Posts

Showing posts from May, 2008

“Itlaqli ’l barra, hi x’inhi s-sitwazzjoni tieghek!”

F’Gunju li gej, il-parlament Ewropew se jivvota fuq direttivi godda dwar kif jittrattaw ma’ dawk li jigu mgieghla jemigraw u jidhlu l-Ewropa. Id-direttivi huma mahsuba sabiex jaghtu d-dritt li l-emigranti u r-refugjati jitkeccew u jintbaghtu lura minfejn gew wara sitt xhur jew, l-aktar l-aktar, wara 18-il xahar. Aktar minn hekk, jekk jitkeccew, imbaghad ma jkunux jistghu jergghu jidhlu l-Ewropa ghall-hames snin li gejjin. Insensittività Fi kliem iehor, l-Ewropa qed taghlaq qalbha ghar-refugjati, hi x’inhi s-sitwazzjoni taghhom. Jekk jghaddu d-direttivi l-godda, l-Ewropa tkun ghamlet pass jew tnejn lura lejn il-konservattizmu irrazzjonali li diversi mill-mexxejja taghha qeghdin jergghu jhaddnu ghad-detriment taghna lkoll. Id-direttivi donnhom jinjoraw il-fatt li, fil-bicca l-kbira taghhom, dawn l-immigranti llegali ma jhallux pajjizhom ghax iridu. Hija s-sitwazzjoni hazina f’pajjizhom li ggeghilhom isiru refugjati. Dan mhuwiex fenomenu tal-lum, imma ezista minn zmien zemzem. Il-bn

L-imsejken Nicholas Azzopardi

Image
Kwazi sena ezatt mill-qtil ta’ l-imsejken Bastjan Borg ta’ Hal Qormi (fil-11 ta’ Mejju), il-pulizija setghu regghu ghamluha. Din id-darba huwa nvolut l-imsejken Nicholas Azzopardi, li miet it-Tlieta tal-gimgha li ghaddiet, 22 ta’ April. Il-kaz ifakkarna fil-mewt tragika ta’ Nardu Debono fid-Depot tal-pulizija fil-31 ta’ Lulju ta’ 28 sena ilu, fl-1980. Kapacità ideologika Il-korp tal-pulizija, bhal ohrajn li ghad ghandna f’din il-bicca art, huwa istituzzjoni assolutista. Jigifieri fil-bicca l-kbira tieghu hu maghmul minn nies li jahsbu li ghandhom ragun dejjem u, li hu aghar minn hekk, jemmnu li jistghu jaghmlu, jekk mhux kollox, kwazi kollox. Kull azzjoni taghhom hi gustifikata—hi kemm hi ardita, qarrieqa, korrotta, mahmuga u oskura. L-istituzzjoni tal-pulizija—nerga’ nghid, bhal ohrajn f’Malta u Ghawdex (kemm civili u kemm religjuzi)—fil-qadi ta-dmirijiet statutorji li ghandha, aktarx jidhrilha li, biex tasal ghall-iskopijiet taghha, tista’ tuza kull mezz li jilghab fuq il-linja