Posts

Showing posts with the label civil

L-amministrazzjoni pubblika

Image
Il-gvern, bir-raġun, hu mehdi bl-amminsitrazzjoni tal-Istat. Minn dan il-lat, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tiegħu huma kbar u mifruxa. Mil-lat finanzjarju, bħal kull intrappriża kummerċjali l-gvern irid dejjem jara li, jekk jista’ jkun, id-dħul tal-pajjiż ikun akbar mill-ħruġ, ħaġa li qatt ma hi faċli. Iżda l-amministrazzjoni għandha ħabta tiddomina operat bħal dan. Bħal kull istituzzjoni oħra, il-gvern irid joqgħod attend li l-amministrazzjoni ma tiddominahx u teħodlu ħsiebu minn fuq ħwejjeġ ta’ importanza oħra. Ideali X’jistgħu jkunu dawn il-ħwejjeġ? L-ewwel u qabel kollox, il-viżjoni li Stat għandu dejjem ikollu. Gvern jista’ jaqa’ fl-iżball li jħalli l-amministrazzjoni tirkbu u tagħmel sempliċiment amministratur tal-ġid tal-Istat. Dan hu rwol meħtieġ, siewi u importanti, m’għandniex xi ngħidu, iżda m’għandu qatt ikun esklussiv. Gvern irid ukoll jispira ċ-ċittadini tiegħu; irid iwettaq ir-rwol li jpoġġi quddiem l-Istat ideali li jkabbruh. Dawn mhumiex neċessarjament ...