Posts

Showing posts from May, 2010

Il-fidwa tal-anarkizmu

Image
Din il-gimgha, hrigt ghall-pubbliku ktejjeb ta’ ftit pagni bl-isem “Il-Fidwa tal-Anarkizmu”. Naf, it-titlu aktarx jigbdek lura, ghax jaghtik l-impressjoni li gejja xi gwerra. Imma l-ktejjeb ma fih xejn minn dan. Huwa riflessjoni dwar xi aspetti tal-hajja li l-bicca l-kbira taghna nghixu ta’ kuljum u dwar mod kif nistghu naghmlu din il-hajja xi ftit isbah u ahjar. Individwalità prezzjuza Il-kelma “anarkizmu” aktarx tissuggerixxi xi tip ta’ ribelljoni jew taqbid. Fil-fatt, fil-letteratura politika u filosofika hija wzata f’hafna sensi. Il-kelma tigi minn zewg kelmiet Griegi: “arkos”, li tfisser ‘tmexxija”; u “a” quddiemha, li tfisser “bla”. Ghalhekk, il-kelma kollha tfisser “bla tmexxija”. Sa minn dejjem, però, it-tifsira tal-kelma giet marbuta mat-tip ta’ tmexxija li wiehed ikollu f’mohhu. Wiehed jista’ jorbotha, nghidu ahna, mat-tmexxija b’mod assolut (jew universali) u jista’ jorbotha ma’ tipi ta’ tmexxija b’mod aktar partikulari. Huwa b’din ir-rabta tal-ahhar li jien nuza l-kel

Il-"pastorali tal-hsieb"

Bhall-bierah gimgha, l-Isqof t’Ghawdex, Mons. Mario Grech, ghamel diskors li, jidhirli, jixraqlu l-attenzjoni ta’ udjenza wiesgha. Huwa kien qed jitkellem f’konferenza organizzata minn ‘Progettimpenn’. Is-suggett ewlieni tal-konferenza kien iz-zwieg. Imma d-diskors tal-Isqof haddan aktar minn hekk. Fi ftit kliem, huwa fittex li jaghti indikazzjonijiet tal-kultura intellettwali li tezisti llum u li l-fehma serja taghha tista’ twassal ghal twegiba serja min-naha tal-Knisja Kattolika. Diskors mhux tas-soltu Qabel xejn, nixtieq nghid li l-bicca l-kbira tar-rapporti li dehru fil-gazzetti dwar dan id-diskors m’ghamlux gustizzja lill-kontenut tat-tahdita. Jidhirli jien li, ghallanqas f’din l-okkazjoni, l-Isqof Grech kien imissu gie mismugh b’attenzjoni hafna akbar mill-gurnalisti, ghax fil-fatt is-sustanza tad-diskors kien differenti hafna minn dak li mdorrijin nisimghu. Hija hasra li, minhabba dan in-nuqqas min-naha ta’ xi gurnalisti, il-pubbliku aktarx li ma kellux l-opportunità xierqa

L-ghajnuna legali

Image
Meta nitkellmu dwar ‘Ghajnuna legali’, inkunu qeghdin nirreferu ghal dak li qabel konna nsejjhulu l-‘Avukat tal-Fqar’ (u hekk, ghall-konvenjenza, se nsejjahlu hawnhekk). Il-possibbiltà li persuna tigi rapprezentata minn Avukat tal-Fqar tinsab f’kull Qorti gudizzjarja li ghandna, ghalkemm hawnhekk se nitkellem biss dwar dak li ghandu x’jaqsam mal-Qrati Kriminali. X’tghid il-ligi F’dawn il-Qrati, il-possibbiltà li akkuzat ikollu Avukat tal-Fqar dahlet fil-ligi fl-1900 bis-sahha ta’ Artiklu 420 tal-Kodici Kriminali (Kod.Krim.). Is-servizz tal-Avukat tal-Fqar irid jinghata b’ebda hlas min-naha tal-akkuzat (Kod.Krim. 570#1). Skond il-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili (911#4), li ghallanqas f’dan il-kaz japplika wkoll ghall-Qrati Kriminali (Kod.Krim. 570#3), dan is-servizz irid jinghata b’mod professjonali. Kemm meta mqabbad direttament mill-akkuzat (Kod.Krim. 570#2) u kemm meta mitlub mill-Qorti (Kod.Krim. 571#4), Avukat tal-Fqar ma jistax jichad li jaghti dan is-servizz

Zemenu

Fil-bidu ta’ Novembru ta’ sentejn ilu (2008), kont ghamilt appell sabiex nigbor xi flus halli nghin lil wiehed zaghzugh Etjopiku, Zemenu Fetene, jistudja ghal tabib. Ghall-grazzja ta’ Alla, ir-rispons li kelli kien wiehed impressjonanti. Tul dan iz-zmien kollu, mill-ewwel appell li kont ghamilt sallum, il-generosità ta’ hafna nies ghal dan l-iskop nobbli ma naqas xejn. Sensittività kbira Lil Zemenu, jien inkellmu bil-mobajl u gieli nikbtu xi emails lil xulxin. Insegwi l-progress fl-istudji medici tieghu billi anki jibghatli r-rizultati li jkun kiseb fl-ezamijiet. Xi xhur ilu, bis-sahha tal-benefatturi generuzi li Alla tani, xtrajnilu leptop halli jghinu fl-istudju, u tghidx kemm ferah li, ghall-ewwel darba f’hajtu, inghata din l-ghajnuna siewja. Dan l-ahhar, Zemenu ried jibghatli ritratt tieghu (li qieghed ingib hawnhekk) biex min ghenu bi flusu jkun jista’ jkollu xbieha tieghu. Tassew, ghan-natural ferriehi li ghandu, fir-ritratt jidher serju wisq. Imma Zemenu ftit kellu l-oppor

Gwardjani tal-habs

Spiss xi Gwardjani tal-Habs jimbxuni billi jghidu li lilhom qatt ma niftakar fihom fix-xandiriet tieghi. Niftakar fil-habsin, fir-refugjati, fil-familji tal-prigunieri u f’bosta kategoriji ohra ta’ nies, imma fihom qatt. Dan, ghandi nghid, mhuwiex minnu. Il-Gwardjani tal-Habs huma spiss fil-hsieb tieghi u kemm-il darba tkellimt ghalihom matul is-snin, kemm bil-kitba u kemm fuq il-mezzi tax-xandir. Ambjent difficli Il-fatt li jien ili midhla tal-habs sa mill-1992 dahhalni f’rabta mill-qrib mal-mijiet ta’ Gwardjani li hadmu jew ghadhom jahdmu l-habs. Bhall-bierah, f’Jum il-Haddiem, jigu mfakkra diversi tipi ta’ haddiema. Imma forsi l-Gwardjani tal-Habs huma fost dawk li ftit jigu mfakkra. Huma ’l boghod mill-ghajn, rapprezentanza pubblika m’ghandhomx, sehem fix-xandir m’ghandhomx … u ghalhekk hu facli li kulhadd jinsihom. Dan jghodd mhux ghall-Gwardjani tal-Habs biss, imma ghal diversi kategoriji ohra ta’ haddiema li, ghax mhumiex f’ghajn pubblika, donnhom jitwarrbu wkoll mill-qalb