Posts

Showing posts with the label tigdid

Il-bakketta tat-tiġdid

Image
Kemm hija abbużata dil-kelma “tiġdid”. Spiss tisma’ lil min jużaha bħallikieku kienet xi bakketta maġika li, bi ftit kliem taparsi msaħħar, twettaq dak li twiegħed. Kemm nies tal-Knisja kif ukoll nies tal-Istat tismagħhom iżeffnu dil-kelma “tiġdid” biex jimpressjonaw bil-ħidma tagħhom. Dil-kelma ma jixirqilhiex hekk. Duwa maġika It-terminu “tiġdid” tiġi mill-kelma “ġdid”. Tindika r-ritorn għal dak li hu l-bidu, il-frisk, is-sabiħ, iż-żagħżugħ ta’ xi ħaġa. “Iġġedded” ifisser terġa’ tagħmel ġdid; terġa’ tagħti l-ħajja; terġa’ trodd iż-żogħżija, lil xi ħaġa. Min iwiegħed it-tiġdid iwebbel li jista’ jibdel il-qadim, l-iskadut, l-imkisser, il-mitluf, f’xi ħaġa friska, aġġornata, sħiħa u misjuba mill-ġdid. Din hi l-ħolma ta’ dejjem tal-umanità, speċjalment ta’ dawk in-nies ossessjonati biż-żmien, ix-xjuħija, il-mard u l-mewt. Iridu jsiru iżgħar flok ixjeħ. Iridu jerġgħu jibdew mill-bidu flok jispiċċaw. Iridu ma jmutu qatt. It-tiġdid li dawn in-nies dejjem joħolmu bih iriduh ikun bħal d...

Taqlib politiku u tigdid

Image
L-oligarkiji li jahkmu l-partit konservattiv f’pajjizna bdew bil-generazzjoni li qelbitha lil Borg Olivier. Dawn hakmu l-politika Maltija ta’ dawn l-ahhar tletin sena u, b’eccezzjoni wahda (dik ta’ Censu Tabone), aktarx m’humiex se jmajnaw wisq bit-taqlib li nqala’ dan l-ahhar, anki jekk it-taqlib, fl-ahhar mill-ahhar, inqala’ b’reazzjoni ghall-hakma taghhom. Minn dan it-taqlib qed naraw ghall-anqas haga wahda: li l-ghamla ta’ politika li dawn l-oligarkiji wettqu f’dawn l-ahhar tletin sena, specjalment minn wara l-kwinti, qatt ma kien hawn bhalha qabel. L-intensità u s-sofistikazzjoni tas-semm u l-hruxija taghha la Mintoff ma qatt kellu minnhom u wisq anqas Borg Olivier, Karmenu Mifsud Bonnici jew Alfred Sant. Kienet politika minghajr precedenti. Il-qiegh Il-bicca l-kbira tal-midja konservattiva, partikularment dik stampata, tinsab tgorr li, b’dak li qieghed isehh, il-politika Maltija lahqet il-qiegh. Dan qieghda tghiduh, aktarx, ghax xirfu fil-berah tliet dissidenti minn hdan ...

Konsumaturi u Produtturi

Image
Donnu llum, it-tendenza politika kostanti li niltaqghu maghha hi li tigi kkonfermata u msahha n-natura konsumatrici ta’ kull wiehed u wahda minnha. Ironikament, taht il-kappa jew l-ghajta tal-umanizmu donna lkoll kemm ahna ninsabu skoragguti milli nassumu rwol produttiv, halli b’hekk tkun tista’ tibqa’ titmexxa ’il quddiem l-funzjonalità socjali tal-istituzzjonijiet. Dan donnu qieghed isir kemm fuq il-livell tal-politika b’p zghira u kemm fuq il-livell tal-politika b’P kbira. Ha nfisser x’irrid nghid b’dan. L-umanizmu Il-kelma “umanizmu” tigi mill-kelma Latina “humus”, li tfisser art jew trab, u li minnha tigi l-kelma “homo”, li tfisser bniedem (maghmul mit-trab tal-art; jigifieri mhux-alla). Ghaldaqstant, l-umanizmu jeghlem dak il-moviment kbir fil-Punent li kiber mis-seklu 15 ’il quddiem u li jqieghed lill-bniedem fic-centru ta’ kull kunsiderazzjoni socjali, politika, religjuza, ekonomika u l-bqija. Hafna drabi, l-ghajta u l-promozzjoni tal-umanizmu jitqiesu bhala hwejjeg poz...