Posts

Showing posts from May, 2015

Il-kumpless ta’ Adam

Image
Ilkoll nafu li Adam hu biss ħlieqa letterarja f’waħda mill-aktar magħrufin tal-ħrejjef morali Bibbliċi. L-isem tiegħu hu simboliku. Ifisser ‘bniedem’ jew ‘il-bniedem’. Iżda oriġinarjament it-terminu ma kienx Ebrajk, imma Assirju, u kien ifisser ‘ir-ruxxan’, ‘il-bjond’ jew ‘l-isbejjaħ’. Adam l-isbejjaħ Fit-totalità tal-letteratura Bibblika, ħafna drabi Adam jieħu post kważi sekondarju meta meqjus fi ħdan ir-rakkont tal-ħolqien jew anki fil-kuntest ta’ dak li jissejjaħ ‘id-dnub oriġinali’. Din il-pożizzjoni minuri kompliet tissaħħaħ fil-kittieb tat-Testment il-Ġdid, speċjalment b’San Pawl, li qisuh f’relazzjoni ma’ Kristu, u għalhekk mitfi minnu. Dan wassal biex il-figura ta’ Adam—partikularment Adam qabel id-dehra ta’ Eva—ġiet kważi kważi injorata jew imwarrba. Fit-tradizzjoni Nisranija u Musulmana, Adam rari hu meqjus fih innifsu; f’relazzjoni ma’ xejn għajr miegħu nnifsu. Iżda mhux hekk fil-letterarja Bibblika Lhudija. Hawnhekk Adam jitqies bħala xbieha kollettiva u u

Antropoloġija ifqar

Image
[ Jissokta minn artiklu ieħor, jekk trid ] Fi żmienna, ekkleżjoloġija maħsuba b’fasla mentali legalista (Tridentina) hi anakronista daqs antropoloġija maħsuba b’fasla oġġettivista, jiġifieri bħala oġġett, aktar milli suġġett. Ekkleżjoloġija bħal din dak li tagħmel: tqis lill-bniedem bħala oġġett ta’ liġijiet stabbiliti u duttrini immutabbli, u ma tevalwax biżżejjed is-siwi ta’ kull bniedem fih innifsu. Dan jintwera f’diversi deċiżjonijiet ta’ natura proċedurali, etika u morali li jittieħdu minn min iħaddanha. Antropoloġija suġġettivistika Antropoloġija suġġettivistika (jew personalistika, jekk trid) hija dik żviluppata filosofikament u teoloġikament wara r-riflessjonijiet ta’ Immanuel Kant (fis-seklu 18). Flimkien ma’ dak spiritwali, (ontoloġikament) hija tagħti siwi qawwi lill-qasam materjali tal-bniedem. Twieżnu mhux sempliċiment bħala duwalità (ta’ ġisem u ruħ), imma fit-totalità tiegħu (b’mod sħiħ jew ħolistiku). Hija antropoloġija li (mil-lat soċjoloġiku) ma tqisx lill-

Ekkleżjoloġija fqira

Image
Spiss għedt (u nerġa’ ngħid għal min irid jisma’) li l-għeruq tal-irrelevanza li l-Knisja Kattolika f’Malta u Għawdex qiegħda ġġarrab dejjem aktar jinsabu fil-faqar tal-viżjoni ekkleżjoloġika u antropoloġika tagħha. Għalkemm dawn huma oqsma duttrinali, jinfluwixxu ħafna fuq l-operat ekkleżjastiku. Fi ftit kliem, l-antropoloġija tiġbor fi ħdanha t-teoriji dwar x’inhu l-bniedem: x’jagħmlu kuntent; x’inhu li jroddlu sens f’ħajtu; x’pożizzjoni għandu fid-dinja u fil-fasla ekonomika u politika, u ħwejjeġ bħal dawn. L-ekkleżjoloġija tiġbor it-teoriji dwar x’inhi l-Knisja: minn xiex hi magħmula; għalfejn teżisti; lejn xiex trid twassal il-ħidma tagħha, u ħwejjeġ bħal dawn. Għalkemm iż-żewġ oqsma huma distinti minn xulxin, huma mhux biss relatati mill-qrib, imma ħafna mit-tieni qasam jiddependi fuq dak li jinħaseb fl-ewwel wieħed. Hawnhekk, illum, se nitħaddet biss dwar it-tieni qasam f’rabta mal-Knisja lokali. Darba oħra, nitħaddet dwar il-qasam l-ieħor. Ekkleżjoloġija Tridentina Ni

Il-wegħda tad-djalogu

Image
Spiss nisimgħu bil-kelma ‘djalogu’. Anzi, ilna s-snin nisimgħuha. U mhux mill-politiċi biss. Imma minn kull qaddej pubbliku li jrid jagħmel impressjoni fuqna. Għax il-kelma ddoqq sabiħ. U l-ħoss tagħha jwiegħed li jagħtina sehem mid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Iżda l-kelma spiss tiġi abbużata. Jissejjaħ ‘djalogu’ dak li mhuwiex. Biha jingħataw impressjonjiet u tamiet li fir-realtà ma jkunu jeżistu xejn. Tfittxija komuni Il-kelma ‘djalogu’ ma tfissirx sempliċiment li tnejn jew aktar qegħdin jitħaddtu bejniethom. Tassew, l-etimoloġija Griega tal-kelma tista’ tissuġġerixxi dan. Infatti, it-terminu hu magħmul minn żewġ kelmiet: ‘dia’ , li tfisser ‘tgħaddi’ jew ‘tnewwel’; u ‘legein’ , li tfisser ‘diskors’ jew ‘kliem’. Jiġifieri: ‘Tgħaddi diskors lil ħaddieħor’. Imma t-tifsira moderna tal-kelma tissuġġerixxi aktar minn hekk; aktar minn sempliċi konversazzjoni. Illum il-kelma ‘djalogu’ aktar tintuża b’mod tekniku biex tindika proċess jew stil ta’ taħdit bejn in-nies. Ma turix biss il

L-intellettwali hu ribell

Image
Wieħed ma jistax ikun intellettwali mingħajr ma jkun ribell. Jekk mhuwiex ribell, mhuwiex intellettwali. Għax l-intellettwali joħlom dinja li ma teżistix. Għalhekk hu f’qawmien kontra d-dinja li teżisti. Din hi l-vokazzjoni tiegħu: li jheżżeż is-sisien tad-dinja eżistenti; il-missjoni tiegħu: li juri d-dinja dak li mhijiex u li għandha tkun. L-intellettwali u l-akkademiku L-intellettwali mhuwiex sempliċiment akkademiku. L-akkademiku jistudja, jaqra, jirriċerka, jesplora, jelabora, jgħallem, jistruwixxi. L-akkademiku jfannad fi ħdan il-limiti tas-suġġett akkademiku tiegħu; jistħarreġ, jekk irid, l-implikazzjonijiet l-aktar mistura tal-lingwaġġ li hu espert fih. Iżda ma jirribellax kontrih. Ma jippruvax jheżżeż is-sisien li jżommulu l-bini tiegħu wieqaf. L-akkademiku jħuf f’kull rokna, jgħarrex kull kamra ta’ daru, isir jaf il-fasla bħal wiċċ idejh. Iżda ma jheddidx il-binja. Il-binja jħobbha u jħarisha mill-aħjar li jista’, jieħu ħsiebha u jindokkraha. l-intellettwali mhuwiex