Posts

Showing posts from July, 2014

Iżrael, Ħamas u entużjażmu ieħor

Image
Ma nistax għaliha li bosta nies, meta jibdew jisimgħu dwar il-gwerra fil-Palestina, joħorġulek b’espressjoni tipika li donnha tispjega kollox: “U dawk!” jgħidulek, “Dawk dejjem jagħtu!” B’din l-espressjoni, la tkun taf min huma ‘dawk’, la għala ‘jagħtu’ u lanqas għaliex ‘dejjem’! Imma donnha l-espressjoni tkun intenzjonata sabiex, l-ewwel, twarrab il-ħtieġa li nifhmu xi ħaġa milli qiegħed jiġri, u, t-tieni, tibdel malajr id-diskors. Iżda hija, fuq kollox, espressjoni ta’ insensittività kbira għal traġedja enormi li qiegħda sseħħ elf mil biss ’l bogħod minna. Il-Palestina ssejjaħ L-akronimu ‘Ħamas’ tfisser entużjażmu, jew aħjar devozzjoni u ħrara fit-triq lejn Alla. Il-partit li jġib dan l-isem jinterpretaha bħala saħħa u qlubija fit-triq lejn ... l-indipendenza tal-Palestina (fost affarijiet oħra). Għall-Amerikani, l-Unjoni Ewropea u għadd ta’ pajjiżi oħra, il-partit tal-Ħamas mhumiex għajr terroristi. Iżda għall-Palestinjani, u speċjalment għall-popolazzjon ta’ Gaza, huma l-bast

Dun Ġorġ fl-ewwel nofs ta’ ħajtu (1880-1921)

Image
F’dan li ġej se nippruvaw nistħarrġu fil-qosor l-istorja ġewwinija ta’ Dun Ġorġ fuq l-isfond ta’ diversi ‘ambjenti’ li aktarx sawruha, fosthom il-familja tat-trobbija tiegħu, il-qagħda ta’ Malta fi żmien l-ewwel nofs ta’ ħajtu, l-edukazzjoni formali tiegħu, u l-politika tal-Knisja Kattolika. Fl-aħħar nisiltu ftit prinċipji filosofiċi li setgħu nebbħuh fil-missjoni li wettaq. M eta naqraw dwar il-ħajja ta’ San Ġorġ Preca (1880-1962) – kif ukoll dwar dik tal-biċċa l-kbira ta’ qaddisin oħrajn – ħafna drabi l-inqas li ningħataw tagħrif huwa dwar it-tiswir psikoloġiku u t-tħejjija intellettwali tiegħu. Filwaqt li jgħidulna x’għamel u x’m’għamilx, fejn mar u ma marx, u x’qal u x’ma qalx, ħafna drabi jinjoraw għal kollox l-istorja l-aktar importanti u essenzjali tiegħu: dik psikoloġika, affettiva u formattiva ; dik l-istorja li ma tidhirx; li hi moħbija mill-għajnejn tal-pubbliku.         Dan in-nuqqas jista’ jidher tabilħaqq tal-għaġeb meta tqis li t-tiswir psikoloġiku u t-tħejjija intelle

Ħajjiet ‘skriptjati’

Image
Il-kelma ‘skriptjati’ hija waħda minn dawk il-barbaritajiet fl-ilsien Malti li sirna nużaw flimkien ma’ oħrajn mill-ilsien Ingliż, bħal ‘eddjani’ ( add me ), ‘illajkjah’ ( like it ), ‘ibbrawsja’ ( browse ), ‘essemessjani’ ( SMS me ) u ħafna oħra. Mhuwiex il-ħsieb tiegħi hawnhekk li nidħol f’diskussjoni dwar dawn; ċert li hemm min forsi jinkwietawh aktar minni. Xtaqt biss nieqaf ftit fuq il-kelma ‘skript’ ( script ) u l-qraba tagħha. Deċiżjonijiet Il-kelma ‘skript’ ġejja mil-Latin ‘scribere’ (jiġifieri: kitba, ktieb, liġi, linja, marka). Il-verb transittiv li joħroġ minnha, ‘skriptjat’, jindika xi ħaġa maħsuba u ppjanata minn qabel li, għal din ir-raġuni, tista’ tidher artifiċjali. Rexta, film jew kwalunkwe xandira oħra ħafna drabi huma ‘skriptjati’ għax xi ħadd ikun ħasbilhom u kitbilhom kif għandhom isiru. Meta ngħidu, b’estensjoni, li ħajja hi skriptjata nifhmu li xi ħadd ikun qed jgħix ħajja li hu/hi jew xi ħaddieħor ikun ippjanaha minn qabel. Il-persuna tkun qisha qed tgħi

Malta, Iżrael u l-Palestina

Image
Ħafna nies joqogħdu attenti ħafna (u fir-raġun) għal dak li politikament jiġri f’Malta u Għawdex. Iżda min-naħa l-oħra, ma joqogħdux attenti ħafna għall-politika barranija tal-gvern Malti. Ma naħsibx li dan hu tajjeb. Jekk xejn, Mintoff għallimna li l-politika interna tiddependi minn dik barranija; u li tal-ewwel ma tagħmilx sens mingħajr dik tat-tieni. Anki jekk ma taffettwax il-ħajja tagħna direttament, fil-fatt hija l-politika barranija l-veru termometru tad-direzzjoni ideoloġika u prattika tal-gvern. Relazzjonijiet tajba F’dawn l-aħħar l-aħħar erbgħin sena, il-komunità internazzjonali (għall-anqas dik l-aktar qrib tagħna) aċċettat il-prinċipju (1) li ma jistax ikollok paċi fid-dinja mingħajr paċi fil-Mediterran u (2) li ma jistax ikollok paċi fil-Mediterran mingħajr paċi fil-Lvant Nofsani. Għaldaqstant, minn dan il-lat il-politika barranija tagħna fir-rigward ta’ Iżrael u tal-Palestina (inkluż Gaza) għandha tinteressana b’mod partikulari u speċjali. Ir-relazzjonijiet ta’ Ma

Iż-żgħażagħ u d-droga

Image
Kultant żmien terġa’ tinqala’ fostna, bħal f’pajjiżi oħra wkoll (partikularment dawk Ewropej), il-kwestjoni jekk ċerti tipi ta’ droga għandhomx jiġu llegalizzati. Hi kwestjoni qadima li donnu ħadd ma jaf kif isolviha sewwa. Għax, tabilħaqq, mhijiex kwestjoni sempliċi, u t-tweġiba għaliha aktarx ma tistax tkun sempliċiment ‘iva’ jew ‘le’. Hija xabla b’żewġt ixfar. Stħarriġ Ewropew Iżda f’din il-kwestjoni ħafna jitkellmu f’isem iż-żgħażagħ, ħafna drabi mingħajr ma jafu bl-eżatt iż-żgħażagħ x’jaħsbu fuqha. M’għandniex xi ngħidu, iż-żgħażagħ huma fost dawn l-aktar li jiltaqgħu mal-kummerċ u l-użu tad-droga. Għaldaqstant, nifhem jien, tajjeb li wieħed jagħti daqsxejn kas aktar ta’ x’jgħidu huma stess. Dan l-aħħar, l-Unjoni Ewropea (UE) għamlet tentattiv biex tisma’ liż-żgħażagħ proprju dwar dan. Tul ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea (permezz tad-Direttorju Ġenerali għall-Ġustizzja) għamlet stħarriġ pubbliku dwar iż-żgħażagħ u d-droga. Il-kumpanija Taylor Nelson Sofres (TNS)

Il-‘Bibbja’ ta’ Serracino Inglott

Image
Kelmtejn dwar il-bijografija PSI Kingmaker ta’ Daniel Massa Meta Mario Vella staqsieni x’naħseb dwar il-bijografija ta’ Peter Serracino Inglott li Daniel Massa kien ħareġ fil-bidu ta’ Diċembru tal-2013 kont qrajt biss biċċiet ’l hemm u ’l hawn tal-ktieb. Dak il-ħin, kulma ġieni f’rasi kien li nurih b’subgħajja qies ta’ tliet pulzieri u nwieġbu: “Bibbja!” Għal dan Mario daħaq bil-qalb. It-tweġiba aktarx għoġitu għal aktar minn raġuni waħda. Ibda biex, il-ktieb fih xejn anqas minn 900 paġna. Imma barra minn hekk, il-kelma ‘bibbja’, għalkemm ħafna jużawha biex tindika awtorità assoluta, fil-fatt dejjem tħallik fid-dubju fejn jieqfu l-fatti storiċi u fejn tibda l-mitoloġija. Fejnha l-linja li tifred l-istorja mit-twemmin? Kont naf biżżejjed Mario x’susspett qawwi kellu (aktarx fundat) li l-biċċa l-kbira ta’ dak li kien ingħad fuq Serracino Inglott sa minn mewtu f’Marzu tal-2012 ftit ta kas tal-istorja u aktar infexx f’twemmin u mitoloġiji (anki mżewqa). Meta nuża l-kelma ‘storja’