Posts

Showing posts from January, 2007

It-trattament tal-barranin mizmumin f’Malta

“Il-habs huwa post li jrid ixandar il-gustizzja fis-socjetà moderna. Kemm hi sabiha din il-funzjoni! Hija tfittex li tiskopri l-bniedem fl-aspetti l-aktar kumplessi tieghu. Forsi xi kultant ma jirnexxilhiex taghmel dan mill-ewwel. Forsi xi kultant il-fibra ta’ l-ordni jiddghajjef xi ftit. Imma huwa tant sabih dan l-atteggjament, li jfittex kif se jifhem lill-bniedem b’mod aktar profond, mhux biss biex jassiguralu ordni esterjuri, ordni li mbaghad irid iharsu bil-forza jew il-kastig, imma biex jiskopri xi possibbiltà, xi xewqa, mohbija fih li – bhala koncittadini, bhala ahwa, bhala nsara – tista’ u ghandha tigi mhegga u msahha.” ― PAPA PAWLU VI, 9 ta’ April 1964 (Mid-Dlam ghad-Dawl, Jien Qeghidt Ghajnejja f’Ghajnejkom , pagna 58). Din is-silta, mehudha minn diskors li l-Papa Pawlu VI kien ghamel lill-awtoritajiet karcerarji waqt zjara fil-habs ta’ Regina Coeli, Ruma, tigbor ir-rwol doppju ta’ kull detenzjoni: ir-restrizzjoni fizika u t-tishih tal-personalità. Dan ir-rwol doppju tal-hab