Posts

Showing posts from May, 2016

Nies imsallba; ħajjiet imkissra

Image
Spiss jiġri li bosta minna jgħixu ħajjithom imsallba. Għal xi raġuni jew oħra, ħajjithom ma toħroġx kif ippjanawha jew basru. Xi wħud jirnexxielhom jaċċettaw dan kollu filwaqt li oħrajn jitkissru taħt it-toqol tat-tiġrib. Ħajjiet imkissra hawn kemm trid. Nies imsallba hawn bla għadd. Iżda wkoll tama. Ħafna tama. U, fejn hemm it-tama, il-ħajja ma tmutx. Attività annwali Dan se jkun is-suġġett ewlieni ta’ diskors li Karl Borg se jagħti nhar il-Ġimgħa li ġej, 3 ta’ Ġunju, ġoċ-ċentru tal-kreattività, il-Kavallier ta’ San Ġwann, il-belt Valletta, fl-okkażjoni tat-Taħdita Annwali tal-Filosofija. L-attività tibda fis-7.30 ta’ filgħaxija. Din hija r-raba’ darba li qiegħda ssir din l-attività prestiġjuża. Hija organizzata mill-fondazzjoni ‘Philosophy Sharing’ u fiha jiġi ppreżentat diskors li l-iskop ewlieni tiegħu hu li jiftaħ orizzonti ġodda ta’ ħsieb u diskussjoni. L-attività ssir biss darba f’sena u uffiċjalment tissejjaħ l-‘Annual Philosophy Lecture’. Għaliha jista’ jattendi kul

Reliġjon neoliberali?

Image
Mhijiex ħaġa rari li r-reliġjon ‘uffiċjali’ ta’ pajjiż tagħti palata lill-filosofija tan-nazzjon. Ġrat fl-imgħoddi u tibqa’ tiġri ’l quddiem. Kemm-il darba, fil-gżejjer Maltin, il-gvernijiet u r-reliġjon imxew id f’id ħa jseddqu s-setgħa politika li kull wieħed minnhom kellhom b’mod differenti. Illum ukoll. Il-filosofija neoliberali donnha għandha r-reliġjon Kattolika tagħtiha r-riħ u tberkilha s-semm neoliberali tagħha. In-neoliberaliżmu Il-kelma ‘neoliberaliżmu’ tfisser ‘liberaliżmu ġdid’. Aktarx l-isem mhuwiex xieraq sabiex ifisser dak li jirrappreżenta n-neoliberaliżmu. Aktar kien ikun xieraq li jissejjaħ, ngħidu aħna, ‘psewdoliberaliżmu’. Għax fil-fatt, in-neoliberaliżmu hu liberaliżmu falz. Huwa jissabutaġġja l-prinċipji tal-liberaliżmu sabiex dawn jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq kapitalista rażan. In-neoliberaliżmu jdawwar dawn il-prinċipji tal-liberaliżmu fuq rashom. Jinqeda bis-sbuħija u l-fama tajba tagħhom għall-iskopijiet diżastrużi tiegħu. Dak li kien maħsub li jeqred il

Disciplined way of thinking

Image
Philosophy is an activity. Utterly useless at worse, according to some, mystifying at best, and in any case needless. This might be true in some cases but arguably not in all. For philosophy asks the hard questions and, though it might be obsessively cautious in asserting definitive conclusions, it surely unmasks much of our foolishness and pulls to pieces many of our presumed certitudes. Taken from this perspective it is priceless. For many make an art of their foolery and a monument of their absurdity. Philosophy, at least, cuts them to size. But it does more. It rams the frontiers of thought, it reaches beyond the immediate imagery of belief, and it sails the uncharted waters of imagination. ‘Why should this and that be so?’ it asks; ‘What if ...?’ And off it goes. Knocking delusions, razing illusions, and envisaging new forms of language by which to interpret the world. Philosophy’s main working tool is dialogue. Dialogue with oneself, with the world, with others: provoking

Gvern prevedibbli

Image
Waħda mir-raġunijiet għala xi wħud ma kinux jaħmlu lil Mintoff, kemm fuq il-livell politiku kif ukoll fuq dak privat, kien minħabba l-imprevedibbiltà tiegħu. Warajh, Fenech Adami u Gonzi għamlu ħilithom biex jagħtu impressjoni qawwija ta’ prevedibbiltà lill-gvernijiet tagħhom. Joseph Muscat mhux anqas. Minkejja dan, hija l-imprevedibbiltà li tagħmel persuna jew politiku interessanti. Parti mill-istint Il-prevedibbiltà tissuġġerixxi stabbiltà u serħan il-moħħ. L-aktar ħaġa li l-annimali kollha jobogħdu hija l-imprevedibbiltà. L-annimali ma jħobbux sorpriżi. Is-sigurtà tagħhom iħossuha tiddependi ħafna fuq li jkunu jafu sewwa x’inhu jiġri madwarhom u li xejn ma hu se jeħodhom għall-għarrieda. Dan jagħtihom sens ta’ kontroll. Kulmin jikkaċċja l-annimali jaf tajjeb li, biex ikollu suċċess fil-kaċċa tiegħu, in-nases li jħejji jridu jkunu moħbija taħt is-satra tal-korsa normali tal-affarijiet. Il-prevedibbiltà hija kenn għall-annimali daqskemm il-qerda tagħhom. Għax huma dejjem preve

Il-bennej tal-pontijiet

Image
Ftit ilu, meta ġie nieqes l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca, smajt diversi jgħidu fuqu b’ċerta awtorità li kien qeda l-uffiċċju tiegħu ta’ arċisqof jibni l-pontijiet. L-espressjoni inkurjożatni mhux ftit għax kont żgur li smajtha xi mkien qabel. Infatti, il-memorja tiegħi ma qarrqitx bija. X’pontijiet huma? Niftakar li, meta laħaq arċisqof, Pawlu Cremona wkoll kien uża din l-espressjoni stramba. Jekk Alla meta spiċċa xi ħadd ma żiedx jgħid li tul l-arċiveskovat tiegħu kien għamel proprju hekk, bena l-pontijiet. Jidhirli li anki l-arċisqof preżenti wera x-xewqa, hekk malli laħaq, li jagħmel l-istess u jibni l-pontijiet bħal ta’ qablu. Mid-dehra hemm bżonn ta’ ħafna pontijiet. Għax dan il-bini kollu donnu qed isir drawwa, jekk mhux ukoll vizzju. Minn ħaġa waħda ninsab kważi ċert: li ħadd ma qal, għall-anqas safejn naf jien, li Gonzi wkoll, jiġifieri l-arċisqof ta’ qabel dawn kollha, kien bennej tal-pontijiet ukoll. Forsi ħadd m’azzarda jtawwal ilsienu daqshekk. U tifhimhom. Il-bini t

Is-soċjalist għalliem

Image
Is-soċjaliżmu u t-tagħlim jimxu id f’id. Kull soċjalist ta’ stoffa dejjem kien edukatur. Dan għaliex is-soċjaliżmu huwa mod partikulari ħafna ta’ kif wieħed iħares lejn ir-realtajiet ta’ madwaru. L-ewwel xejn, is-soċjaliżmu huma mentalità u viżjoni; imbagħad hu azzjoni fil-prattika li tieħu ħafna suriet. Ktieb ġdid Illum qiegħed jiġi varat ktieb ġdid ta’ sebgħa u tletin novella ta’ tulijiet differenti mxandrin bejn l-1924 u l-1969 mill-Belti Nikol Biancardi (1904–1969) u miġbura minn Donna-Lynn Calleja. Il-ktieb huwa parti mis-Sensiela Kotba Soċjalisti. Il-ktieb jinkudi wkoll bijografija dettaljata ta’ Biancardi u kummenti kritiċi fuq ix-xogħlijiet letterarji tiegħu. Ħasra li ma żiedx ma’ dawn werrej ta’ ismijiet u temi ta’ referenza. Nikol Biancardi kien wieħed mill-pijunieri tal-Partit Laburista Malti, letterat u kittieb tal-Malti. Il-kitbiet tiegħu jinkudu poeżij, novelli, drammi u artikli. Kien wieħed mis-soċjalisti ‘radikali’ ta-snin tletin li ħadem għaċ-ċelebrazzjoni ta’