Posts

Showing posts from April, 2020

F’dgħajsa waħda

Image
Mhux biss ir-refuġjati jinsabu dejjem f’dgħajsa waħda, imma aħna lkoll. Xi wħud lanqas dan ma jridu jifhmu. Jibqgħu jirraġunaw bil-mentalità li l-aqwa jinsabu tajjeb huma u daqshekk; ħaddieħor jara hu. Imma din mhijiex il-filosofija li ssalva la lill-individwi u lanqas lill-umanità. Ninsabu f’dgħajsa waħda. Flimkien jekk nibqgħu fil-wiċċ jew jekk negħrqu. Politiċi bla ġieħ L-ewwel u qabel kollox, dit-tagħlima jridu jifhmuha l-politiċi. Iridu jifhmu li, f’mument ta’ kalamità nazzjonali bħalma għaddejjin minnha bħalissa, iridu jħallu fil-ġenb il-logħob politiku tagħhom u jaħsbu fuq livell nazzjonali. Huwa miskin dak il-politiku, hu min hu, li jinqeda b’kalamità bħal din biex biex jipprova jirbaħ il-punti. Xi wħud hekk qed jagħmlu, speċjalment xi wħud fil-kamp tal-oppożizzjoni. Dan mhuwiex qed ikun ta’ ġieħ għalihom u lanqas għall-partit tagħhom. Bniedem li jinqeda bid-dgħufija momentarja tal-oppożitur tiegħu biex jagħmel xi akkwist personali ma jixraqlux jissejjaħ kompetitur onor

Apoloġija lil Dimech

Image
Il-Knisja Kattolika Maltija b’għadha qatt ma talbet maħfra uffiċjali lil Manwel Dimech, lid-dixxendenti tiegħu jew lill-poplu Malti għall-martirju li ġegħlitu jbati. Dimech miet eżiljat fl-Eġittu ħtija tal-persekuzzjoni sistematika li l-awtoritajiet ekkleżjastiċi lokali ħadmu kontra Dimech b’mod inġust, immorali u żbaljat. Tnissil il-mibegħda Il-Ġimgħa li għadda, 17 t’April, Manwel Dimech għalaq 99 sena mejjet. Iva, is-sena d-dieħla jaħbat l-ewwel ċentinarju mill-mewt kiefra tiegħu ’l bogħod minn pajjiżu tturufnat fl-Eġittu. Dimech ġie ddeportat mill-awtoritajiet Brittaniċi f’Malta mingħajr akkuża formali u mingħajr proċess ġudizzjarju. Dan sar biss fuq il-bażi ta’ kalunji li tnisslu mill-mibegħda li l-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika f’Malta u Għawdex qajmu kontrih. Wara dan, Dimech inżamm eżiljat minn Malta illegalment. Dan għax, wara li ntemmet il-liġi marzjali li kienet twaqqfet minħabba l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-ordni tad-deportazzjoni ta’ Dimech legalment intemm ukoll. D

Dizunjoni Ewropea

Image
Waqt li qegħdin ilkoll għall-kenn ġewwa nieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa kontra l-Coronavirus, madwarna fl-Unjoni Ewropea (EU) qed iseħħ avveniment ieħor li aktarx bosta ntebħu bih u li oħrajn għażlu li jinjorawh: id-diżintegrazzjoni tal-EU. Ir-retorika kollha tat-tisħiħ politiku ta’ kontinent magħqud aktarx kienet l-ewwel vittmi tal-Coronavirus. Kulħadd għal rasu Malli faqqgħet il-Coronavirus, fl-UE bdiet tiġri xi ħaġa sorprendenti. Waqt li kulħadd beda jiffoka fuq l-imxija u l-qerda li bdiet iġġib, tista’ tgħid li ħadd ma ntebaħ li l-UE kien implodiet. F’daqqa waħda, dik li suppost kienet ħaġa waħda saret biċċiet. Kull pajjiż fl-UE beda jaħseb għal rasu. Aktar minn hekk, meta pajjiżi bħall-Italja u Spanja, aktarx l-aktar milqutin mill-virus, espliċitament talbu l-għajnuna tal-UE, din sa ċaħditilhom din l-għajnuna. Bejn il-ħbieb, jew aħjar, bejn l-aħwa, meta jinqala’ xi saram arahom jingħaqdu qaqoċċa. Aktarx kulħadd għadda minn dan fil-familja tiegħu. L-imkwiet li jaħb

Il-ħin ħieles

Image
F’dawn il-jiem―li issa qed isiru ġimgħat―f’daqqa waħda lkoll beda jkollna ħafna ħin ħieles x’naħlu. Fejn qabel bosta nies lanqas biss kienu jafu minfejn se jibdew fl-affarijiet li kellhom jagħmlu d-dar, issa, magħluqin ġewwa bilfors, għandhom il-ħin kollu tad-dinja. Li issa għandu mnejn marrilhom hija l-ħajra. Spazju għas-serħan Il-ħin ħieles jorbot mas-snajja li jkollna. Jiġifieri, aktar ma bniedem ikollu s-sengħa jagħmel affarijiet, anqas ikollu ħin ħieles; u bil-kontra wkoll: anqas snajja, aktar ħin ħieles. Ħafna drabi, jissejħu “ħin ħieles” dawk is-sigħat, il-jiem u l-ġimgħat li fihom bniedem m’għandux dmirijiet xi jwettaq, imma jista’ jagħmel dak li għandu l-ħajra li jagħmel. Hu għalhekk li l-ħin ħieles hu marbut ma’ serħan il-moħħ. Għax bniedem ma jagħmilx fil-ħin ħieles dak li jagħfas fuq moħħu bħala dmir, imma biss dak li jpaxxi ’l ruħu, l-aptit u l-pjaċir. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, id-dmirijiet tagħna ma jagħtuniex pjaċir, u lanqas ma huma maħsuba li jagħtuna pjaċir.