Posts

Showing posts from February, 2008

L-ahbarijiet li nircievu

Huwa kwazi naturali li, f’dan iz-zmien ta’ kampanja elettorali, nistennew li l-ahbarijiet li nircievu jkunu “mbaghbsa”; dik li bl-Ingliz isejhulhom “doctored news” . Imma din il-haga fil-fatt ma tigrix biss f’dan iz-zmien partikulari u specjali. Tigri s-sena kollha. Is-snin kollha. L-oggettività ma tidhirx li hi wahda mill-eghzez valuri ta’ xi whud mill-kittieba (gurnalistici u mhux) Maltin. Kittieba b’missjoni Il-gazzetti popolari huma aktarx l-aktar mezz letterarju li jigi f’idejna. Ma’ dawn nista’ nzid ukoll, forsi fit-tieni post, il-hafna fuljetti tal-parrocci u ta’ bosta ghaqdiet religjuzi. Fl-ahharnett, ghalkemm bil-wisq aktar lura fl-istatistika, jista’ jkun hemm ukoll dawk il-kotba ippubblikati f’Malta jew Ghawdex – specjalment ta’ natura storika jew politika – li jinxtraw minn ftit mijiet ta’ nies. Il-bicca l-kbira ta’ l-awturi ta’ dan il-materjal stampat kollu hija maghmula minn “nies b’missjoni”. B’dan irrid infisser li huma nies mixtrija (jew mikrija); li l-pinna tagh

Il-voluntarjat Malti

F’dawn il-granet ta’ kampanja elettorali, wiehed jara hafna voluntiera li jaghtu hinhom u hafna aktar ghall-partit li jhossu qrib tas-sentimenti u l-ideali taghhom. Hafna minnhom ma jahdmux f’dawn il-gimghat biss, imma tul is-sena kollha u ghal hafna snin. Naturalment, il-hidma taghhom hija aktarx bicca zghira minn dik li eluf ta’ voluntarji jaghmlu f’Malta u Ghawdex il-hin kollu f’impenn kbir. Hija hidma politika, socjali, religjuza, filantropika, artistika, kulturali ... li hafna drabi ma tigix apprezzata bizzejjed. Ghajnuna governattiva L-Erbgha li ghaddew, saret attività ckejkna fil-Kavallier ta’ San Gakbu, il-Belt, li fiha attendew rapprezentanti ta’ hafna ghaqdiet voluntarji fil-qasam socjali. F’din l-okkazjoni, ghal fi snin l-imghoddija, il-Ministru ghall-Familja u l-Politika Socjali, Dolores Cristina, qassmet ghajnuniet finanzjarji sinifikanti lil dawn l-ghaqdiet. Ghall-attività attenda wkoll il-Kummissarju ghall-Ghaqdiet Voluntarji, il-Professur Kenneth Wain. Din l-attiv

Ghal Alla kollox possibbli

Din is-sentenza hija mill-Iskrittura Mqaddsa. Tinghad mill-arkanglu Gabriel lil Marija fit-thabbira tal-Mulej. “Ghax ghal Alla kollox possibbli”. Kollox. L-istess kliem intuza minn Sarkozy fi Franza u issa qed jintuza fuq kartelluni ma’ kullimkien fostna. Possibbli kollox? Hekk qed jigi mwieghed. Imma dan possibbli? Possibbli kollox possibbli? Dan l-istess kliem ifakkarni f’laqgha li kont attendejt snin ilu. Fiha kien qed jiehu sehem Oliver Friggieri. Jidhirli t-tema tal-laqgha kienet fuq il-paci fid-dinja, xi haga hekk. Qabel Friggieri inzertat kienet tkellmet wahda li ghamlet diskors imqanqal fuq il-paci u spiccat bil-kliem: “Ghal Alla kollox possibbli!” Immedjatament warajha tkellem Oliver Friggieri u, bil-kalma kollha, beda d-diskors tieghu hekk: “Ghal Alla kollox possibbli. Il-bniedem mhux Alla. Mela ghall-bniedem mhux kollox possibbli”! Il-logika impekkabbli tieghu sikktet lil kulhadd. Kellu ragun. Trid tkun prezuntuz mill-kbar biex tghid li ghall-bniedem – jew ghal xi bn

Clinton jew Obama?

Kemm hi affaxxinanti l-kampanja elettorali Amerikana. Tassew li l-Amerikani ghandhom sistema ikkomplikata ta’ elezzjonijiet li difficli li wiehed jifhimha ghal kollox kif gieb u lahaq, imma l-ghazla wiesgha u l-multiplicità ta’ oppzjonijiet li jinghata l-poplu Amerikan f’din il-kampanja hija impressjonanti. Bla dubju, kemm il-materja ta’ l-ghazla u kemm il-forma ta’ kif din l-ghazla ssir huma denji ta’ demokrazija kbira u pajjiz f’livell gholi hafna ta’ zvilupp. Nominazzjoni Demokratika L-aktar li jinteressa lili f’din il-kampanja li se ttella’ (fost ohrajn) il-president il-gdid ta’ l-2009 huwa l-process ghall-ghazla tal-kandidat presidenzjali tal-Partit Demokratiku (jigifieri l-partit liberali, jew xellugi, Amerikan). Tlieta jidhru li huma l-kontestanti ewlenin: Hillary Clinton, Barak Obama u Edwards. L-ahhar wiehed aktarx dalwaqt ikollu jhalli t-tellieqa – ghax voti mhux qed igib bizzejjed mill-istati individwali. It-tnejn l-ohra s’issa qed jigru ras imb’ras. Hillary Clinton bd