Posts

Showing posts with the label Amerika Latina

It-traġedja tar-refuġjat

Image
Il-politika tal-President Amerika Trump li jsaħħaħ l-isforzi biex anqas u anqas refuġjati jidħlu l-Istati Uniti kabbret it-traġedja umana fl-Amerika Latina kollha, iżda wkoll reġgħet tellgħet għall-attenzjoni tad-dinja t-traġedja tar-refuġjat kullimkien fid-dinja. Fil-Mediterran daqskemm fl-ibħra ta’ Arafura u Timor fit-tramuntana tal-Awstralja, kif ukoll fuq l-art fil-kontinenti kollha, dit-traġedja tissokta waqt li l-bniedem jagħmel dak li dejjem għamel: jivvjaġġa. L-isfida dinjija Xi wħud jgħidu li aktarx il-bniedem, bħal kull annimal ieħor, qatt ma kellu jibqa’ marbut ma’ post wieħed biss għal ħajtu kollha. Minn dejjem ried jivvjaġġa; jimxi minn post għall-ieħor; jgħix f’ambjenti differenti. Malli qagħad f’post wieħed, malli beda jibni l-bliet, hemmhekk beda l-inkwiet. Ġew il-liġijiet li ma jħalluhx jivvjaġġa, u ġiet ukoll l-isfida għal dawk il-liġijiet. Sal-lum dil-isfida ma waqfet qatt. Kullimkien fid-dinja, minn fuq ibħra, muntanji, deżerti u xmajjar, il-bniedem jibqa’ j...

L-indħil barrani fil-Venezwela

Image
Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li l-President Nicolás Maduro ġab lil pajjiżu, il-Venezwela, għarkobbtejh. Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem f’dal-pajjiż ġiet mill-agħar taħt it-tmexxija tiegħu. Aktarx ħadd ma jista’ jiċħad li s-sitwazzjoni teħtiġilha tinbidel. Madankollu, dan ma jfissirx li l-ġejjieni tal-Venezwela għandu jiġi determinat mill-indħil ta’ gvernijiet barranin. Taqlib ikrah Għaqdet bil-kbir il-qagħda f’dal-pajjiż ta’ 32 miljun ruħ tal-Amerika Latina, il-Venezwela, f’dawn l-aħħar ġimgħat. Is-sitwazzjoni ilha sejra lura sew minn mindu miet il-mexxej Hugo Chávez fl-2013 u l-elezzjoni ġenerali li saret wara. Ħafna sostnew li Maduro kien elett bi tagħbis u li ma kien il-President tal-pajjiż xejn. Din l-akkuża kompliet tissaħħaħ meta l-ekonomija tal-pajjiż bdiet tmur mill-ħażin għall-agħar. L-inflazzjoni kibret, il-qagħad żdied, il-prezzijiet ta’ kull tip ta’ ikel sploda, u n-nuqqasijiet għall-ħtiġijiet tal-ħajja kibru. Ma’ dan kollu kompl...

Ix-xellug jispara f’saqajh

Image
Hekk jagħmel elettorat meta jara li hemm bażi għalfejn jikkastiga ’l-politiċi tiegħu. Hekk jagħmel poplu meta jħossu avvelit. Tajjeb kemm hu tajjeb, ħadd m’għandu l-monopolju tal-poter. Ħażin kemm hu ħażin, ħadd m’hu eskluż mis-setgħa. Fil-Brażil ġara dak li diġà ġara f’ħafna nħawi oħrajn: ix-xellug spara f’saqajh u ħalla l-oppożituri tiegħu jagħmlu festa. Ix-xellug irid jerġa’ jitgħallem ikun fidil lejh innifsu. Id-difiża taż-żgħir Ir-rebħa kbira tan-neofaxxista Jair Bolsonaro fl-elezzjonijiet tal-ġimgħa li għaddiet fil-Brażil kienet possibbli minħabba n-nuqqasijiet kbar u gravi tax-xellug. Hawnhekk, bħal f’inħawi oħra tad-dinja, mhux anqas fl-Ewropa, ix-xellug ittradixxa u avvelixxa l-bażi tal-appoġġ tiegħu. Dan għamlu għax għażel li ma jkunx hu; li jbabas mal-prinċipji tiegħu; li jsir ċentrista modern. Minbarra fil-Gran Brittanja, kullimkien ix-xellug ħa tkaxkira wara oħra minħabba n-nuqqas ta’ fedeltà tiegħu lejn l-ideali li jagħżluh fil-firxa politika. Aktar ma x-xellug ji...

San Oscar Romero

Image
Saflaħħar, il-ġimgħa li għaddiet il-Vatikan iddeċieda li jaċċetta dak li l-Knisja Kattolika kollha ilha 35 sena ssostni mingħajr dell ta’ dubju: li l-Arċisqof ta’ El Salvador, Oscar Arnulfo Romero, kien qaddis u martri. Aħjar tard milli qatt, jgħidu, le? Romero inqatel, iddikjara l-Papa Franġisku, ‘in odium fidei’ (b’mibegħda għall-fidi). Kwestjoni taħraq Għalkemm għal ħafna nies il-qdusija u l-martirju ta’ Romero tidher ħaġa mill-aktar sempliċi, sempliċi mhijiex. Hija tmur fil-qalba ta’ kwestjoni ideoloġika taħraq li ilha tifleġ il-Knisja Kattolika għal dawn l-aħħar erbgħin sena. Kif għandu jiġi interpretat l-evanġelju? X’tip ta’ evanġelizzazzjoni għandha tħaddem il-Knisja? B’liema mod għandha torganizza lilha nnifisha l-Knisja fid-dinja tal-lum? Fis-snin sebgħin tas-seklu l-ieħor, El Salvador, pajjiż fl-Amerika Ċentrali, kien taħt ħakma terroristika governattiva terribbli. In-nies kienu jisparixxu u jinqatlu kuljum. L-għaks u l-miżerja kienu l-prezz li l-poplu kien qed iħall...

Kuba tirtab?

Image
Xahar ilu, fis-17 ta’ Diċembru, il-President Amerikan Barak Obama għamel stqarrija li għaġġbet lil kulħadd. Ħabbar li kien se jniedi politika differenti fir-rigward ta’ Kuba, politika ta’ ‘normalizzazzjoni’ bejn iż-żewġ pajjiżi. L-aħbar intlaqgħet kemm b’ferħ minn miljuni ta’ nies, fosthom Kubani, iżda wkoll b’dehxa minn miljuni oħrajn, partikularment Konservattivi. Bosta oħrajn raw fl-aħbar il-bidu tat-tmiem ta’ Kuba. ‘Normalizzazzjoni’ Fost ħwejjeġ oħra, Obama qal li, sehem qawwi fid-deċiżjoni tiegħu, kienu tawh żewġ ittri li l-Papa Franġisku kiteb fis-sajf ta’ qabel, waħda lilu, u l-oħra lil Raul Castro, il-mexxej ta’ Kuba. Fl-ittri tiegħu, il-Papa b’mod mill-aktar sempliċi ħeġġeġ liż-żewġ kapi tal-Istat sabiex jersqu lejn xulxin, iġibu fi tmiemu l-konflitt twil ta’ bejniethom, u jfittxu xi tip ta’ relazzjoni paċifika. Obama ħa x-xoqqa f’moxtha u ta bidu għal sensiela ta’ attivitajiet minn wara l-kwinti sabiex l-Amerika ‘tinnormalizza’ r-relazzjoni tagħha ma’ Kuba. Dan tal-a...

Oltragg fil-Paragwaj

Image
Ftit aktar minn tliet gimghat ilu, fil-21 ta’ Gunju, 2012, il-Kamra tad-Deputati tal-Paragwaj sabet lill-President xellugi tal-pajjiz, Fernando Lugo (muri fix-xbieha), hati ta’ abbuz tas-setgha. L-ghada s-Senat nehhih mill-gvern. Gimgha wara, id-decizjoni giet ikkonfermata mill-Qorti Suprema tal-Paragwaj u mill-Qorti Elettorali tal-istat. Madanakollu, il-pajjizi kollha ta’ madwar il-Paragwaj u l-bicca l-kbira tal-pajjizi Latino Amerikani qiesu li dan ma kien xejn anqas minn kolp ta’ stat. L-Alleanza Bolivarjana tal-Ameriki (ALBA), is-Suq Komuni tal-Amerika Latina (Mercosur), l-Unjoni tan-Nazzjonijiet Sud Amerikani (UNASUR) u l-Kummissjoni Inter-Amerikana ghad-Drittijiet tal-Bniedem (IACHIR) kollha kkundannaw it-tnehhija abbuziva ta’ Lugo. Min-naha l-ohra, l-Istati Uniti tal-Amerika qaghdet gallerija. F’Malta, l-ilhna kienu ftit jew xejn. L-Isqof tal-Fqar Fernando Lugo, 61 sena, sar President tal-Paragway fl-elezzjoni demokratika ta’ erba’ snin ilu, fl-2008. Qabel ma hareg ghall...