Posts

Showing posts from February, 2019

Il-ħtieġa tar-reviżjoniżmu

Image
It-terminu ‘reviżjoniżmu’ ġej mill-kelma ‘reviżjoni’, jiġifieri li terġa’ żżur—tagħmel ‘ revision ’ bl-Ingliż—ta’ xi ħaġa li tkun diġà saret. Hija kelma xi ftit jew wisq teknika li tintuża għal għadd ta’ skopijiet li, jidhirli, tajjeb li bniedem ikun jaf bihom. Ħafna drabti, int u jien kemm-il darba nagħmlu reviżjoni, jew anki reviżjonijiet, ta’ affarijiet li nkunu diġà lestejna mingħajr ma nsejħulu hekk. It-tifsir Aktarx li l-kelma ‘reviżjoniżmu’ saret moda għall-ewwel darba fit-teorija politika marbuta mal-Marxisti. Fost dawn kien hemm min isejjaħ hekk, bi tmaqdir, lil dawk fosthom li fil-fehma tagħhom ma kinux qed jaċċettaw id-duttrini ta’ Marx fl-għamla safja u pura tagħhom, imma kienu qed jinterpretawhom skont teoriji moderni li ma kinux xierqa. F’dan is-sens, skont il-Marxisti ortodossi r-reviżjonijiet il-ġodda kienu eretiċi. Minn hawn, il-kelma ‘reviżjoniżmu’ ħadet xejra kemxejn negattiva. Qisha bdiet tintuża għal xi ħadd li jagħmel reviżjoni żbaljata, nonkonformista jew

Is-sbuħija tad-diċenza

Image
Għal ħafna nies, id-diċenza hi biss marbuta mal-ilbies; ma’ kif wieħed jew waħda jilbsu mingħajr ma joffendu ’l ħadd. Imma d-diċenza mhijiex marbuta m’hekk biss. Hi marbuta ma’ dak kollu li l-bniedem jagħmel li jixraq lilu nnifsu bħala bniedem. Id-diċenza tiġi qabel ir-reliġjon, qabel il-morali, qabel il-politika u qabel kull kodiċi etiku li l-istituzzjonijiet jivvintaw. Qabel kollox Id-diċenza mhijiex sempliċiment xi ħaġa li jistenna minnek ħaddieħor, jew li ħaddieħor jippretendi minnek biex toħroġ ta’ nies. L-ewwel u qabel kollox, id-diċenza hi kwistjoni ta’ rispett ta’ bniedem lejn ieħor. Ħafna nies ċivilizzati jippretendu li jafu x’inhuma r-regoli tad-diċenza, imma mbagħad issibhom jagħmlu affarijiet inetiċi jew immorali li żgur ma jixirqulhomx. Ħafna nies, ukoll, igħidu li jemmnu f’xi Alla, jew isostnu li huma parti minn xi reliġjon. Imma mbagħad issib li s-sens ta’ aġir xieraq—morali jew etiku—fil-konfront ta’ ħaddieħor, fil-konfront tal-ħlejjaq ħajjin, jew fil-konfront t

Fejn jilagħbu t-tfal

Image
It-tfal se jilagħbu dejjem. Ġewwa, barra, waħidhom, m’oħrajn, fl-indafa, fil-ħmieġ, b’li jsibu, b’li jivvintaw ... it-tfal se jibqgħu tfal u se jibqgħu jilagħbu. Madankollu l-kbar jridu jaraw li fejn jilagħbu t-tfal qed jgħinhom jikbru. Għall-anqas iridu jaraw li fejn jilagħbu t-tfal ma jgħarraqhomx. Fejn qed jilagħbu t-tfal? Fejn ħallejnilhom biex jilagħbu? Siment u asfalt Min hu kbir bħali għandu mnejn jiftakar il-kanzunetta t’Adriano Celentano, ‘ Il ragazzo della Via Gluck ’ (It-tfajjel ta’ Triq Gluck), li kienet ħarġet fl-1966. Fost affarijiet oħra, kellha dal-vers: ‘ Là dove c’era l’erba ora c’è una città ’ – Hemm qabel kien hemm il-ħaxix issa hemm il-mibni. Dil-kanzunetta bkiet il-qerda tal-imkejjen ħodor u tal-ispazji miftuħa. Aktarx li fl-1966 ħadd f’Malta jew f’Għawdex ma seta’ japprezza biżżejjed li dak li Celentano kien qed jilmenta għall-Italja, se jkun jgħodd għall-Gżejjer Maltin mitt elf darba aktar. Inqerdu l-imkejjen ħodor bl-għama, u jibqgħu jinqerdu l-ispazji

L-indħil barrani fil-Venezwela

Image
Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li l-President Nicolás Maduro ġab lil pajjiżu, il-Venezwela, għarkobbtejh. Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem f’dal-pajjiż ġiet mill-agħar taħt it-tmexxija tiegħu. Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li s-sitwazzjoni teħtiġilha tinbidel. Madankollu, dan ma jfissirx li l-ġejjieni tal-Venezwela għandu jiġi determinat mill-indħil ta’ gvernijiet barranin. Taqlib ikrah Għaqdet bil-kbir il-qagħda f’dal-pajjiż ta’ 32 miljun ruħ tal-Amerika Latina, il-Venezwela, f’dawn l-aħħar ġimgħat. Is-sitwazzjoni ilha sejra lura sew minn mindu miet il-mexxej Hugo Chávez fl-2013 u l-elezzjoni ġenerali li saret wara. Ħafna sostnew li Maduro kien elett bi tagħbis u li ma kien il-President tal-pajjiż xejn. Din l-akkuża kompliet tissaħħaħ meta l-ekonomija tal-pajjiż bdiet tmur mill-ħażin għall-agħar. L-inflazzjoni kibret, il-qagħad żdied, il-prezzijiet ta’ kull tip ta’ ikel sploda, u n-nuqqasijiet għall-ħtiġijiet tal-ħajja kibru. Ma’ dan kollu kompl