Posts

Showing posts from October, 2019

Il-ġimgħa tad-destin

Image
Il-Gran Brittanja (GB) waslet fil-ġimgħa tad-destin tagħha fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħha mal-Unjoni Ewropeja (UE). Wara snin ta’ inċertezza fuq dar-relazzjonijiet, issa waslet id-daqqa finali ... li, wara kollox, aktarx ma tkun id-daqqa finali xejn. Għax il-parlament Brittanniku jrid jerġa’ jingħata aktar żmien mill-UE biex jilħaq jaqbel fuq ftehim mal-UE li hu aċċettabbli għall-GB. Diskussjonijiet interminabbli Għal min bħali segwa l-aħbarijiet mill-parlament Brittanniku tul il-ġimgħa li għaddiet, ma setax ma jistagħġibx jew forsi jammirx bil-mod kif il-membri ta’ dal-parlament jagħmlu l-affarijiet. It-tul tad-deliberazzjonijiet tagħhom, ukoll meta dat-tul joħloq problemi governattivi jew politiċi, ma jinkwetahom xejn. Huma jieħdu l-ħin tagħhom u, jekk dan ma jwassalx, imorru għall-ħin barrani – darba, darbtejn, tliet darbiet u aktar. Id-diskussjoni, però, ma tiqafx. Mhux biss, imma d-diskussjoni tibqa’ tidħol f’dettalji u rquqijiet impressjonanti li, fl-aħħar mill-aħħ

Aħna sportivi?

Image
Ħafna drabi, meta xi ħadd isemmi l-isport, nifhmu dik l-attività li tinvolvi xi taħriġ fiżiku li jsir jew għall-kompetizzjoni ma’ ħaddieħor jew għall-gost. Infatti, meta nistaqsu persuna hijiex sportiva jew le, dan li nkunu qed nifhmu, jiġifieri jekk dik il-persuna tagħmilx xi taħriġ fiżiku ma’ ħaddieħor jew weħedha. Imma hemm mod ieħor ta’ kif bniedem ikun sportiv, jiġifieri meta jkollu attitudni li biha jieħu l-ħajja b’serjetà mhux aktar milli jixirqilha. Taħriġ fiżiku Meta nistaqsi ‘aħna’ aħniex sportivi qed nirreferi għall-poplu Malti u Għawdxi b’mod ġenerali. Tassew li ħafna drabi ma jkunx xieraq li tiġġeneralizza. Minnu wkoll li dejjem issib l-eċċezzjonijiet kullimkien u f’kollox. Imma b’mod ġenerali naħseb li f’dan il-każ nistgħu tabilħaqq nitkellmu fuq il-poplu tagħna kollu kemm hu. Il-mistoqsija tiegħi mhijiex jekk il-poplu tagħna, dejjem b’mod ġenerali, iħobbx jieħu sehem f’taħriġ fiżiku kompetittiv jew għall-gost. Naħseb li kulħadd, f’xi żmien jew ieħor, speċjalment

Lejn il-qsim

Image
Il-qsim hu l-attitudni li l-aktar jiġbidna llum. Li naqsmu ma’ ħaddieħor il-ġid li għandna jew il-ġid komuni tagħna huwa l-aktar għemil li jiddefinina bħala bnedmin kontemporanji. Li tkun ‘ċivilizzat’ jew ‘emanċipat’ illum ifisser li taqsam ma’ ħaddieħor; li dak li għandek ma żżommux għalik waħdek imma tagħmel lil ħaddieħor parti minnu. Min-nuqqas għall-pussess In-nies ta’ mezz’età bħali aktarx trabbew jew kienu mdorrijin mod ieħor. Fit-tfulija tagħna, fis-sittinijiet u s-sebgħinijiet tas-seklu l-ieħor, l-idea prevalenti kienet il-pussess. Il-ġenituri u n-nanniet tagħna kienu ħerġin minn sitwazzjonijiet ta’ ħtiġijiet bażiċi u, għalhekk, li jkollhom l-affarijiet, li jkunu sidien ta’ oġġetti meħtieġa, kien jagħtihom sens ta’ sigurtà u kuntentizza. Minn hawn ġew l-ideat politiċi popolarissmi tas-sittinijiet u s-sebgħinijiet bil-gvernijiet ta’ Borg Olivier u ta’ Mintoff li n-nies jingħataw djarhom, li jkunu sidien ta’ djarhom. Dan kien ideal kbir li kien jimmarka mument importanti