Posts

Showing posts from March, 2020

Mard ieħor

Image
Bħalissa kulħadd moħħu fuq il-Coronavirus, u bir-raġun. Dil-pesta aktarx trid issir agħar qabel ma ssir aħjar, u lkoll kemm aħna ma nistgħux ma nħarsux saħħitna u saħħet ħaddieħor biżżejjed minnha. Madanakollu, hemm mard ieħor li joqtolna ftit ftit kuljum u ninsewh jew ninjorawh. Dan ukoll irridu nħarsu rwieħna minnu. Biża’ ġustifikata Li l-Coronavirus tista’ tkun qerrieda ma jidhirx li jista’ jkun hemm dubju fuqha. Fil-fatt, l-imwiet s’issa għadhom tilgħin u ma jidhirx li hemm fil-qrib waqfien żgur għalihom. Dil-pesta toqtol in-nies. Dan jafu kulħadd. Għalhekk kulħadd qed ifittex li jħares lilu nnifsu u lil ħaddieħor minnu. Fi żmien ieħor, eżattament fl-1918, il-bużnanniet tagħna kienu jiftakru l-“Ispanjola”, influwenza qerrieda li ħadet magħha mal-50 miljun ruħ mid-dinja kollha. Fil-Gżejjer Maltin kien mardu bejn 20,000 u 50,000 ruħ. L-imwiet kienu madwar 1,000 ruħ, b’mija minnhom f’Għawdex biss. Dawn l-epidemiji ħadd ma jaf eżattament kif u għala jibdew. Lanqas kif eżattam

L-uff u l-aħħ

Image
Ma nafx qatt smajtx bl-espressjoni “Aħjar ‘uff’ milli ‘aħħ’”. Naturalment, l-‘uff’ tingħad meta hemm xi ħaġa li ddejqek. Mentri, l-‘aħħ’ tingħad meta hemm xi ħaġa li qed tweġġgħek. L-espressjoni trid tgħid li aħjar tiddejjaq milli tweġġa’; aħjar tbati ftit u tevita l-uġigħ milli tweġġa’ għax ma tkunx ħadt prekawzjonijiet. La l-‘uff’ u lanqas l-‘aħħ’ Ovvjament, bħalissa xi ftit jew wisq kulħadd għaddej minn xi ftit tal-‘uff’ minħabba l-Coronavirus. Kulħadd irid jagħmel xi ftit tas-sagrifiċċji, xi wħud aktar minn oħrajn, biex il-wieħed, il-waħda u lkoll kemm aħna nevitaw li nweġġgħu b’din il-marda potenzjalment qattiela. L-‘uff’ ma jħobbu ħadd, m’għandniex xi ngħidu. Imma wisq anqas ma nħobbu l-‘aħħ’. Ħadd ma jħobb iweġġa’ għalxejn. Kemm jista’ jkun, sakemm ma nistgħux nagħmlu mod ieħor, ilkoll nevitaw li nweġġgħu. Hu għalhekk li bosta drabi nippreferu nbatu xi ftit ħalli ma naqgħux f’hemm akbar. Tajjeb li bniedem jieħu prekawzjonijiet biex jevita l-imkwiet għalih innifsu jew g

Is-saħħa tas-sħubija

Image
Minkejja l-isforz li ilu jsir is-snin kbar mill-filosofija tan-neoliberaliżmu biex tikkonvinċina li kull bniedem jista’ jgħix kuntent bħala gżira, kellha tkun pesta bħal din tal-Coronavirus biex tfakkarna x’rabta għandna ma xulxin u li, le, ħadd ma hu jew hi gżira. Aħna niddependu minn xulxin. Irridu jew ma rrridux, aħna ninsabu fi sħubija ma’ xulxin. Xbieha terribli Fl-1947, wieħed mill-aktar awturi li nħobb jien, il-filosfu Alġerin Albert Camus, kien ħareġ novella bl-isem Il-Pesta ( La Peste bl-oriġinal Franċiż). Fiha, fost ħafna affarijiet oħra, jgħid l-istorja ta’ meta faqqgħet il-pesta u bosta nies ġew imsakkra f’belt partikulari. Kulħadd f’dil-belt beda jaħseb biex isalva ġildu sa ma Camus juri kif ir-rabtiet soċjali ta’ qabel, inkluż dawk familjari, politiċi u reliġjużi, intemmu ħesrem. Fot ħwejjeġ oħra, din l-istorja riedet tikxef il-ħafna artifiċjalitajiet li bihom hi miżgħuda l-ħajja tal-bnedmin: drawwiet artifiċjali, twemmin artifiċjali, rabtiet artifiċjali u l-bqij

Il-mibegħda tal-ippjanar

Image
L-ekonomija ta’ pajjiż għandha dejjem tkun maħsuba li tgħin lill-poplu kollu. Għalkemm dan jidher evidenti, spiss jiġri li ma jkunx hekk. Bosta drabi l-ekonomija ta’ pajjiż tinħadem b’tali mod li taġevola għadd ta’ nies u mhux oħrajn, u ġieli sa taġevola għadd ta’ nies għas-skapitu ta’ oħrajn. L-ippjanar ħafna drabi dan ma jħallihx isir. Għalhekk issib lil min jobogħdu. Ekonomija ppjanta Aktarx b’ekonomija ppjanata nifhmu sistema ekonomika li ma tixxejjirx mar-riħ ta’ kull kapriċċ kapitalistiku, kemm jekk hu ta’ individwi kif ukoll ta’ gruppi. Meta għandek pjan, dan ifisser li hemm direzzjoni ġenerali li ma toqgħodx iddur ’l hemm u ’l hawn bħalma jkun jaqbillu dan jew l-ieħor. Il-pjan isir biex l-ekonomija jkollha ċerta stabbiltà. Dan ma jfissirx li ekonomija ppjanata hija bil-fors riġida jew li ma tagħtix kas tal-bidliet fil-kurrenti ekonomiċi tad-dinja. Dawn ikollha spazju għalihom. Imma mhux għalihom biss. Il-flessibbiltà tagħha, proprju minħabba l-istabbilità tal-ippjanar,