Posts

Showing posts with the label rivoluzzjoni

Trotsky: 80 sena

Image
Ix-xahar li għadda, ir-revoluzzjonarju u teoriku politiku Leon Trotsky, għalaq 80 sena mejjet. Dal-ġgant politiku huwa ħafna drabi jew injorat għal kollox jew imfakkar għal raġunijiet żbaljati. Però, naħseb li t-tifkira tiegħu tista’ tkun okkażjoni żgħira biex iġġibna f’sensina fuq ir-rwol li aħna lkoll għandu jkollna biex intejbu d-dinja ta’ madwarna. Miet assassinat Leon Trotsky miet tmenin sena ilu, f’ Coyoacán ġol-Belt tal-Messiku, il-Messiku, fil- 21 t’Awwissu tal- 1940 , fl-età ta’ sittin sena. Miet ħtija ta’ attakk qattiel fuqu fil-jum ta’ qabel ġewwa daru. Fir-ritratt t’hawnhekk, jien nidher fuq il-qabar ta’ Trotsky, fejn hu midfun flimkien ma’ martu Natalia Sedova, fil-ġnien tad-dar ta’ fejn ġie assassinat. Id-dar hi llum mużew, post miżmum eżatt kif ħallieh Trotsky tmenin sena ilu. Trotsky kien mir-Russja u ssieħeb fil-partit Belxevista ftit ġimgħat qabel ir-Rivoluzzjoni t’Ottubru tal-1917. Huwa kien parti mill-gvern ta’ Lenin, imma meta Stalin ħataf it-tmexxija tal-...

Ir-reżurezzjoni tas-Sudan

Image
Iltqajt mill-qrib ma’ wisq Sudaniżi biex ma nifraħx bl-aħħar żviluppi li seħħew f’dak il-pajjiż ta’ kobor enormi. Dan-nies iltqajt magħhom fil-ħarba tagħhom minn pajjiżhom, mill-vjolenza terribbli tad-dittatur Omar al-Bashir, u għalhekk aktarx f’xi wħud mill-agħar waqtiet ta’ ħajjithom. Ir-reżurrezzjoni ta’ pajjiżhom hi issa tama għalihom ilkoll. Vjolenza bla tarf Is-Sudaniżi kollha li qatt sirt naf, irġiel u nisa, kienu kollha refuġjati ġejjin, mhux mis-Sudan tan-Nofsinhar, imma mis-Sudan tat-Tramuntana, dik li għandha l-belt kapitali tagħha jisimha Khartoum. Dawn kollha kellhom stejjer tal-waħx x’jirrakkontaw, speċjalment jekk kienu mit-territorju madwar Darfur fil-punent tal-pajjiż. L-istejjer kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom marbuta mal-milizji ta’ Omar al-Bashir, li kien ħataf il-presidenza tal-pajjiż fl-1989, eżatt tletin sena ilu, b’kolp ta’ stat. Dan kien wassal għal gwerra ċivili tal-waħx li, fi tmiemha fl-2005, is-Sudan tan-Nofsinhar inqata’ bħala pajjiż għalih, indipe...