Posts

Showing posts from February, 2021

Tinsiex lil ta’ ġewwa

Image
Ħafna nies jgħidu li għandhom karità u ħniena għad-dinja kollha, imbagħad jinsew lin-nies ta’ ġewwa darhom. Il-karità u l-ħniena, jekk ma jibdewx b’dawk li huma l-aktar qrib tiegħek, jew, agħar minn hekk, jekk jaqbżu u jevitaw lil dawk li huma l-aktar qrib tiegħek u dawk li jgħixu miegħek f’darek, allura juru fid-dieher kemm huma vojta, foloz u morda. L-abbuż komuni L- imħabba u l-ħniena huma s-sentimenti li l-aktar li jagħżlu lill-bniedem mill-bqija tal-ħolqien. Dawn huma stati psikoloġiċi u emozzjonali li jagħmlu lill-bniedem ’il fuq min-natura. Xi wħud jgħidu li b’dawn jipperfezzjona n-natura. Għandu mnejn. Żgur li bihom kull bniedem juri x’inhu, huwiex miftuħ lejn l-oħrajn jew magħluq fih innifsu. Minkejja li huma l-aktar virtuwijiet sbieħ, l-imħabba u l-ħniena minn dejjem kienu l-aktar abbużati fl-istorja tal-bniedem. Għax f’isem l-imħabba u l-ħniena saru attroċitajiet bla qies. Il-bniedem li jaf jilagħbha li jħobb jew li hu ħanin għandu l-ħila jdaħħal lill-oħrajn fil-but u

Gratitudni u parteċipazzjoni

Image
Dawk li ħafna fostna jsejħu bil-pulit “refuġjati” jew “klandestini”, dawk li oħrajn anqas puliti jsejħulhom “suwed”, huma nies li huma parti mill-fibra integrali tas-soċjetà tagħna. Imma dan ma jidhirx mill-istituzzjonijiet tagħna. Mhux biss l-immigranti mhumiex jipparteċipaw fid-dinamiżmu soċjali u politiku tagħna, iżda ħafna drabi lanqas biss għandhom il-gratitudni tagħna. Sehem soċjali sħiħ Ħa nibda bil-gratitudni. Dan ifisser li nappreżżaw is-sehem, hu x’inhu, li l-immigranti qed jagħtu għall-ħajja tagħna ta’ kuljum. Hawnhekk ma nirreferix biss għax-xogħol li jagħmlu, speċjalment fl-oqsma tas-servizzi u tal-bini. Nirreferi wkoll għall-kuntatti varjati li aħna u huma jkollna ma’ xulxin fuq bażi kontinwa. Min jagħmilha ma’ ħaddieħor żgur li jinfluwenza lil ħaddieħor. Din hi influwenza miż-żewġ naħat. Hi influwenza li b’xi mod jew ieħor tibdel lil dak li jkun, iġġegħlu jadatta ruħu, twasslu jitħajjar għal drawwiet ġodda u wkoll tagħtih idea oħra tiegħu nnifsu. Dawn l-effetti t

Il-bakketta tat-tiġdid

Image
Kemm hija abbużata dil-kelma “tiġdid”. Spiss tisma’ lil min jużaha bħallikieku kienet xi bakketta maġika li, bi ftit kliem taparsi msaħħar, twettaq dak li twiegħed. Kemm nies tal-Knisja kif ukoll nies tal-Istat tismagħhom iżeffnu dil-kelma “tiġdid” biex jimpressjonaw bil-ħidma tagħhom. Dil-kelma ma jixirqilhiex hekk. Duwa maġika It-terminu “tiġdid” tiġi mill-kelma “ġdid”. Tindika r-ritorn għal dak li hu l-bidu, il-frisk, is-sabiħ, iż-żagħżugħ ta’ xi ħaġa. “Iġġedded” ifisser terġa’ tagħmel ġdid; terġa’ tagħti l-ħajja; terġa’ trodd iż-żogħżija, lil xi ħaġa. Min iwiegħed it-tiġdid iwebbel li jista’ jibdel il-qadim, l-iskadut, l-imkisser, il-mitluf, f’xi ħaġa friska, aġġornata, sħiħa u misjuba mill-ġdid. Din hi l-ħolma ta’ dejjem tal-umanità, speċjalment ta’ dawk in-nies ossessjonati biż-żmien, ix-xjuħija, il-mard u l-mewt. Iridu jsiru iżgħar flok ixjeħ. Iridu jerġgħu jibdew mill-bidu flok jispiċċaw. Iridu ma jmutu qatt. It-tiġdid li dawn in-nies dejjem joħolmu bih iriduh ikun bħal d

It-tribaliżmu tal-kbar

Image
Mhuwiex veru li t-“tribaliżmu” hu limitat għal pajjiżi żgħar jew għal pajjiżi kolonozzati. Dan isostnuh bosta għorrief minn fostna biex ifissru l-qsim bipolari f’pajjiżna, kemm dak politiku kif ukoll dak reliġjuż. L-Amerika mhijiex pajjiż żgħir u lanqas ma qatt kienet kolonozzata bħalma konna aħna. Madanakollu, it-tribaliżmu istituzzjonalizzat tagħha hu tal-għaġeb. Kelma ta’ disprezz Dak li xi wħud dejjem jirreferu għalih bħala “tribaliżmu” jindika l-għira li tribujiet primittivi jkollhom għal xulxin. Hija l-attitudni li kulħadd ifittex li jkun magħqud ġo tribù jew grupp, u dat-tribù jingħalaq fih innifsu biex iħares lilu nnifsu mill-bqija tad-dinja. Kull tribù jfittex xawwatu, u jeħodha kontra kull tribù ieħor. Għal min juża l-kelma “tribaliżmu” b’dal-mod mingħalih ikun qed jindika sistema li jkollhom biss nies fi stat primittiv u nieqes mill-iżvilupp soċjali. Infatti, “tribaliżmu” tintuża bħala isem ta’ disprezz. Xi wħud għalhekk jużawha għall-poplu Malti. Jużawha b’referenza g