Posts

Showing posts from November, 2012

It-traġedja ta’ Gaza

Image
Dak li ġara għal dawn l-aħħar ġimgħatejn f’Gaza hu traġedja umana għal kulħadd. La hi l-unika traġedja fid-dinja llum, la l-akbar waħda u lanqas l-aktar imtawla. Però, aktarx hija l-aktar waħda rrappurtata. Kull traġedja umana hija soppa ta’ dulur, passjonijiet u sentimenti. Quddiemhom wieħed jista’ biss jintafa’ f’għoġba għall-miżerja umana, imma wkoll isaħħaħ il-ħrara fraġli f’dinja isbaħ għal kulħadd. 44 traġedja dinjija Skont il-‘Programm ta’ Tagħrif dwar il-Konflitti Dinjija’ (UCDP) tal-Università ta’ Uppsala, l-Iżvezja, fid-dinja llum hawn 13-il traġedja għaddejja bla waqfien fuq skala qerrieda agħar minn dik ta’ Gaza. Fost dawn hemm dik fil-Libja, il-ġara tagħna. Il-ġurnalisti ftit jagħtu kashom; il-biċċa l-kbira minnhom qishom ma jeżistux. Minbarra fil-Libja, dawn it-traġedji mdemma jinsabu f’Burma, il-Kolumbja, l-Afganistan, is-Somalja, il-Jemen, il-Pakistan, il-Messiku, is-Sudan, is-Sirja, l-Iraq u l-Mali. Fihom imutu għexieren ta’ eluf ta’ nies kull sena, ħafna minnh

L-improbabbiltà ta’ riforma

Image
Riformi, riformi, riformi – Il-kelma spiss tkun fuq fomm diversi nies. Minnha nnifisha, il-kelma ‘riforma’ tfisser li tagħti forma differenti jew ġdida lil xi ħaġa. Min jużaha, ħafna drabi jkollu f’moħħu xi istituzzjoni ... u, għalhekk, kif se jibdilha; kif se jagħtiha forma oħra. F’diskors bħal dan wieħed japprezza l-fatt li min jagħmlu jkun għall-anqas qiegħed impliċitament jammetti li l-istituzzjoni li jkollu f’moħħu mhijiex qed tiffunzjona sew u li għandha bżonn tinbidel. Min-naħa l-oħra, però, wieħed ma jistax ma jilmaħx l-inġenwità tiegħu: għax ħafna drabi l-istituzzjonijiet ma jistgħux jiġu riformati; jistgħu biss jinħattu u flokhom tinbeda xi ħaġa oħra mill-ġdid. Xi kultant, din l-ammissjoni ma tkun inġenwa xejn, iżda makakka. Għax min jagħmilha jkun jaf tajjeb li riforma mingħajr ristrutturazzjoni mhijiex probabbli. Meta sinċiera, il-mira tar-riforma hi illużjoni; meta makakka, hi qarrieqa. Riforma titlob wisq ‘Riforma’ ħafna drabi tfisser biss li lill-istituzzjoni j

Obama f’rebħa storika u memorabbli

Image
Li kieku stajt tara dan l-artiklu l-Ħadd li għadda, kont tintebaħ li ma kelli ebda dubju li Barack Obama se jirbaħ l-elezzjoni Amerikana tat-Tlieta li għaddew. Minkejja li t-tellieqa bejn iż-żewġ partiti l-kbar kienet qalila u xi ftit jew wisq ras imb’ras, Obama ħareġ rebbieħ għat-tieni darba b’maġġoranza komda. Hi rebħa storika u memorabbli. Kampanja diffiċli Għalina, li nħarsu lejn l-Amerika ‘minn barra’, għandna l-ħila nistagħġbu għala, f’din il-kampanja elettorali, Obama kellu jegħreq l-għaraq tad-demm u jissielet bi snienu għal kull pulzier li kiseb. L-oppożizzjoni għalih min-naħa tal-Partit Repubblikan u ta’ partiti oħrajn kienet formidabbli. Nistagħġbu għax ma jidhirx għal kollox ċar x’inhu, wara kollox, dak li jrid l-elettorat Amerikan. L-ewwel u qabel kollox irid li pajjiżu jibqa’ fil-quċċata ekonomika u politika tad-dinja. Dan huwa ċert. Fi kliem ieħor, irid prosperità domestika akkost ta’ kollox. Ma jinpurtax kemm pajjiżu jgħaffeġ ġnus, kemm ideffes imnieħru fi ħwejj

Obama fis-seba’ sema

Image
Jekk il-poplu Amerikan izomm it-tendenza statistika li stabbilixxa sa mill-1960 lil hawn, anqas minn 50% tal-votanti registrati se jmorru jivvutaw nhar it-Tlieta biex jaghzlu l-president taghhom ghall-erba’ snin li gejjin. (Il-medja fuq 40 sena hi ta’ 48%.) Din id-darba, minkejja li t-tellieqa bejn iz-zewg partiti l-kbar kienet xi ftit jew wisq ras imb’ras, Barack Obama mistenni johrog rebbieh ghat-tieni darba. Hi rebha li se ttellghu fis-seba’ sema. Kampanja difficli Ghalina, li nharsu lejn l-Amerika ‘minn barra’, ghandna l-hila nistaghgbu ghala, f’din il-kampanja elettorali, Obama kellu jeghreq l-gharaq tad-demm u jissielet bi snienu ghal kull pulzier li kiseb. L-oppozizzjoni ghalih min-naha tal-Partit Repubblikan u ta’ partiti ohrajn kienet formidabbli. Nistaghgbu ghax ma jidhirx ghal kollox car x’inhu, wara kollox, dak li jrid l-elettorat Amerikan. L-ewwel u qabel kollox irid li pajjizu jibqa’ fil-quccata ekonomika u politika tad-dinja. Dan huwa cert. Fi kliem iehor, irid p