliċi u Protestanti, u għandu mnejn mhux għalihom biss, l-ewwel fil-lista t’hawn taħt aktarx hu wieħed mill-aktar ewlenin. Għall-dawk delettanti tal-istorja ta’ Malta, l-anniversarji tal-George Cross, il-ftehim ta’ Mintoff u Carrington, u l-qtil brutali ta’ Karen Grech jistgħu jiġbduhom aktar. Għall-mużiċisti, dak ta’ Elvis se jkunilhom ewlieni. Għal oħrajn, għandu mnejn ta’ Marilyn Monroe ukoll. Xi wħud jistgħu ma jħallux l-anniversaru tar-revoluzzjoni Russa tgħaddi mingħajr grogg. Insomma, hawnhekk jidher li hawn xi ħaġa għal