Posts

Showing posts from January, 2012

Tifsila filosofija ghalik

Image
Dalwaqt fl-Università ta’ Malta se jibda kors ta’ tliet xhur dwar il-filosofija f’Malta. Il-kors se jkun imfassal ghal tal-apposta sabiex ikun jista’ jghattendih kulmin hu b’xi mod interessat fis-suggett, kemm jekk digà jkollu xi tahrig filosofiku u kemm jekk le. Ghall-pubbliku generali, il-partecipazzjoni u r-registazzjoni huma bla hlas, u fl-ahhar ma jkun hemm ebda ezami x’wiehed jaghmel. Kors l-università Kors bhal dan hu principalment mahsub sabiex ikompli jkabbar l-gharfien fil-filosofija li ssir Malta. Il-lezzjonijiet se jibdew il-Gimgha, 17 ta’ Frar, u jintemmu fl-1 ta’ Gunju. Dawn isiru l-Università ta’ Malta, f’Tal-Qroqq, l-Imsida, bejn is-2.00 u t-3.00 ta’ waranofsinhar. L-ghalliem se jkun Fr. Mark Montebello. Sabiex wiehed jirregistra ghall-kors, jehtieglu jaghmel dan billi jzur is-sit: www.um.edu.mt/publiclecturesregistration u jinkiteb hemmhekk. Il-kors ghandu s-sigla PHI2019 (Philosophy in Malta). Wiehed jista’ wkoll jattendi l-ewwel lezzjoni u hemmhekk jinghatal

Imsejkna Tunezija!

Image
Fit-Tunezija, wahda mill-girien taghna li thaddan mal-41 miljun ruh, hafna minna bil-kemm kemm jafu―jew jinteressahom―x’infern shih ghaddejja minnu. Ghaddiet sena minn mindu dak l-imgharraq ta’ Ben Ali, li zamm il-poplu tieghu taht id tal-hadid ghal 23 sena shah, tqalfat mill-hakma li kellu fuq is-setgha. Izda l-qaghda tal-pajjiz hija, jekk mhux aghar, ghallanqas fl-istess bahar illi kienet qabel. Sagrificcji supremi L-ismijiet tal-mijiet ta’ persuni li harqu lilhom infushom bi protesta f’din l-ahhar sena tfittixhom ghalxejn, ghax mhux se ssibhom imkien. Jissemmew biss numri, bhallikieku kienu bhejjem ghall-qatla. Tabilhaqq, kienu mijiet dawk li, f’qaghda ddisprata, f’oqsma differenti tal-pajjiz taw in-nar lilhom infushom biex forsi xi hadd jaghti kas il-familja taghhom jew lil pajjizhom. Fil-verità, ftit jinpurtahom. Setghu kienu eluf. Ghax kulhadd donnu mehdi bil-problemi tieghu, ibda minna bil-loghob taghna, u qajla jsib hin jew interess li jaghti daqqa t’ghajn madwaru, ahse

Id-demokrazija ta’ Abel

Image
Il-politika demokratika Ewropea, dik li ssawret bejn wiehed u iehor f’dawn l-ahhar erbghin sena, inhadmet l-aktar fuq il-mudell imperjalista Amerikan. L-ispiritwalità u l-glorifikazzjoni tal-kapitalizmu fuq in-naha l-ohra tal-Atlantiku giet rikonoxxuta mill-politici Ewropej bhala l-pedina ewlenija ghas-success nett tal-ekonomija Statunitensi u, ghaldaqstant, fittxew li bil-mod il-mod jissimulawha ghax raw fiha qliegh kbir ghalihom infushom. Ir-rizultati ta’ din ix-xadinata huma maghna llum u jiddefinixxu l-hajja demokratika li (sfortunatament) ikollna nghixu lkoll kemm ahna. Il-karru tal-kapitalizmu Kajin, miskin, aktarx ma jisthoqqlux il-fama hazin li kiseb maz-zmien. Il-Bibbja gharrqitu wisq. Il-Koran ferm aktar. Jista’ jkun li Kajin kellu mitt elf ragun ghala jitlef sabru u ghaqlu. Min jaf Abel kienx jaghmilha ta’ qaddis akbar minn missieru u ommu flimkien (qabel ma ghaxxquha, naturalment)? Kajin ma ggenninx ta’ xejn. Bhalma ma ggennewx hafna nies ohrajn warajh. Mhux biss he

Meta jaqa’ l-ewro

Image
Ftit minna jimmaginaw li nistghu nigu fixxa. Zmien it-tallaba u l-ghaks ilu li ntesa. Il-‘miraklu ekonomiku’ tas-snin sebghin―bid-difetti kollha li seta’ kellu―indara u jigi injorat. Bosta minna lanqas jaghtu kas, jew sahansitra jobsru, li digà hawn nies li jghixu b’id wahda wara u l-ohra quddiem; jisthajlu li, ghajr ghal xi arrangamenti mehtiega ’l hawn u ’l hinn, kollox miexi fuq ir-rubini; jemmnu li r-refugjati jezistu biss fl-Afrika u fl-Asja. Izda l-ewro, li fuqha issa nbniet l-ekonomija taghna, tinsab ghal nizla zgura ... u l-hajja kif gejna biex insiru nafu se tintemm aktar hesrem milli nistghu nimmaginaw. Waqa’ zgura Ma nghidx “jekk” jaqa’ l-ewro, izda “meta” ; ghax il-waqa’ tieghu hija prattikament zgura. Dan nistghu narawh isehh sahansitra din is-sena stess. L-ewro beda jezisti fl-1992 bit-Trattat ta’ Maastricht u llum hu l-munita ufficjali ta’ 17 mis-27 pajjiz tal-Unjoni Ewropea, inkluz Malta, li ssiehbet fiz-‘zonaewro’ fl-2008. Jekk wiehed biss minn dawk is-17-il p

Paci fil-Lvant Nofsani

Image
Sena gdida taparsi ggib maghha hafna xewqat sbieh li hafna drabi mhumiex ahjar minn dak li jgib isimhom: xewqat. Ebda xewqa, wahedha wahedha, ma qatt ghamlet farka differenza fid-dinja. Xewqat minghajr ghemil qishom bahar bla ilma. Izda min-naha l-ohra, huma x-xewqat li jibdew l-akbar ghemejjel. U x-xewqa ghall-paci fil-Lvant Nofsani fil-bidu ta’ dan is-sena gdida mhijiex nieqsa la mill-ghemil u, ghalhekk, lanqas mit-tama. Irvellijiet ta’ tama Nibda biex nghid li l-prospettiva tal-paci fil-Lvant Nofsani hija marbuta max-xewqat tal-bidu tas-sena b’mod sekondarju ghal kollox. Ghax illum, ghalkemm ghalina tibda sena gdida, mhijiex hekk la ghal-Lhud u lanqas ghall-Gharab. Ghall-Gharab is-sena bdiet fis-26 ta’ Novembru li ghadda; ghal-Lhud fid-29 ta’ Settembru ta’ qabel. Ix-xewqat, jew ahjar it-tama, hi aktar marbuta mal-avvenimenti li sehhew tul l-2011. Mas-sena ilu, fis-7 ta’ Jannar, 2011, il-mibki Mohamed Bouazizi haraq lilu nnifsu bi protesta f’Sidi Bousaid, it-Tunezija, azzjoni