Posts

Showing posts from September, 2020

Trotsky: 80 sena

Image
Ix-xahar li għadda, ir-revoluzzjonarju u teoriku politiku Leon Trotsky, għalaq 80 sena mejjet. Dal-ġgant politiku huwa ħafna drabi jew injorat għal kollox jew imfakkar għal raġunijiet żbaljati. Però, naħseb li t-tifkira tiegħu tista’ tkun okkażjoni żgħira biex iġġibna f’sensina fuq ir-rwol li aħna lkoll għandu jkollna biex intejbu d-dinja ta’ madwarna. Miet assassinat Leon Trotsky miet tmenin sena ilu, f’ Coyoacán ġol-Belt tal-Messiku, il-Messiku, fil- 21 t’Awwissu tal- 1940 , fl-età ta’ sittin sena. Miet ħtija ta’ attakk qattiel fuqu fil-jum ta’ qabel ġewwa daru. Fir-ritratt t’hawnhekk, jien nidher fuq il-qabar ta’ Trotsky, fejn hu midfun flimkien ma’ martu Natalia Sedova, fil-ġnien tad-dar ta’ fejn ġie assassinat. Id-dar hi llum mużew, post miżmum eżatt kif ħallieh Trotsky tmenin sena ilu. Trotsky kien mir-Russja u ssieħeb fil-partit Belxevista ftit ġimgħat qabel ir-Rivoluzzjoni t’Ottubru tal-1917. Huwa kien parti mill-gvern ta’ Lenin, imma meta Stalin ħataf it-tmexxija tal-

Id-dnub tal-buli

Image
Spiss nisimgħu b’nies li jagħmluha tal-buli ma’ ħaddieħor. Minkejja dan, ma nisimgħux biżżejjed. Għandu mnejn li l-buli ilu jeżisti mill-għodwa tal-umanità, u jibqa’ jeżisti sal-għabex tagħha. Imma kien, hu u jibqa’ l-agħar xaqliba tan-natura tal-bniedem. Aktarx ħadd ma hu meħlus minn dad-dnub ikreh. Ħadd m’għandu jiġġilidlu b’kemm għandu saħħa. Ikreh dejjem Xi darba jew oħra, ilkoll xi ftit jew wisq għamilna tal-buli ma’ xi ħadd ieħor. Xi ftit jew wisq. Mhux it-tfal biss jagħmluha tal-buli, tafx. Il-kbar ukoll. Kulmin jitkessaħ ma’ xi ħadd ieħor, iġiegħel lil ħaddieħor jagħmel li ma jridx, jew jumiljah, ikasbru u jweġġagħlu qalbu ⸻ dawn kollha huma atti tal-buli fina. Jien stess, nistqarr, kemm meta kont tifel l-iskola u kemm meta kbirt, nisħet is-siegħa u l-mument li waqgħajt f’dan id-dnub ikreh. Dan hu wieħed minn dawk id-dnubijiet li, minkejja l-indiema, qajla tista’ ssir riparazzjoni xierqa għalih. Għalhekk ma nafx kemm jista’ jinħafer. Il-ħsara bla qies li jagħmel il-bned

Le, għall-estradizzjoni ta’ Assange!

Image
Il-Gran Brittanja lanqas biss ma kellha tibda tikkunsidra l-espradizzjoni ta’ Julian Assange lejn l-Istati Uniti tal-Amerika. It-Tlieta li għadd, waqt li hawnhekk kellna l-festa nazzjonali u pubblika, l-ogħla qorti Britannika bdiet ittella’ u tniżżel għandu dal-bniedem monumentali jiġi mibgħut ’l hinn mill-Attlantiku biex jiġi pproċessat bħala kriminal. Il-ġid li għamel Kulħadd jaf li Julian Assange, Awstraljan ta’ 49 sena, huwa l-fundatur ta’ “Wikileaks”. Din l-organizzazzjoni għamlitu dmirha li, permezz ta’ sistemi elettroniċi bl-Internet, tikxef krimini tal-gwerra, torturi, sorvellji illeċiti mill-Istati, konspirazzjonijiet diplomatiċi tal-Istati Uniti u organizzazzjonijiet imperjalistiċi oħra, komunikazzjonijiet tal-gvernijiet minn wara dahar kulħadd, u ħafna aktar. Imwaqqfa fl-2006, huma milljuni d-dokumenti rnexxielha tikxef. Għax għamlet dan, Wikileaks hija meqjusa minn kull gvern tad-dinja bħala organizzazzjoni kriminali, u l-fundatur u l-ispiratur tagħha, Julian Assange,

Għaxra b’Għaxra

Image
Nittama li ma kinetx biss l-imxija ta’ bħalissa li wasslet lill-Partit Laburista (PL) jibda jiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tiegħu mingħajr xinxilli u ġigġifogi żejda. Bil-kontra, l-inizzjattiva li xandar ftit tal-ġimgħat ilu li jibda jiċċelebrah b’għaxar gruppi ta’ diskussjoni, tidher li hija fiha nnifisha għażla għal ċelebrazzjonijiet b’xi ftit tal-kwalità dejjiema. Ħsieb u azzjoni F’nofs ix-xahar li għadda, id-Deputat Kap tal-PL għall-ħwejjeġ tal-partit, Daniel Micallef, ħabbar, flimkien ma’ għadd ta’ msieħba attivi, għaxar gruppi ta’ diskussjoni, imsejħa forum, biex jiffukaw fuq temi differenti tal-politika tal-partit għall-ġejjieni. Kull forum fih il-kkordinatur tiegħu li xogħolu hu li jlaqqa’ n-nies, jiġbor l-ideat, iħeġġeġ id-diskussjoni u, fl-aħħar, joħroġ b’għaxar proposti ewlenin. Dawn l-għaxar proposti ewlenin ta’ kull wieħed mill-għaxar forum, ovvjavment, flimkien jiffurmaw mitt proposta, kważi kważi waħda għal kull sena li l-PL eżista fihom. Dawn jiġu diskussi fil-