It-tragedja ta’ Berry Lee

Il-kaz ikreh u sfortunat li sehh fil-habs ta’ Kordin it-Tlieta li ghadda hallieni b’qalbi maqsuma ghal kollox. Il-mibki Berry Lee, Ingliz ta’ 45 sena, li ha hajtu b’idejh f’cella ta’ Divizjoni Sitta, kien vittma ta’ bosta cirkustanzi li lkoll flimkien wassluh sabiex jiehu dan il-pass fatali.

Prigunier bhal haddiehor

Berry kien tip kwiet mhedi bil-kotba u l-muzika. Kellu l-hbieb tieghu u kien imur tajjeb ma’ kulhadd, izda kien ihobb izomm il-problemi tieghu ghal wiccu biss. L-inkwiet li wasslu l-habs u d-diversi stramberiji tal-processi gudizzjarji tieghu kien jinkwieta bihom hu biss, minghajr ma joqghod jghabbi lil haddiehor bihom.

Ic-cirkustanzi ta’ mewtu, ghalkemm certament xi whud se jippruvaw isibu raguni wahda responsabbli ghalihom ilkoll, kienu diversi. Ma kinux biss personali, imma wkoll istituzzjonali. Berry kien wiehed biss minn madwar hames mitt prigunier li llum jghixu fil-habs taghna f’kundizzjonijiet mhux dejjem felici.

Hu facli li nisthajlu li Berry kien xi prigunier ta’ qatgha specjali tat-tip li jaghmlu suwicidju. Ma kienx. Kien prigunier normali, bhall-ohrajn kollha, prigunieri li lkoll iridu jhabbtu wicchom ma’ processi gudizzjarji spiss bizarri, interventi tal-pulizija spiss pekuljarji, u kundizzjonijiet ta’ habs spiss imgienen.

Rieda politika m’hemmx

Xi whud jisthajjlu li issa, li Berry tilef hajtu b’mod tant tragiku, xi hadd se jinteressah AKTAR fil-habs u l-kundizzjonijiet ta’ ghajxien li qed johrog ghall-mijiet tar-residenti tieghu. Mhuwiex. M’hemmx bzonn suwicidji biex min hu responsabbli jiddeciedi li jhares mill-qrib u jtaffi ftit mill-ugiegh u t-tbatija ta’ dawn in-nies. Hemm bzonn biss rieda politika. Li aktarx ma tezistix.

Gew kummissjonijiet minn barra, kummissjonijiet tal-ghola istituzzjonijiet internazzjonali li Malta hi msiehba fihom; saru inkjesti kontra inkjesti u lkoll hargu b’rakkomandazzjonijiet siewja; gew imlaqqa’ kummissjonijiet u bordijiet bla qjies … imma meta ziemel ma jridx jixrob, ma tistax iggieghlu.

Il-verità hi―nghiduha kif inhi―li hafna nies responsabbli ghall-habs huma interessati biss fil-paga li jaqilghu u fil-prestigji socjali u r-reputazzjonijiet politici li jgawdu, u mill-prigunieri, mill-krib u t-tnehid taghhom, jew mill-biki tal-familji taghhom, ma jinportahom assolutament xejn.

Berry dan kien jafu. Ghax ghexu. Bhalma jghixuh il-mijiet ta’ erwieh abbandunati f’dak il-purgatorju maghmul minn idejn il-bnedmin.

Kollox ghal li kien

Cert li bosta nies, wara din it-tragedja tal-bizgha, se jibku dmugh tal-kukkudrilli. Huwa dmugh li ma jimpressjonani xejn. Jekk xi hadd irid tabilhaqq jibki lil Berry u l-isfortuna tieghu, jekk jinteressah li jibkih, allura jaf x’ghandu jaghmel: ghandu jahseb fid-99 l-ohra li ghadhom hajjin u li ghadhom ibatu kawza tal-inefficjenza dizgustanti u l-inkompetenza insolenti li tezisti f’dak il-post.

Qalbi hija maqsuma ghal Berry u d-dispjacir li ghandi huwa enormi. Imma fl-istess waqt ma nistax ninsa’ ’l-bqija ta’ shabu, l-indifferenza li tezisti fir-rigward taghhom, l-interessi politici li qed jgharrqulhom hajjithom, u l-istrutturi ingusti li jridu jitharrku u jghixu fihom. F’dan il-waqt, shabi u jien ingeddu l-impenn u l-hatra taghna li nieqfu ma’ dawn l-abbandunati.

Ftit jiem ohra, l-awtoritajiet jinsew it-tragedja li sehhet, b’Berry b’kollox. Jergghu lura ghall-ordinarjetà u l-inutilità taghhom. U l-prigunieri jibqghu jsofru l-istess ingustizzji u l-istess umiljazzjonijiet ta’ dejjem minn idejn l-istess awtoritajiet u minn idejn il-qrati, l-avukati, il-pulizija u l-pubbliku generali.

Berry, jalla tistrieh fis-sliem u l-Imhallef Gust jilqghek fi hdanu. Itlob ghalina lkoll. Amen.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?