Posts

Showing posts with the label medjokrità

Is-sahta tal-medjokrità

Fl-Iskrittura Mqaddsa hemm storja sabiha ta’ wahda mara li kienet giet akkuzata ingustament minn zewg imhallfin korrotti. Li kieku ma kienx ghal zaghzugh li ndahal biex jaghmilha ta’ avukat taghha, kienu jaqtghuhielha ghall-mewt. Minflok, il-mewt haduha z-zewg imhallfin. Dan kollu gara ghax iz-zaghzugh ma kellux sabar izomm postu, kif suppost. Ghazel li ma joqghodx kwiet. Ghazel li ma jkunx medjokri. Hu hekk li ghamel il-gid. Il-medjokrità hija wahda mis-sahtiet tad-dinja. L-istorja L-istorja tghid li z-zewg imhallfin korrotti riedu jaghtu fastidju lill-mara, li kienet mizzewga, imma hi ma taghthomx wicc. Ghalhekk qalghu l-qlajja li kienu rawha tizni ma’ guvni go gnien. Iz-zaghzugh li ghamel lilu nnifsu avukat tad-difiza uza metodu semplici hafna biex jikxef ix-xhieda falza taghhom Dan firidhom minn xulxin u staqsa lil kull wiehed minnhom x’sigra kienet dik li tahtha raw lill-mara tizni. Wiehed qal li s-sigra kienet ta’ l-akacja u l-iehor qal li kienet tal-ballut. B’hekk ma qablu...