Tmiem Guantanamo (saflahhar)
Xahar ilu, fit-23 ta’ Jannar, il-President il-gdid ta’ l-Istati Uniti, Barak Obama, ta ordni ezekuttiva sabiex il-habs infami ta’ Guantanamo Bay f’Kuba jinghalaq fi zmien sena. Dan il-habs hu ta’ misthija ghall-Amerika, li f’dawn l-ahhar ghexieren ta’ snin laqghbitha ta’ paladun tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. Din l-azzjoni ta’ Obama wriet li hu bniedem ta’ kelma. Azzjonijiet kuragguzi L-ordni ezekuttiva li jinghalaq il-habs ta’ Guantanamo giet wara li, ftit sighat wara li ha l-halfa bhala l-44 President ta’ l-Istati Uniti fil-21 ta’ Jannar li ghadda, Barak Obama ordna li jieqfu t-tribunali kriminali li kienu qed isiru tan-nies mizmuma fl-istess habs. Dak in-nhar, huwa talab 120 jum sospensjoni ta’ dawn it-tribunali. F’dak il-waqt, kienu ghaddejjin 21 tribunal minn dawn, inkluz dak ta’ Khalid Sheikh Mohammed, li kien ammetta li hadem il-logistika tal-attakki tal-11 ta’ Settembru ta’ l-2001 fuq it-Torrijiet Tewmin tac-Centru tal-Kummerc Dinji. Huwa kien qed jiffaccja, ...