Posts

Showing posts from March, 2013

Il-Konvenzjoni taż-żwiġijiet f’Malta

Image
Ftit jiem ilu, fit-22 ta’ Marzu, waqt żjara ta’ kortesija lill-Isqfijiet ta’ Malta, il-Prim Ministru l-ġdid, Joseph Muscat, ħabbar l-intenzjoni tal-gvern Malti li jitlob lill-Vatikan issir reviżjoni tal-Konvenzjoni li kienet ġiet iffirmata bejn is-Santa Sede u r-Republika ta’ Malta għoxrin sena ilu, fit-3 ta’ Frar tal-1993, dwar iż-żwiġijiet fil-gżejjer Maltin. L-istorja sħiħa ta’ din il-Konvenzjoni jidhirli li għad trid tingħad. Dawn il-kelmtejn jistgħu jitqiesu ftit noti għaliha. Il-Konvenzjoni Il-Konvenzjoni kienet ġiet iffirmata l-Belt f’żewġ kopji (Ingliż u Taljan) bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Gwido de Marco, u n-Nunzju Appostoliku tal-Papa Ġwanni Pawlu II, l-Arċisqof Pier Luigi Celata. Fiha ħdax-il Artiklu u żewġ Protokolli. It-titlu sħiħ tagħha hu: “Konvenzjoni bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta dwar ir-Rikonoxximent tal-Effetti Ċivili għaż-Żwiġijiet Kononiċi u għad-Deċiżjonijiet tal-Awtoritajiet u t-Tribunali Ekkleżjastiċi dwar l-istess Żwiġijiet”. F

EASTER: Freedom from bondage

Image
Most activities, religious or otherwise, which are organised in Malta and Gozo around Easter and in relation to it have become largely folkloristic. This should not be surprising since practically all routine religious activities the year round have become so. They are either observed as part of a fixed calendar which is taken to wield some sort of habitual obligation, or hanged on to in a spiritualistic, nostalgic or sentimental manner. In both cases, they are depleted of their authentic religious significance (which, basically, is a personal relationship with God), and mainly retained for their conventional or mythical value. Of course, traditionalisms, customs and lores definitely have their distinct social, political and psychological worth. This is to be appreciated and prized. Nevertheless, from a strictly ecclesial point of view, they are insufficient and positively inadequate. If truth be told, buoyed by his personal qualities and genuine spirituality, Archbishop Cremona

Jum Nazzjonali wieħed

Image
F’diskors li għamel il-President ta’ Malta, Dr George Abela, fit-13 ta’ Diċembru li għadda, reġa’ semma’, kif għamel bosta drabi oħra, il-‘kwestjoni’ tal-Jiem Nazzjonali ta’ Malta. Fil-fatt, din hi kwestjoni li ilha għaddejja diversi snin u qatt ma ġiet risolta b’mod sodisfaċenti. Il-President qal li jidhirlu li aħna, bħala poplu, issa sirna “maturi biżżejjed” biex din il-kwestjoni nsolvuha. Wieħed u wieħed biss Jekk il-poplu Malti hux tabilħaqq sar ‘matur biżżejjed’ biex isolvi xi ħaġa ma nafx. Naf li l-President stess wera kemm sirna ‘maturi’ meta ppropona li flok Jum Nazzjonali wieħed, bħalma għandhom il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kollha tad-dinja, ikollna tnejn : il-21 ta’ Settembru u t-13 ta’ Diċembru – waħda tan-Nazzjonalisti u l-oħra tal-Laburisti. Dik il-maturità kollha! Minkejja dan, jidhirli li l-President kellu raġun għallanqas meta qal li jeħtieġ li din il-kwestjoni saflaħħar tinġieb fi tmiemha. Bħalissa għandna ħames Jiem Nazzjonali: il-31 ta’ Marzu, is-7 ta’ Ġunju,

The inheritance of Pope Francis

Image
“In these eight years, we lived in faith some most beautiful luminous moments of the Church’s journey, together with moments in which some clouds gathered overhead.” With these words, pronounced on February 28, 2013, a few hours before his abdication as Pope officially came into effect at 8.00 that same evening, Pope-Emeritus Benedict XVI summed up his short pontificate. Unlike his election on April 19, 2005, his abrupt abdication, announced just two weeks before, came as a complete surprise to Christendom as to the world at large. It ended a pontificate which, by and large, seems to have left most Catholics lukewarm. Superstar popes During the last eighty years, since Marconi personally created Vatican Radio in 1931 at the bidding of Pope Pius XI, the popes acquired the status of superstars. The last six popes had to attune themselves to this new standing, irrespective whether they were personally so disposed. Though all seemed to have made an effort, only few of them actually

Joseph u Franġisku

Image
Din il-ġimgħa, żewġ ħatriet eċitanti jwiegħdu li jagħmlu ħajjitna ftit aktar interessanti mis-soltu: Joseph Muscat inħatar Prim Ministru ta’ Malta wara elezzjoni storika, u l-Arġentin Jorge Bergoglio ġie elett bħala Papa Franġisku I. Qrib in-nies Il-gvern ġdid ta’ Joseph Muscat qiegħed iwiegħed tama ġdida lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Wara l-aqwa kampanja elettorali li qatt kellu għallanqas f’dawn l-aħħar erbgħin sena, il-Partit Laburista rritorna biex imexxi l-gvern Malti għall-ħames snin li ġejjin. Ir-rebħa storika tiegħu kienet aktarx dovuta kemm għall-bżulija li wera l-Partit Laburista f’dawn l-aħħar ħames snin u kemm għall-għadab li l-poplu rabba għat-tmexxija tal-gvern preċedenti. Il-maġġoranza mingħajr preċedenti li biha l-partit rebaħ l-elezzjoni tfisser li l-problemi kollha li ħoloq Lawrence Gonzi u li kellu l-Partit Nazzjonalista issa tgħabba bihom Joseph Muscat. Mingħand Muscat, il-poplu qiegħed jistenna ħafna, forsi wisq. L-enerġija u l-impetu li biha kiseb il-g

Peter Serracino Inglott: Sena minn mewtu

Image
Filwaqt li l-ewwel nofs ta’ dan il-jum tant mistenni jgħaddi fis-skiet u t-tensjoni (minn kulħadd), it-tieni nofs jgħaddi bil-ferħ ta’ ġenn (ta’ xi wħud) u l-għali (ta’ oħrajn). Sadattant, forsi f’din is-sospensjoni qasira ssib ftit tal-ħin biex taqra dawn il-kelmtejn dwar kommemorazzjoni li se ssir il-ġimgħa d-dieħla. Hija kommemorazzjoni f’ġieħ Peter Serracino Inglott f’għeluq l-ewwel sena mill-mewt tiegħu. Figura kontroversali Peter Serracino Inglott miet fis-16 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet wara ftit xhur imġarrab mill-marda qerrieda msejħa Creutzfeldt-Jakob. Huwa kien mill-belt Valletta, u kellu 75 sena. Għal sitt snin, Serracino Inglott kien Rettur tal-Università ta’ Malta (1987–88, 1991–96) u, għal sittax-il sena, Kap tad-Dipartiment tal-Filosofija (1971–78, 1987–96). Serracino Inglott studja l-filosofija f’Malta (1951–55), Oxford (1955–58), Moska (1957), Pariġi (1958–60) u Milan (1960–63). Ġie ordnat saċerdot f’Milan mill-Kardinal Montini—il-futur Papa Pawlu VI—fl-1962

Saflaħħar ...

Image
Saflaħħar waslet l-aħħar ġimgħa ta’ din il-kampanja elettorali li damet wisq u wisq u wisq. It-tul tagħha qata’ nifs kemm lill-protagonisti tagħha u kemm lill-ispettaturi. Kienet qisha ħolma kerha li ma trid tispiċċa qatt, jew telenovella li l-produtturi ġebbdu u tawwlu kemm felħu mingħajr kas li tilfu l-fil tal-istorja. Għall-grazzja t’Alla, fi żmien ġimgħa biss din il-kedda tkun intemmet u diġà bdiet tintesa. Eżawriment L-eżawriment hu evidenti. Wara erba’ ġimgħat ta’ kampanja, beda millewwel jidher ċar li l-argumenti ewlenin tal-protagonisti kienu bdew jinxfu u jitnawru. L-ewwel xahar kien interessanti, maħdum sew u meqjus (speċjalment min minn kien aktar ippreparat minn ħaddieħor). Kien hemm binja fl-argumenti li żammet l-attenzjoni u ħolqot aspettattiva. Iżda wara dak l-ewwel xahar, min ma kellux wisq xi jgħid sa mill-bidu beda dieħel aktar fl-element tiegħu u jrabbi l-kunfidenza. Dan minħabba li l-kampanja bdiet dejjem aktar tieħu x-xejra ta’ kampanji preċedenti ta’ tmaqd