Saflaħħar wasal!
TABIB IEĦOR FL-ETJOPJA Għall-grazzja ta’ Alla, għada l-ħabib tiegħi mill-Etjopja, Zemenu Yohannes Fetene, se jiggradwa tabib ġewwa Addib Ababa wara sitt snin studju iebes. Il-ħolma tiegħu, inkredibbli kif kienet, saflaħħar se sseħħ. Dan mhux mingħajr ħafna nies li taw is-sehem tagħhom, mhux anqas bi flus, ħalli dan iż-żagħżugħ jagħmel din ir-rebħa bla qies f’ħajtu. L-aktar gradwat kuntent Zemenu kien tifel iddestinat li jinqered kmieni bil-faqar, l-għaks u l-mard ... bħal eluf oħrajn tamparu fl-Etjopja. Meta ltqajt miegħu jien fl-2008 kien jgħix ġo għarix ċkejken waħdu jittama biss li jseħħ miraklu. Dan kien qrib il-patrijiet Kapuċċini li kellhom missjoni ġewwa post jismu Pawi. Laqqgħuni miegħu u twebbilt (mingħajr ma kont naf kif se nagħmel) biex ngħinu jgħix ħajja deċenti u jistudja. Lil Zemenu m’għenux biss jien bil-flus li ġbart matul l-aħħar sitt snin minn bosta benefatturi ta’ qalb kbira. Kien jgħinu Dun Ġorġ Grima ta’ Għawdex u wkoll xi Amerikani. Iżda l-aqwa għajnuna...