Skip to main content

Posts

Il-ħsara taċ-ċapċip

Il-populiżmu llum jikkundannah kulħadd. Dak li ma jikkundannax kulħadd, anzi ħadd, huwa ċ-ċapċip li jagħmel possibbli, mhux biss il-populiżmu, imma kull tip ta’ politika. Iċ-ċapċip hu approvazzjoni. Għalhekk hu wkoll il-ħolqien u ż-żamma ta’ dak li japprova. Il-politiċi jgħixu fuq dan. Mhux biss, imma wkoll jagħmlu kapital minnu.

Il-politika taċ-ċapċip

Il-populiżmu hu għamla waħda biss ta’ dik li nistgħu nsejħu l-‘politika taċ-ċapċip’. Din l-għamla llum taparsi jikkundannaha min iċ-ċapċip, fil-biċċa l-kbira tiegħu, ma jkunx mar favurih. Min jagħmel dan, jiġifieri min jgħaġġel biex jikkundanna l-populiżmu, ma jintebaħx li dan jikseb is-saħħa tiegħu mhux mill-argumenti ikkumplikati ta’ politiċi sofistikati, imma mis-sentimenti tan-nies li jivvutaw b’qalbhom.

Dan għandu s-siwi tiegħu wkoll. Imma min jikkundanna l-populużmu jinsa li kull politika, hi liema hi, tissejjes fuq iċ-ċapċip. Aktar ma politika hi irrazzjonali, aktar trid ċapċip. Aktar ma l-poplu jitħalla ’l barra mill-amministraz…
Recent posts

Ħabel wieħed

Il-mument storiku preżenti jitlob li kulmin irid il-ġid lil art twelidu jrid jiġbed ħabel wieħed fid-direzzjoni mogħtija mit-tmexxija governattiva tiegħu. Dan ifisser ilġim fuq l-inklinazzjonijiet individwali, trażżin ta’ paroli fil-vojt u impenn biex ikun hemm front wieħed magħqud.

Normali

Ħafna għadhom ma jistgħux jirrikonċiljaw irwieħhom ma’ dak li ġara ftit ilu fil-Partit Laburista. Għadhom għaddejjin minn medded ta’ żmien li fihom daqqa jħossuhom imgħaddba, daqqa mgħollija, daqqa ma jridux jemmnu u daqqa donnhom jibdew jifhmu xi ħaġa.

Dan huma proċessi normali għal nies li s-sentimenti u l-emozzjonijiet tagħhom ikun għaddew minn trawma li heżżithom. Bħal ħafna oħrajn bħalhom f’sitwazzjonijiet differenti jew simili, dan-nies iħossu li l-passività tagħhom quddiem ġrajjiet li ma kellhomx kontroll fuqhom, weġġgħethom, ħasdithom u ġerħithom.

Dal-ġerħat bil-mod biex ifiequ. il-fejqan ma jiġix mgħejjun meta l-moħħ jibqa’ ma jistax jifhem u meta l-qalb tibqa’ titweġġa’. Bniedem irid jist…

Libja tal-biki

Il-gwerra ċivili fil-Libja, mibdija mill-Amerikani ħames snin ilu, fl-2014, mat-tneħħija ta’ Ghaddafi, diġà ħadet magħha mal-10,000 ruħ. Il-komunità internazzjonali, filwaqt li taparsi trid twaqqaf il-ġlied, araha trewwaħ il-fjammi ħalli l-pajjiż jibqa’ għarkobbtejh u hi tibqa’ tixxaħħaħ minn fuq żejtu.

Rieda m’hemmx

Dan deher mill-aktar ċar fl-aħħar ġimgħa jew ftit aktar. Il-ġimgħa li għaddiet, il-kapijiet ta’ madwar tużżana pajjiżi ltaqgħu f’Berlin biex jinnegozjaw twaqqif mill-ġlied. Hekk għamlu u ċenċlu t-tazzi tax-xampanja. Imma tmien t’ijiem biss wara, dawk l-istess pajjiżi reġgħu wasslu l-armi tan-nar lill-Libjani, u l-ġlied issokta.

B’id waħda, il-komunità internazzjonali xxejjer il-werqa żebbuġa, filwaqt li bl-oħra titfa’ l-pitlorju fuq in-nar ħalli jħeġġeġ aktar. Waqt li l-Libjani qed jitqatlu bejniethom, il-komunità internazzjonali qed tagħmel festa max-xitan minn fuq daharhom.

Ir-rieda għall-paċi m’hemmx. Hemm biss ir-rieda li, minn dal-konflikk, il-pajjiżi l-kbar, inkluż…

Soċjaliżmu mingħajr qrun

L-annimali li għandhom qrun, is-saħħa tagħhom tinsab fi qrunhom. Dawn jużaw qrunhom bħala arma tal-waħx. Jużawh bħal ponta ta’ lanza, bħal xafra ta’ xabla, bħal bajunetta t’azzarin, bħal raġġ laser. Annimali bħal dawn jikkonċentraw saħħithom kollha fi qrunhom u bih jissieltu biex jirbħu.

Simbolu ta’ qawwa

Mhux ta’ b’xejn li, fl-eqdem letteraturi tad-dinja, il-qarn dejjem issibu bħala simbolu ta’ qawwa u saħħa. Annimali li m’għandhomx qrun, imma minflok jużaw diffrejhom, snienhom, munqarhom, il-qorriegħa u x’naf jien, ma jagħmlu xejn kontra l-ħila ta’ qrun. Meta tagħraf li dan hu magħmul biss minn xagħar magħfus flimkien, għandek mnejn tistagħġeb x’saħħa bla qies tinsab f’għaqda bħal din.

Ridt insemmi dit-tixbiha hawnhekk mhux tant biex infaħħar l-annimali għal qrunhom, imma aktar biex nitħassar ’il dawk li tilfuh. M’hemmx dehra aktar patetika minn xi barri bla qies li tilef qrunu. B’għajnejh miksurin ma jagħmel arja ma’ ħadd u xejn għax jaf li saħħtu hi mitmuma, bħal meta ’l Sansun qa…

Għażliet emozzjonali

Hija aktarx waħda mir-regoli mill-aktar ċari tal-ħajja li l-għażliet u d-deċiżjonijiet emozzjonali rarissimament iwasslu għal riżultati tajba. Dan ma jfissirx li bil-fors dejjem iwasslu għal riżultati ħżiena. Imma għandhom mnejn aktar iva milli le. Huma ħafna aktar fiż-żgur għażliet jew deċiżjonjiet razzjonali.

L-istinti

Dad-deċiżjonijiet u għażliet tal-aħħar insejħilhom “razzjonali” mhux għax ikunu għal kollox nieqsa mill-emozzjonijiet. Dan aktarx huwa impossibbli. Lanqas ma nsejħilhom “razzjonali” għax bil-fors ikunu jagħmlu sens aktar mill-għażliet u d-deċiżjonijiet emozzjonali. Le. Insejħilhom hekk għax ikun daħal fihom xi ftit aktar ħsieb milli jidħol fl-għamla l-oħra, dik emozzjonalil.

Bil-Malti għandna l-ħabta ngħidu li d-deċiżjonijiet emozzjonali jsiru billi n-nies jużaw biss qalbhom, jiġifieri s-sentimenti li jħossu. Min-naħa l-oħra, d-deċiżjonijiet li jsir “razzjonalment” huma dawk li ngħidu li jsiru billi nħaddmu moħħna aktar milli qalbna. “Tiħux deċiżjoni b’qalbek,” tisma’…

“Eyes down”

Ħafna minna jafuha sew din l-għajta. Huma l-ewwel kliem li tisma’ meta tmur tilgħab it-tombla. “Eyes down for the first number” – kulħadd għajnejh ’l isfel għall-ewwel numru. Hija sejħa għall-attenzjoni. Biex kulħadd jiffoka. Għax ġie l-mument tax-xogħol. Daqshekk paroli. Issa bis-serjetà. Tlaqna ...

Ħidma flimkien

Għandhom mnejn li dawn huma l-aħjar kliem li jfissru dan li ġara llum. Mexxej ġdid tal-Partit Laburista, Prim Ministru ġdid, se jibda x-xogħol. Daqshekk kampanji. Daqshekk inċertezzi. Daqshekk taqtiegħ il-qalb. Mil-lum jibda x-xogħol tal-mexxej u l-Prim Ministru l-ġdid.

Tassew li dal-kliem – “eyes down” – jiġu fil-bidu ta’ logħba. Ix-xogħol li qed jinbeda llum m’huwa logħba xejn. Huwa x-xogħol ta’ restawr u ta’ kostruzzjoni nazzjonali li jrid jittieħed bl-akbar serjetà. Illum l-ogħla uffiċċju amministrattiv ta’ pajjiżna qed jieħu nifs ġdid, enerġija ġdida, u jalla jibda b’dinamiżmu li jsikket kull ilsien kattiv.

Le, mhuwiex logħba x-xogħol li qed jinbeda llum. Lanqas m’huwa…

Is-sena tal-kontijiet

Telgħet saflaħħar ix-xemx fuq is-sena li fiha se jsiru ħafna kontijiet. Is-sena li għaddiet ħalliet ħafna affarijiet pendenti u miftuħa. Dis-sena jridu jingħalqu. F’ġimgħatejn oħra, mhux biss il-Partit Laburista jkollu ‘leader’ ġdid, imma l-pajjiż ikollu Prim Ministru ġdid. Dan se jibda jagħlaq il-kontijiet. Dan se jibda jrodd l-istabbilità li lkoll nixtiequ naraw.

Il-partit

Qabel xejn, la darba qed nitkellmu f’din il-gazzetta, jidhirli li jrid jingħad li l-istabbilità trid tibda tinħass l-ewwel nett fil-Partit Laburista. Ma jidhirlix li l-partit hu mifrud. Imma għadda minn esperjenza trawmatika li jeħtieġ jirkupra minnha. Xi wħud firdu lilhom infushom mill-partit, jew aħjar minn min jirrappreżentah, u issa, għandi nifhem, huma anzjużi biex jerġgħu jirritornaw. Oħrajn, għalkemm mhux maqtugħin, ħassewhom maħsudin u xxokkjati.

Dan-nies kollha, ilkoll Laburisti, m’għandix dubju li jridu jħossuhom għal darb’oħra komdi fil-partit li jirrappreżenta l-aspirazzjonijiet nazzjonali tagħhom. Bi…