Posts

Showing posts from December, 2017

X’nistennew għall-2018?

Image
Kulħadd ikollu l-pjanijiet tiegħu u l-istennijiet tiegħu. Ħadd minna, żgur, ma jistenna li ma jinqala’ xejn minn taħt ir-riħ. Sena ġdida tista’ tkun għall-ħafna oħrajn li għaddew bħalha, iżda tista’ tkun, bla ħsieb ta’ xejn, waħda li toħroġ mill-ixkora xi sorpriża li nibqgħu niftakruha l-bqija ta’ għomorna. Ma jistax ikun mod ieħor. Ilkoll nittamaw, għandi nifhem, li tkun sena li ġġibilna xi ftit jew wisq tar-riżq. L-ordinarju Din is-sena, l-2018, kellha tkun sena ta’ elezzjoni; iżda m’hijiex se tkun. Dik id-deċiżjoni ttieħdet ftit xhur ilu u mhux se jkollna bżonn oħra din is-sena ― għall-grazzja t’Alla. Il-gvern nistennewh jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu, u lkoll ikollna għajnejna fuq l-oppożizzjoni biex naraw jekk, tul is-sena li jmiss, tinġararx xi ftit. M’għandniex nistennew xi terrimoti kbar fl-ekonomija s-sena li ġejja, la lokalment u lanqas internazzjonalment. Jidher li l-kriżi tal-2009 intrebħet sewwa u m’għandux ikun hemm oħra, għall-anqas mhux fis-sena li se nibdew. L

Ix-xmara li ssir baħar

Image
F’dawn il-jiem tal-Milied ftakart fi storja li tissemma fl-Iskrittura. Hija l-istorja ta’ xmara li tibda b’nixxiegħa, imbagħad issir wied, u wara tikber f’baħar. Hija xmara nadifa, safja u ħajja li trodd il-barka ma’ kulfejn tmiss. Din hija xmara li tifdi, u li hija bla tarf u bla tmiem. Ftakar fiha għax hija x-xbieha tal-aqwa, l-oħla, l-egħref u l-isbaħ bniedem li qatt eżista; li ismu hu egħżeż minn dak li jista’ jlissen l-ogħla lsien. Id-dinja mitlufa F’did-dinja ħafna huma dawk li jiżżattu biex jagħmluha tal-kbar; li saħansitra jilagħbuha ta’ allat. Iridu jisserdqu u jiddandnu fuq l-oħrajn; u sa jixxaħxħu fil-ftit jiem ta’ ħajjithom u jagħmlu l-ħajja ta’ ħaddieħor infern. Huma l-mistħija u l-għajb tal-ġens tagħna; inikktu l-art li jimxu fuqha u jgħajbu s-smewwiet li jħejju fuq rashom. Il-bniedem li jitwebbel li jaħkem u jikkmanda, u ħafna drabi jistgħana wkoll, mhux bniedem; lanqas m’hu bhima. Hu pesta ... pesta ta’ marda li d-duwa tagħha ilha ħafna li nstabet iżda li tibqa’

Ir-rigali ta’ identità

Image
Din aktarx hi l-ġimgħa ta’ ferneżija għax-xiri tar-rigali tal-Milied, rigali li donnu għal xi wħud qed isiru dejjem aktar sofistikati, għaljin u personalizzati. Ir-rigal bħala sempliċiment simbolu, ir-rigal bħala sinjal, donnu qed jintilef. Minflok, qed jieħu postu r-rigal bħala estenżjoni konsumista, ir-rigal bħala aljenazzjoni. Rigali patoloġiċi Ir-rigali tal-Milied suppost ifakkruna fir-Rigal uniku ta’ Ġesù s-Salvatur. Illum ftit huma dawk li jafu b’din il-ħaġa, jew li saħansitra jinpurtahom minnha. Hu x’inhu, ir-rigali f’dan iż-żmien tal-Milied xorta waħda baqgħu xi ftit jew wisq espressjoni tal-għożża li għandna għal xulxin. Madankollu, ukoll dan inbidel. Ir-rigali tal-Milied illum saru parti minn patoloġija sħiħa. Il-patoloġija tas-suq, tal-konsum, tal-identità tagħna imposta mill-filosofija neoliberali tal-kapitaliżmu. Din il-filosofija imponiet aħna min għandna nkunu u kif għandna ngħixu ħajjitna. Ħafna minnu dan aċċettawh mingħajr diskussjoni. Is-Suq sar Alla, u l-ispi

Ftehim għal tkasbir?

Image
Ma’ min kienu miftehmin il-Membri tal-Parlament Ewropew biex jiġu hawnhekk taparsi biex jagħmlu stħarriġ meta fil-fatt ħsiebhom kien biss li jkasbru lil pajjiżna? Min ftiehem magħhom m’għandux żejt f’wiċċu biex iqabbad il-barranin jagħmlu x-xogħol maħmuġ tiegħu? Ftehim bħal dan—baxx u vergonjuż—ma jagħmel ebda ġieħ lil min iridha ta’ qaddej pubbliku. Huwa ftehim ta’ bejn il-malviventi. Ftehim partiġġjan Id-delegazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej, immexxija minn Ana Gomes, il-ġimgħa li għaddiet uriet biċ-ċar għala tassew kienet ġiet Malta bl-iskuża li tistħarreġ fuq il-każ tal-mibkija Daphne Caruana Galizia. Ma tantx kellna għalfejn ikollna konferma ta’ din l-intenzjoni tagħha, għax tant kienu ovvji l-affarijiet, li żgur li t-tfal tas-sekondarja kienu jkunu kapaċi jagħmlu aħjar minnha. L-intenzjoni kienet waħda, u waħda biss: li tintuża l-pożizzjoni li l-Membri li ġew igawdu fil-Parlament Ewropew biex iħammġu lill-gvern u, b’konsegwenza, lil pajjiżna. Iżda ma’ din l-intenzj

Memorji qosra

Image
Spiss tisma’ lil min jitkellem fuq avvenimenti strambi bħallikieku qed jiġru fi żmienna għall-ewwel darba jew li huma xi fenomeni ta’ żmienna biss. Bi ftit ħsieb tintebaħ li l-memorji ta’ bosta ma tantx iservuhom tajjeb għax jinsew li l-istramberiji li jilmħu ġraw ukoll fl-imgħoddi, xi kultant b’intensità jew frekwenza aktar milli fil-preżent. Ħafna donnhom jippreferu jaħsbu li ż-żmien li jgħixu fih huma huwa aktar speċjali minn żminijiet oħra. Żmien uniku? Avvenimenti naturali, politiċi, soċjali jew ukoll ekonomiċi spiss jiġbdu l-attenzjoni għar-rarità tagħhom. Ħafna jeħduhom bħala affarijiet li qatt ma ġraw bħalhom qabel u li, għalhekk, iqisuhom bħala xi sinjal li żmienna xi affarijiet qed imorru lura jew huma eċċezzjonali. Jekk toqgħod biss fuq il-memorja tan-nies, dan jidher perfettament loġiku. Iżda jekk tqallem il-paġni tal-istorja, imqar ħafif ħafif, tintebaħ li din l-impressjoni ma tagħmel sens xejn. Il-biċċa l-kbira tal-affarijiet li jiġru fi żmienna, kemm dawk li tagħ