Posts

Showing posts from June, 2014

Istituzzjonijiet assoluti

Image
Aktar minn sena wara l-għoti ta’ mandat elettorali lil Partit Laburista mġedded wieħed jistenna li ċ-ċittadin ikun kiseb aktar setgħa filwaqt li l-istituzzjonijiet governmattivi jkollhom anqas. Forsi ma fhimtx sew; iżda jien jidhirli li l-mandat kien ingħata―u b’mod qawwi wkoll―fuq il-wegħda repetuta li ċ-ċittadin komuni kien se jitqiegħed fiċ-ċentru tal-istruttura politika u li s-sovranità tiegħu kienet se tingħata rikonoxximent akbar. Iżda ma jidhirlix li dan qiegħed jiġri. Anzi, minflok qegħdin naraw, sfortunatament, li, f’din l-aħħar sena, l-istituzzjonijiet ġew imsaħħin u saħansitra saru aktar assoluti. Mandat ‘liberali’ Politika liberali tassew ixxaqleb lejn iċ-ċittadin u d-drittijiet tiegħu. Fl-istess ħin, ixxaqleb anqas lejn il-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet. Iva, għax dawn it-tnejn, għalkemm jistgħu jitqiesu komplimentari għal xulxin, ma jarawx għajn m’għajn. Jekk tikber is-setgħa tal-istituzzjonijiet, tonqos dik taċ-ċittadin; u bil-kontra. Politika liberali suppos

L-immoralità tan-NATO f’Malta

Image
Xi dritt kostituzzjonali għandu min ta l-permess ħalli l-vapuri tan-NATO jidħlu Malta l-ġimgħa l-oħra? X’mandat nazzjonali għandu biex jinjora l-Kostituzzjoni u jġib fix-xejn snin sħaħ ta’ taqtiegħ għall-ħelsien? Il-kooperazzjoni effettiva man-NATO, hi x’inhi l-iskuża li għaliha ssir, mhux biss tmur kontra l-Kostituzzjoni, iżda tikkontradixxi l-ispirtu tal-politika tas-sliem li suppost inħaddnu. Xi djalogu hu dan? Bċejjeċ mill-flotta tan-NATO (imsejħin SNMCMG2) tħallew jidħlu Malta l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra. Skont kelliemi tan-NATO, din iż-żjara kienet waħda ‘skedata’, u saret “biex ittejjeb is-sigurtà marittima fir-reġjun u ssaħħaħ ir-relazzjoni bejn Malta u n-NATO”. Waqt din iż-żjara, xi membri tal-flotta tan-NATO ipparteċipaw f’taħriġ mal-membri tal-Iskwadra Marittima Maltija. Il-kmandant tal-SNMCMG2, Matthias Seipel, qal li ż-żjara tal-flotta hija parti mid-‘djalogu’ ta’ bejn Malta u n-NATO. Kellu l-isfaċċaġni jżid ukoll li ż-żjara hija maħsub sabiex “tippreserva l-għarfien

Tabib fl-Etjopja

Image
Sa mill-2008, kont qiegħed ngħin lil wieħed żagħżugħ Etjopiku, Zemenu Fetene, isir tabib. Din kienet il-ħolma ta’ ħajtu u l-mod kif ried jgħin lill-poplu tiegħu. Kien tifel tat-triq, mingħajr missier u omm, u llum, għall-grazzja t’Alla, baqagħlu sena waħda biss sabiex jiggradwa tabib. Tul dawn is-snin għamel ħiltu kollha biex dalwaqt ikun jista’ jibda jaqdi lill-poplu li tant iħobb. Qagħda mwiegħra It-tobba fl-Etjopja huma skarsi ħafna. Jingħad li hemm b’kollox tabib wieħed għal kull 30,000 ruħ. Iżda din iċ-ċifra ma turix ir-realtà, għax ħafna mit-tobba fl-Etjopja jaħdmu fl-ibliet il-kbar, bħal f’Addis Ababa (li fiha jgħixu aktar minn tliet miljun ruħ) u oħrajn. Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni Etjopika, li tgħix ’il bogħod mill-ibliet mifruxa fil-wesgħat bla qjies tal-pajjiż, jinsabu mingħajr ebda għajnuna medika ta’ xejn. Permezz ta’ interventi qawwija tal-Ġnus Magħquda u organizzazzjonijiet dinjija oħrajn, il-qagħda ta’ saħħa fl-Etjopja tjiebet ħafna f’dawn l-aħħar għoxrin

Sejba mill-ġdid tal-komunità

Image
Is-sens ta’ komunità, u aktar u aktar l-għajxien komunitarju, ġie ddiżintegrat totalment. Baqa’ biss bħala tifkira tal-anzjani. Fl-aħħar nofs seklu, għal diversi fatturi, il-komunità tilfet postha fis-soċjetà tagħna u flokha ħa postu għajxien ta’ entitajiet diżintegrati. Mhux għax dawn għandhom xi ħaġa agħar mill-oħra; iżda hija ċertament differenti għal kollox minnha. Mal-komunità ntilfu l-valuri tagħha u l-ħiliet li kapaċi tiżviluppa fin-nies. Ħaġa tal-imgħoddi Bin-nuqqas ta’ televiżjoni u Internet, b’ħinijiet anqas ta’ xogħol u b’nies anqas jaħdmu, sa madwar ħamsin sena ilu kemm il-membri ta’ kull familja u kemm il-familji individwali kienu jgħixu aktar qrib xulxin. Kellhom xi forma ta’ komunità sforzata; mhux magħżula b’rieda ħielsa, iżda mill-forza tal-kundizzjonijiet u d-drawwiet. L-anzjani dan jiftakruh sew u anki xi wħud minn uliedhom li llum jinsabu lejn nofs ħajjithom. Bil-mod il-mod, dan spiċċa. Il-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ u t-tfal tal-lum lanqas biss jafu x’jiġifi

Mumenti sinifikanti

Image
Fil-ġimgħa li għaddiet, bir-riżultati tal-elezzjoni għall-parlament Ewropew, ħafna nies―telliefa daqskemm rebbieħa―ġew imġiegħla jiftakru f’mumenti partikularment sinfikanti ta’ ħajjithom, kemm sbieħ u kemm koroh. Għalkemm mhux kulħadd kellu l-okkażjoni għalfejn jiċċelebra, kulħadd kellu għalfejn jiftakar f’ċelebrazzjonijiet imgħoddija u forsi jobsor oħrajn li jistgħu jiġu. Il-fortuna rota u xi darba tmiss lill-Papa. Il-ħsieb tiegħi kien kemxejn imwarrab mill-politika partiġġjana li tant timla’ l-ħsieb u l-ħin ta’ ħafna oħrajn. Mhux għax din mhijiex importanti iżda aktar mhuwiex passatemp li sar jiddevertini wisq. Interessanti kemm hu interessanti, dejjem nibqa’ narah bħala wieħed xi ftit jew wisq vizzjuż. Donnu joħloq eċċitament fejn mhuwiex floku. Hu x’inhu, ħsibt f’mumenti sinifikanti oħrajn, kif il-lista li qeigħed inġib hawnhekk turi. Hija lista li, ovvjament, mhux neċessarjament irid jaqbel magħha kulħadd. Forsi xi wħud ma jaqblu magħha xejn, jew ma jaqblux mal-prijoritajie