Posts

Showing posts with the label illeġittimità

Mandela tal-fantasiji

Image
Nelson Mandela, li ġie ċċelebrat il-ġimgħa li għaddiet waqt li sarlu l-funeral ġewwa s-Sid Afrika, kien aktar binja ta’ fantasija milli ta’ realtà. Din il-fantasija bdiet f’ħajtu, kompliet f’mewtu u aktarx se tkompli bit-tifkira tiegħu. Ħadd ma fakkar it-terrorist Marxist li kien tabilħaqq u li hu stess qatt ma ċaħad jew iddenunċja. Mhux li ma kellux il-merti tiegħu, flimkien ma’ miljuni oħrajn, fil-ġlieda kontra l-kruha tal-Apertheid fis-Sud Afrika, iżda li wieħed għall-anqas jammetti li r-reviżjoniżmu hu qarrieq meta jikkanonizza daqskemm meta jiddemonizza. Terroriżmu Wara xi snin jipprova jorganizza kampanja ta’ non-vjolenza, Mandela kien fl-aħħar qata’ qalbu għal kollox u ddeċieda li l-vjolenza terribbli tal-Istat razzista tista’ tiġġildilha biss bil-vjolenza. Għaldaqstant, waqqaf għaqda terrorista (‘Umkhonto we Sizwe’) li baqgħet toqtol, tissekwestra, tittortura u teżekuta n-nies (inkluż suwed ‘tradituri’), u wkoll tidfen il-mini, anki meta Mandela għamel kważi tliet għexier...