Posts

Showing posts from February, 2010

It-tragedja ta’ Berry Lee

Il-kaz ikreh u sfortunat li sehh fil-habs ta’ Kordin it-Tlieta li ghadda hallieni b’qalbi maqsuma ghal kollox. Il-mibki Berry Lee, Ingliz ta’ 45 sena, li ha hajtu b’idejh f’cella ta’ Divizjoni Sitta, kien vittma ta’ bosta cirkustanzi li lkoll flimkien wassluh sabiex jiehu dan il-pass fatali. Prigunier bhal haddiehor Berry kien tip kwiet mhedi bil-kotba u l-muzika. Kellu l-hbieb tieghu u kien imur tajjeb ma’ kulhadd, izda kien ihobb izomm il-problemi tieghu ghal wiccu biss. L-inkwiet li wasslu l-habs u d-diversi stramberiji tal-processi gudizzjarji tieghu kien jinkwieta bihom hu biss, minghajr ma joqghod jghabbi lil haddiehor bihom. Ic-cirkustanzi ta’ mewtu, ghalkemm certament xi whud se jippruvaw isibu raguni wahda responsabbli ghalihom ilkoll, kienu diversi. Ma kinux biss personali, imma wkoll istituzzjonali. Berry kien wiehed biss minn madwar hames mitt prigunier li llum jghixu fil-habs taghna f’kundizzjonijiet mhux dejjem felici. Hu facli li nisthajlu li Berry kien xi prigun

Ftakru fir-Refugjati!

Kemm hu facli li, minhabba l-qawwa tad-drawwa, ninsew realà li tinsab maghna kuljum: dik tar-refugjati imsakkrin fil-kampijiet! Kemm hu facli ninsew il-haddiema Maltin li ta’ kuljum jahdmu f’din ir-realtà difficli! Kemm hu facli li naghzlu li, waqt li ahna nghixu komdi fi djarna u fi hdan il-familji taghna, naghzlu li ninjoraw din il-pjaga dejjem tnixxi wara biebna. In-nasba tad-drawwa Naturalment, hemm differenza bejn ‘tinsa’ u ‘tinjora’. Tinsa donnha ma ssirx apposta, mentri tinjora iva. Ir-refugjati msakkrin gimgha wara gimgha, xahar wara xahar, u lill-haddiema, aktarx tal-Forzi Armati, li jieqfu u jservu ma’ dawn l-imsejkna nies, inwarrbuhom mill-konoxxenza u l-kuxjenza taghna konxjament jew inkonxjament? Semmejt qabel il-‘qawwa tad-drawwa’. Id-drawwiet ghandhom il-hila jnessuna hafna affarijiet. Anki li nies tant qrib taghna fizikament, ghalkemm ma niltaqghux maghhom personalment, qeghdin ibatu. Xi kultant, naghzlu li nfittxu li nidraw certi affarijiet halli nwarrbuhom mill-

Il-hajja socjali tal-Maltin

Ftit ilu gie mxandar il-ktieb Social Transitions in Maltese Society , editjat minn JosAnn Cutajar u George Cassar, u ppubblikat minn Agenda. Il-ktieb huwa gabra ta’ sittax-il artiklu dwar il-hajja socjali tal-Maltin u l-bidliet li sehhew fiha matul is-snin, partikularment f’dawn l-ahhar iz-zminijiet. Qieghed ingibu ghall-attenzjoni tieghek ghax jidhirli li hu ktieb sabih u jixraqlu attenzjoni wiesgha. Is-socjetà Maltija Proprjament, il-ktieb inhaseb ghall-istudenti Maltin tas-Socjologija, jigifieri l-istudju tas-socjetà. Ohrog il-ghageb, jidher li dawn l-istudenti hafna drabi aktar jitghallmu dwar socjetajiet barranin milli dwar is-socjetà taghna l-Maltin! Dan il-ktieb sar sabiex jimla xi ftit dan il-vojt u jghallem lill-istudenti Maltin hwejjeg dwar is-socjetà li fiha jghixu u jikbru. Mhux ghax hu hazin titghallem dwar socjetajiet barranin. Ghax studju bhal dan hu dejjem siewi. Imma mhux li, fl-istess waqt, thalli l-istudju tas-socjetà Maltija ghal rihu! Tajjeb li nkunu nafu dwa

Habs u Riforma

Il-habs ikun spiss fuq fomm in-nies u l-gurnalisti. Nahseb li nista’ nghid, kwazi b’certezza, li ftit minnhom ikunu jafu x’inhuma jghidu jew, biex inpoggiha ahjar, minn xiex tissawwar tabilhaqq ir-realtà kumplessa ta’ dan il-post. Shabi u jien ilna nahdmu mal-prigunieri u l-familji taghhom, kif ukoll mal-ex-prigunieri, ghal dawn l-ahhar 15-il sena, u nahseb li xi haga dwar dan is-suggett nafu mhux hazin. Laqghat suriet in-nies Bejn il-25 ta’ Frar u s-6 ta’ Mejju, kull nhar ta’ Hamis, bejn is-6.00 u t-8.00 ta’ filghaxija, jien u xi whud minn shabi se nkunu qeghdin naqsmu mal-pubbliku l-esperjenza vasta taghna fil-qasam tal-habs. B’kollox se jkollna ghaxar laqghat li fihom nistharrgu flimkien min huma tassew il-prigunieri, l-ex-prigunieri u l-familji taghhom, u kif inhi msawwra s-sistema tal-gustizzja kriminali f’pajjizna. Ma niddejjaqx u ma nisthix nghidlek li hadd aktar minna ma jista’ jaghtik perspettiva xierqa tas-sitwazzjoni ta’ dawn in-nies. Mhux biss ghandna l-esperjenza, imm