Posts

Showing posts from August, 2010

Diskorsi pubblici

Kull diskors li jsir fil-pubbliku jew li jkun intenzjonat ghall-konsum pubbliku hu dejjem politiku. Hemm zewg ghamliet kif dan jista’ jkun. Wahda, jew billi d-diskors ikun jaghti kas tal-loghob politiku, jew, it-tieni, billi d-diskors jilghab loghba politiku. Ebda diskors pubbliku ma jista’ jahrab xi wahda minn dawn il-pozizzjonijiet. Ghalkemm id-differenza ta’ bejniethom tista’ tidher ckejkna u forsi anki insinifikanti, fir-realtà hi kbira u importanti, hafna akbar mill-ftit indikazzjonijiet li naghti hawnhekk illum. Il-politika F’dan il-kuntest, bil-kelma ‘politika’ nifhem biha dispozizzjoni mentali li thaddan fiha tliet kwalitajiet essenzjali: vizjoni, strategija u tattika. ‘Vizjoni’ ghax il-persuna jkollha f’mohhha tir fejn tkun tixtieq tasal bl-azzjoni taghha. ‘Strategija’ ghax f’mohhha jkollha pjan generali kif tasal ghat-tir taghha. ‘Tattika’ ghax f’mohhha jkollha l-mezzi li tista’ tuza fil-prattika halli twettaq l-istrategija li jkollha. Dawn it-tliet kwalitajiet joholqu

Komplicità (4)

IR-RABA' PARTI Il-komplicità pozittiva bejn hbieb li jghozzu lil xulxin, huma leali lejn xulxin u huma msiehba ma’ xulxin fl-ideali taghhom, hija mizmuma hajja minn kwalità essenzjali li aktarx timla din ir-relazzjoni b’tifsir specjali. Hija l-kwalità tal- ammirazzjoni . L-ammirazzjoni Bhalma kien Paulo Freire li jidher li thasseb l-aktar fuq ir-relazzjoni ta’ komplicità pozittiva, hekk ukoll kien hu li sahaq hafna fuq l-ammirazzjoni li tghajjex dik ir-relazzjoni. Ir-raguni, isostni, ghala hbieb isiru komplici f’sentimenti, ftehim u ideali komuni huwa ghaliex jammiraw lil xulxin. Mal-ewwel daqqa’ t’ghajn, fosri dan jista’ jidhrilna stramb. Imma jekk wiehed joqghod jahseb ftit jaghraf kemm hu tassew hekk. Persuni li holqu armonija ta’ sentimenti u ta’ vizjoni bejniethom jammiraw dawk is-sentimenti u dik il-vizjoni hekk kif jezistu f’xulxin; cjoè, iharsu lejhom b’certa staghgib, b’certa ferh u fohrija. Din l-ammirazzjoni hija fil-qiegh tas-solidarjetà li jibnu bejniethom; hi

Komplicità (3)

IT-TIELET PARTI Il-kuntest fi fih tista’, f’sens pozittiv, titnissel u tikber il-virtù umana tal-komplicità – ghallanqas skond Paulo Freire – huwa kkaratterizzat mill-ghozza u l-imhabba, mill-lealtà u s-sedqa u mix-xirka u s-shubija li tinholoq bejn in-nies. Kwalità tar-ruh Fi kliem iehor, tnejn min-nies (jew aktar) li jghozzu lil xulxin, li huma leali lejn xulxin u li bejniethom hemm sens ta’ shubija joholqu komplicità ta’ fehma u sentimenti komuni li biha jaffrontaw ir-realtà ta’ madwarhom. Din il-komplicità ta’ bejniethom turi kemm waslu li jgibu ruhhom qrib ta’ xulxin; li m’ghandhomx bzonn kliem – imma mqar harsa – sabiex jifhmu lil xulxin u jagharfu x’hemm fil-qalb ta’ xulxin. Din is-sura ta’ komplicità hija kwalità tar-ruh. Mhijiex xi gharfien intellettwali jew filosofiku. Hija kultura jew trobbija interjuri li biha l-persuni jiksbu armonija ta’ sentimenti u ekwilibriju ta’ fehmiet. Din il-kultura tizhar u twarrad bis-smigh. Persuni li ghandhom komplicità sabiha bhal din i