Posts

Showing posts from February, 2011

Karità u gustizzja

Image
Il-hidma ghall-gustizzja socjali hija llum rikonoxxuta bhala wahda mid-dmirijiet l-aktar ewlenin tal-bniedem. Madanakollu, hafna nies (fosthom bosta nsara) ghadhom mhumiex konxji ta’ dan; jew, jekk huma konxji, ghadhom ma xammrux il-kmiem biex jaghtu s-sehem taghhom. Hafna drabi, dak li jzommhom milli jaghmlu dan hija l-ispiritwalità privata li jhaddnu. L-ingustizzja llum F’dawn l-ahhar hamsin sena, bejn wiehed u l-iehor, ir-riflessjoni fuq il-htiega bla qies li l-bniedem izomm il-gustizzja socjali bhala wahda mill-prijoritajiet l-aktar ewlenin tieghu kibret enormement. Maghha kiber ukoll l-gharfien li, specjalment minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn, l-istrutturi ta’ ingustizzja saru hafna aktar sofistikati u insidjuzi minn qabel. Dik li aktarx wassal ghal dan kienet l-ekonomija globalizzata mitmugha mill-filosofija neo-liberali. Din il-filosofija sempliciment tesagera u tisfrutta dak kollu li l-filosofija liberali zzomm b’ghaziz: jigifieri l-inizzjattiva u l-libertà tal-i

Hajjiet imdendla

Image
Is-Servizz tal-Gizwiti ghar-Refugjati ghadhom kemm hargu film bl-isem Suspended Lives (Hajjiet imdendla). Huwa dokumentarju maghmul kollu kemm hu minn esperjenzi ta’ ftit persuni li, fil-harba taghhom mill-gwerra f’pajjizhom, sabu l-kenn f’Malta. Huwa film li m’ghandekx titlef: jaghtik vizjoni ohra tat-tragedja ta’ dawk imsejha “klandestini”. Film semplici u sabih Il-film hu twil ftit aktar minn siegha u huwa bl-Inglz. Qieghed jintwera f’diversi dati u diversi postijiet (ara isfel). Id-dhul kollu hu bla hlas. M’ghandix dubju li din hi okkazjoni tad-deheb biex flimkien niggieldu ftit l-injoranza li tezisti rigward l-“istorja” ta’ dawn in-nies, li hafna minna ma jzommuhomx ahjar minn kriminali u sangisugi. Il-film ma jfittixx li jibdel il-fehma ta’ hadd dwar il-“fenomenu tal-immigranti”. Jurik biss esperjenza personali ta’ seba min-nies li gej fostna mill-lvant tal-Afrika Centrali. Hafna minna qatt ma jkollom l-opportunità li jitkellmu ma’ dawn in-nies u jistharrgu ftit l-esperjen

Dinja u hajja - Meditazzjoni

Image
Xi whud jafu d-dinja. Ohrajn jafu l-hajja. Tghidli: x’differenza hemm? Mela biex tghix ma tridx tkun taf id-dinja? U biex tkun taf id-dinja ma tridx tghix? Mitt darba u elf. Imma d-differenza li nara jien hija li xi whud jahsbu li jistghu jghixu billi jimxu mat-taghrif taghhom tad-dinja. Xi rrid nghid b’dan kollu? Min jaf id-dinja Meta nghid li xi whud jafu d-dinja rrid infisser li jafu x’titlob minnhom id-dinja u joqoghdu ghal dan it-taghrif. Isibu moghdija xi mkien bejn il-principji taghhom u bejn il-konvenjenzi li jhallu d-dinja timponi fuqhom. Ghalkemm ikollhom qalb tajba, jibzghu jopponu jew inikktu l-konvenzjonijiet li hallew is-socjetà twikkihom bihom. Min jaf id-dinja, jaf minfejn ghandu jghaddi biex la jfuh u lanqas jinten. Huwa hazzen sewwa f’mohhu r-regoli, id-drawwiet, il-ligijiet, il-prattiki, it-tradizzjonijiet, in-normi, ir-rutini u r-ritwali kollha socjali sabiex, anki jekk ma jemminx farka fihom, xorta wahda joqghod ghalihom halli la jwegga’ hu u lanqas inikket l

Censura “demokratika”

Image
Jghidu li, f’dan il-hin li qieghed nikteb, qieghed inhaddem ic-censura fuqi nnifsi; ghax qieghed noqghod attent ghal kull kelma li nnizzel. Jghidu li, ukoll meta ma noqghodx attent u nnizzel dak kollu li jigini f’mohhi, hawnhekk ukoll qieghed inhaddem certa ghamla ta’ censura; ghax il-hsieb tieghi huwa ccensurat b’sura socjali u psikologika li m’iniex konxju taghha. Ghaldaqstant, jghidu li c-censura hija bicca wahda mal-hsieb u ma nistghux nevitawha, lanqas li kieku rridu. Regoli bazici Argumenti bhal dawn jibbanalizzaw il-mekkanizmi li bihom tahdem ic-centura f’socjetà domokratika moderna. Ihalltu c-censura mal-prudenza, mal-bzulija, mal-ghaqal u mar-rispett. Nghidu ahna, meta jiena naghzel li f’kitba ma nghajjar lil hadd, li ma nuza ebda kliem hazin jew li ma naghmilx akkuzi bla fundament, din mhijiex censura daqskemm harsien tar-regoli bazici tal-edukazzjoni inter-personali. Aktar, meta persuna tkun prudenti dak li tghid lil xi hadd, biezla meta qed titkellem, ghaqlija meta qe