Posts

Showing posts with the label protesti

Ir-razzjonalità fejha?

Image
L-isteriżmi, l-għajjat, ix-xegħir, il-panikiżmi, il-maniji, l-aġitazzjonijiet u l-eċċitamenti qatt ma solvew xejn. Anzi, dejjem ħarrxu l-problemi li seta’ kienu jeżistu. Bħalissa f’pajjiżna mhux minn dawn għandna bżonn, imma l-kalma, ir-raġunament, il-prudenza, it-temperanza u ... ir-razzjonalità. Min irid ikun isteriku mhu tajjeb biex imexxi xejn. Rappreżentazzjoni F’dawn l-aħħar ġimgħat rajna jiskala l-isteriżmu ta’ bosta nies. Dan-nies, ibda biex, jilagħbuha li jirrappreżentaw lil Malta u Għawdex kollha—anzi lid-dinja kollha—sempliċiment għax jidhru fuq it-televiżjoni, jiġu intervistati għall-aħbarijiet u jippużaw għar-ritratti ta’ xi ġurnalisti. Dawn ma jirrappreżentaw lil ħadd għajr lilhom infushom. Dan ma ngħidux għax neċessarjament ma naqbilx magħhom. Nista’ naqbel magħhom ukoll; imma b’daqshekk ma jfissirx li rrid ukoll naqbel—anzi, ma naqbilx!—mal-isteriżmi u l-purċinellati tagħhom. Jien dan qatt ma qbilt miegħu, mhux illum biss, imma dejjem, ukoll meta fl-imgħoddi ħdi...

In-numri ma jitkellmux

Image
Dan l-aħħar kellna fostna protesti li xi wħud mill-ġurnalisti, jew min jikkmandahom, għażlu li jmaqdruhom. M’għandniex xi ngħidu, għamlu dan għax ma jaqblux magħhom. Imma l-aktar ħaġa li lili tatni f’sieqi kien li maqdruhom għax għall-protesti nfushom ma nġabrux ħafna nies. Bħallikieku riedu jgħidu: ‘Dal-protesti ma jiswew xejn għax ara kemm ftit nies ħadu sehem fihom.’ Raġunar Dar-raġunament huwa l-agħar wieħed li qatt jista’ jsir. Aħjar bniedem jgħid ċar u tond li ma jaqbilx mal-protesta jew għala saret milli jġib argument bħal dan. Jiġifieri argument tan-numri. Huwa argument zopp li jrid jgħid hekk: Protesta hi tajba, tiswa jew ta’ min jagħti kashom meta jkollha ħafna nies; jekk le, hi ħażina, ma tiswiex jew mhux ta’ min jagħti kasha. Bħallikieku r-raġuni għandha bżonn il-forza tan-numri! Dar-raġunament, hekk ibbażat fuq il-kwantità numerika, ma jagħti xejn kas tal-argumenti, tajbin kemm jistgħu jkunu tajbin, jew ukoll ħżiena, u jiffoka biss fuq kemm nies ħadu sehem fil-prot...

L-antigoverniżmu vizzjat

Image
L-oppożizzjoni għall-gvern tal-ġurnata—għal kull  gvern tal-ġurnata—hija ħaġa tajba f’demokrazija. Tajba u b’saħħitha. Hija sinjal ta’ ċittadini ħajjin, ta’ attenzjoni politika. Iżżomm ukoll lill-gvern fuq ix-xwiek. Iżda meta l-oppożizzjoni ssir b’motivazzjonijiet partiġġjani, ma tibqax aktar ta’ fibra, għax tkun ivvizzjata. Il-partiġġjaniżmu jeqred sa l-isħaħ, l-isbaħ u l-oħla kawża li qatt tista’ teżisti fid-dinja. Protesti inkoraġġiti Dan mhuwiex kummentarju kontra l-protesta konsiderevoli li saret ftit ilu għall-ħarsien tas-siġar. Anzi. Hija favur dik il-protesta jekkemmildarba dawk li ssieħbu fiha m’aġġixxewx b’mod partiġġjan. Naf li kien hemm xi wħud li hekk għamlu; lil dawn ma nqishomx protestaturi ġenwini jew ukoll onesti. Inqishom opportunisti. Għax jinqdew b’kollox ħalli jsawtu l-gvern. Għalhekk għemilhom hu ivvizzjat, diżonest u ikrah. Il-ħafna oħrajn, però, li ssieħbu fil-protesta irrispettivament jekk hemmx dan il-gvern jew ieħor, nies li setgħu ssieħbu wkoll f...

L-isfar ta’ Pariġi

Image
Il-protesti vjolenti f’Pariġi fil-bidu ta’ dil-ġimgħa li għaddiet jheddu l-pożizzjoni politika tal-President ta’ Franza, Emmanuel Macron. Minkejja kollox, iżda, dan ma jistax ikun biżżejjed biex jaqilbuh minn postu kif ġieb u laħaq. Il-protesti ‘sofor’ li seħħew, però, huma sinjal ċar li fi Franza Macron mhuwiex qed jogħġob lil kulħadd; xi wħud fl-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jieħdu l-opportunità biex jiksbu vantaġġ mid-dgħufija tiegħu. Protesti perikolużi Macron tela’ b’rebħa elettorali kbira s-sena li għaddiet b’żewġ għajtiet kbar: li jqarreb lil Franza lejn l-UE u li jwettaq riformi interni. Sena u nofs wara, jidher li Macron qed ifalli fit-tnejn li huma. Il-qrubija ta’ Franza lejn l-UE ġiet imfixkla mill-Kanċillier Ġermaniz, Angela Merkel, u issa, ir-riformi interni mwiegħda ssarrfu mhux f’titjib iżda f’żieda fit-taxxa fuq il-petrol. Il-protesti ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet u l-bidu ta’ dil-ġimgħa kienu fuq din tal-aħħar. Bdew bi ftit demostrazzjonijiet żgħar ’l hemm u ’l...

Il-kelma maħmuġa (dissidenza)

Image
Tal-għaġeb ix-xeni li waslulna din il-ġimgħa minn Hong Kong. Kemm l-għaxriet tal-eluf tad-dissidenti jirrappreżentaw is-7.2 miljun ruħ ta’ Hong Kong jew il-1.3 biljun taċ-Ċina, wieħed ma jistax jgħid eżatt. Li hu żgur hu li l-għadd ta’ nies li għażlu li ‘jitħammġu’ bil-kelma ‘dissidenza’ kien impressjonanti. Dawn in-nies għażlu li ma jaqblux u għażlu li ma jablux pubblikament. Dan hu ġest ta’ qlubija f’pajjiż bħaċ-Ċina. Ossessjonijiet Id-dissidenza għal ħafna hi kelma li tindika xi ħaġa aktar minn sempliċi periklu. Għandha riħa ta’ xi ħaġa mnawra. Hija kelma li għal ħafna tindika nkwiet żejjed; disturb tas-serentià; għorka kontra l-vina. Għal ħafna d-dissidenza hi sinjal ta’ patoloġija; ta’ moħħ li xi mkien tilef it-triq; ta’ ruħ mitlufa; ta’ karattru diżordnat. Il-kelma donnha għandha għal ħafna xi ħaġa mhux sewwa fiha li jġegħilha tkun maħmuġa. Imma l-‘ħmieġ’ tad-dissidenza ma jiġix minnha nnifisha. Pjuttost jiġi (ifakkarna Freud) mill-ossessjoni morbuża li ħafna minna għandh...

Abel għosfor mill-Ukrajna

Image
Elf mil ’l bogħod minna lejn il-grigal, lil hinn mill-Baħar l-Iswed, pajjiż Ewropew darbtejn akbar mill-Italja, b’popolazzjoni ta’ 45 miljun ruħ, jinsab bejn in-nar u l-ilma; ma jafx għandux idendel kusu ma’ Kajin jew ... ma’ Kajin. Wara tliet xhur ta’ ġlied fit-toroq, l-aktar fil-belt kapitali (Kiev), il-pajjiż jinsab fuq l-għatba ta’ gwerra ċivili. Abel donnu għosfor. Ġlied fit-toroq Mar-Russja jew mal-Unjoni Ewropea (UE)? Din hi l-għażla li l-Ukrajna tidher li għandha quddiemha bħalissa. Ir-rabtiet qawwija storiċi tal-Ukrajna mar-Russja huma ċentinarji. Saħansitra 17% tal-popolazzjoni, l-aktar fil-lvant u n-nofsinhar tal-pajjiż, jitkellmu r-Russu, mhux l-Ukrajnjan, bħall-biċċa l-kbira tal-bqija tal-popolazzjoni. Il-Knisja Ortodossa Russa nnifisha twieledet, mhux ir-Russja, imma ġol-Ukrajna. Biċċa kbira tal-Ukrajnjani, kif ukoll ir-Russi, lanqas biss jistgħu jimmaġinaw Ukrajna mingħajr ir-Russja jew Russja mingħajr l-Ukrajna. Iżda biċċa kbira oħra tal-Ukrajnjani, l-aktar fil-...

It-Torok ta' protesti

Image
Wara ġimgħatejn protesti qalila popolari fil-bliet il-kbar tat-Turkija, u wkoll protesti bħalhom ftit tal-ġimgħat qabel ġewwa l-Greċja, u anki protesti oħrajn f’San Paolo, il-Brażil, wieħed jista’ jibda jistagħġeb għala l-bniedem ma jitgħallem qatt. Il-kitba ilha hemm fuq il-ħajt miktuba għal sekli sħaħ; iżda donnu ħadd ma jaf jaqraha. U tgħid hekk: Is-setgħa tikkorrompi lilha nnifisha u lil ħaddieħor. Tinbidel ma tistax Naturalment, dan li qiegħed ngħid mhuwiex ġdid. Iżda l-esperjenza ta’ għexieren ta’ gvernijiet fl-Ewropa u f’inħawi oħra tad-dinja li ħadu s-setgħa bl-għajta ta’ libertà, ugwalja u fratellanza, kważi dejjem spiċċaw biex ħaddmu s-setgħa favur l-interessi tagħhom u tas-sinjuri, kontra l-poplu fqir u bla setgħa. Din l-esperjenza tibqa’ tirrepeti ruħha; u l-popli jibqgħu jemmnu li xi darba tinbidel. Imma tinbidel ma tistax. Għax is-setgħa, minnha nnifisha , iġġib dan l-effett neċessarju: li tuża l-forzi li jkollha ħalli ssaħħaħ lilha nnifisha askapitu tan-nies. Kul...