Posts

Showing posts from January, 2008

L-istess maskri blu

Huwa zmien il-kontijiet. Minghajr ma jrid, wiehed jibda jaghmel is-somom – izid u jnaqqas – halli jara jekk fl-ahhar mill-ahhar fejn jinsab; x’kellu wiehed johrog u x’irnexxielu jdahhal; ghamilx qliegh jew ghamilx telf. Hu zmien il-kontijiet ghax kull elezzjoni generali hija stedina ghal ezaminazzjoni xierqa. Dan hu d-dmir tac-cittadini. Ghax skond il-kont, hekk il-vot. Klijentilizmu Hu x’inhu l-lewn politiku ta’ cittadin, wiehed jiehu gost jara pajjizu jiffunzjona. F’dan l-ispeci ta’ pajjiz, hija hasra li l-politika partiggjana tgharraq kollox. M’hijiex konvinzjoni stupida ghall-ahhar dik li ssostni li l-gzejjer Maltin ma jistghu iffunzjonaw qatt. Ghax il-politika partiggjana ggib il-klijentalizmu; u dan jimpedixxi milli s-sistema ta’ servizz jahdmu sew jew b’mod xieraq. Forsi dan hu wiehed mill-aghar gheltijiet li wiehed jista’ jsib fil-kont li jrid jaghmel f’dawn il-gimghat li gejjin: l-ghelt tal-klijentilizmu; jigifieri l-ghelt ta’ xi nies li, unikament ghax huma blu, baqgh

Il-loghba gudizzjarja

AHMED ABUBAKER, Somali ta’ 19-il sena, bin-numru ta’ l-immigrazzjoni 04F002, ilu l-habs ghaxar xhur. Il-kaz tieghu ghadu fi stat ta’ kompilazzjoni. Bhal hafna injorati ohrajn, huwa maqbud f’loghba gudizzjarja li tidher bla ras, bla denb u, fuq kollox, bla tmiem. Hija l-loghba li jilaghbu kuljum il-pulizija, l-avukati u l-gudikatura. Hija loghba bil-hajja tan-nies u bid-drittijiet umani li dan l-ispeci ta’ pajjiz jghid li jiddefendi. Stqarrijiet dubjuzi F’nofs Marzu tas-sena li ghaddiet, kwazi sena ilu, il-pulizija akkuzat lil Abubaker li, fost hwejjeg ohra, kien stupra tfajla. Dan minkejja l-fatt li kellu katater mwahhla ma’ gismu, jigifieri (skuzani l-precizazzjoni) kellu pajp ta’ l-urina hiereg minn ras il-parti tieghu. Hekk hu, il-pulizija akkuzat guvni b’pajp hiereg mill-parti tieghu ghal go borza b’stupru ta’ mara! Ma tridx wisq immaginazzjoni biex tikkonkludi reat bhal dan huwiex possibbli. L-akkuza tidher li saret fuq il-bazi ta’ zewg stqarrijiet moghtija lill-pulizija f’ci

Vergonja ghall-qrati Maltin!

It-Tlieta li ghaddew, wiehed mill-ghorrief magistrati tal-venerabbli qrati ta’ Malta xehet il-habs tifla ta’ 13-il sena! Le, ma qatlet lil hadd; ma ghamlet ebda hold-up; ma dahlet fid-dar ta’ hadd. Kellha glieda bl-idejn ma’ shabha l-Belt. Temminha din? Daqshekk huma ta’ l-affari taghhom il-qrati li jilaghbuha ta’ difensuri tac-civiltà taghna. X’vergonja! Zball kbir u serju Ghalkemm ir-responsabbiltà kriminali f’Malta hija ta’ 9 snin, hija l-prattika normali li hadd bl-età ta’ anqas minn 16-il sena ma jintbaghat il-habs. Wahda mir-ragunijiet ewlenin hija li l-habs mhuwiex post it-tfal. Mill-habs it-tfal ma jistghu jiehdu xejn hlief hwejjeg hziena. Sat-Tlieta li ghaddew konna tal-fehma li, fis-sapjenza infinita taghhom, il-qrati Maltin dan jifhmuh, imma issa nafu li konna zbaljati. Jafu biss ihammrulna wiccna. Naturalment, il-magistrat gharef li ghamel din il-buzullotta kapaci johrog b’hafna spjegazzjonijiet ghala xehet tifla ckejkna ta’ 13-il sena l-habs. L-ispjegazzjonijiet tieg

Ewropa qatt milhuqa

Xi whud il-hin kollu jhambqu fuq l-Ewropa, bhallikieku l-Ewropa kienet l-art imqaddsa politika taghna. Hafna appoggjaw din l-ghajta minghajr forsi bil-kemm kemm qatt rifsu fl-Ewropa jew zaruha bizzejjed biex jafu sewwa xi ssarraf tabilhaqq. Dawk li rifsu kemm-il darba fl-Ewropa u zaruha bizzejjed biex jafu sewwa xi ssarraf ma jistghux ma jagharfux li l-Ewropa hi tassew l-art imqaddsa 'politika taghna. Però ghandhom jagharfu wkoll li dan l-ideal huwa ghal kollox lil hinn minn kull possibbiltà jew probabbiltà ta’ twettiq. Non-diskussjoni Hija sfortuna li l-diskussjoni dwar id-dhul fl-Unjoni Ewropea (UE) hames snin ilu ma kienet diskussjoni xejn. Hasra wkoll li hawdet ghal kollox l-UE ma’ l-Ewropa. Xi whud raw is-shubija ma’ l-UE bhala l-ahjar mezz ghall-qrubija politika (u ghalhekk socjali) taghna lejn l-Ewropa. Minhabba din in-non-diskussjoni kollha, xi whud ohrajn hadu l-impressjoni li Malta ghandha xi haga komuni ma’ l-Ewropa. Ibda biex, in-non-disskussjoni ta’ hames snin il