Annimali domestikati u nies oħra (2)


Id-domestikazzjoni tan-nies mhijiex wisq differenti minn dik tal-annimali. Lanqas l-għodod li jintużaw biex in-nies jiġu ddomestikati ma huma wisq differenti. Dak li l-annimali jagħmlu bejniehom b’istint, aħna l-bnedmin nagħmluh b’ħażen. L-iskop ewlieni ta’ kull domestikazzjoni hija s-setgħa fuq ħaddieħor permezz tal-kontroll tagħhom.

L-edukazzjoni

Aħna nibdew niġu ddomestikat sa mill-ewwel waqtiet tal-ħajja tagħna fuq din l-art. Dan ifisser li, hekk kif nitwieldu, nibdew niġu mħarrġa bil-qajla l-qajl biex nagħmlu parti minn familja li għandha d-drawwiet, it-twemmin u l-valuri partikulari tagħha. It-trabi li jitwieldu f’familja jridu jiġu mħarrġa jgħixu f’familja, u dan dejjem ifisser li jridu jkunu fidili għad-drawwiet, it-twemmin u l-valuri tal-familji tagħhom.

Dan it-trawwim għandna isem pulit għalih. Insejħulu “edukazzjoni”. Madanakollu, insejħulu x’insejħulu, hu proċess twil ta’ domestikazzjoni li bih it-trabi jiġu mdorrijin kif jaġixxu u kif jaħsbu. Ebda tarbija ma hija tajba sa mill-bidu biex tgħix f’ambjent domestiku. Dan titgħallem tagħmlu maż-żmien. Għall-ewwel aktarx tipprotesta xi ftit bil-mod tagħha, imma mbagħad toqgħod.

It-trabi jidraw id-domestikazzjoni tagħhom infushom mingħand ħaddieħor minħabba li jitgħallmu jieħdu dak li jridu. Hu jintebħu li meta joqogħdu għal ħaddieħor, jirnexxielhom jieħdu dak li jridu, u meta ma joqogħdux, ma jieħdux dak li jridu. Il-prezz ta’ dan huwa d-domestikazzjoni, li jħallsuh biex jieħdu li jridu.

Parti mid-dinja

Dan għamilnieh aħna lkoll meta konna trabi, u jibqgħu jagħmluh il-bnedmin kollha sal-aħħar tad-dinja. Huwa għamla ta’ negozju li kważi kważi jiġina instintivament. Nagħtu xi ħaġa biex nieħdu oħra. Nagħtu l-ubbidjenza tagħna biex hi tirbħilna dak li jpaxxina, imqar għal ftit mumenti.

In-nuqqas ta’ ħsieb tagħna jiswielna qares ħafna, għax bil-mod il-mod nibdew ninbidlu fi xbihat perfetti tar-rieda ta’ ħaddieħor. Id-domestikazzjoni hi vjolenza ħelwa li tibdilna mingħajr ma nafu, u meta nintebħu biha, jekk qatt, ikun tard wisq.

Bid-domestikazzjoni aħna nsiru ħlejjaq doċli, ubbidjenti, manipulabbli, sensibbli, edukati, tajbin għal man-nies. Dan kollu hu konvenjenti għan-nies ta’ madwarna, imma rari jkun għalina. Għax aħna nkunu sirna parti mid-dinja domestikata ta’ ħaddieħor; mill-fantasija tagħhom; mill-kappriċċi tagħhom.

Taħriġ fundamentali

Ħadd minna ma jiftakar meta bħala trabi bdew iħarrġuna kif nużaw il-“potty”. Għalkemm żgur mhux l-ewwel taħriġ ta’ domestikazzjoni, din l-edukazzjoni kienet fost l-aktar waħda drastika u fundamentali. Kellna nitgħallmu nikkontrollaw lilna nfusna, l-intestini tagħna, il-ġisem tagħna. Kellna nbiddlu n-natura tagħna.

Dan it-taħriġ tal-“potty” ġie b’fasla ta’ ħsieb determinanti li biddilna għal dejjem. Il-ħmieġ tagħna kellu jkun ikkontrollat; ġisima ma setax jagħmel li jrid; in-natura kellha tiġi domestikata u mqiegħda għar-reġim tal-moħħ, id-deliberazzjoni, il-kontroll. Il-ħmieġ naturali tagħna hu moqżież u mhux tajjeb għal man-nies, u jeħtieġ li jagħti fastidju mill-anqas.

Did-domestikazzjoni bil-ħmieġ tagħna stess daħħalna f’realtà għal kollox differenti milli kellna qabel. Hawnhekk konna qed niggradwaw għad-dinja tal-kbar, is-soċjetà taċ-ċivilizzati, il-qasam tal-ambjent domestiku. Ma konniex aktar slavaġ, annimali naturali, ħlejjaq liberi. Sirna nies iċċivilizzati, edukati, xierqa.

Mingħajr ma ntbaħna konna qegħdin nitħejjew għal ħajja li tiċħad dak li aħna biex inħaddnu dak kollu li m’aħniex imma li hu konvenjenti u aċċettabbli soċjalment. Konna qed insiru annimali politiċi; annimali li jibdlu lilna nfushom skont il-ħtieġa, skont il-ħars ta’ ħaddieħor, u skont l-approvazzjoni tagħhom.

Previous - Next




Comments

  1. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment