Posts

Showing posts from December, 2016

Il-Milied li jgiddeb

Image
Il-Milied hu l-ewwel u qabel kollox festa tal-insara. Iżda aktarx li huma l-insara l-ewwel li jgiddbuh. U hu jgiddeb lilhom. L-istituzzjoni ewlenija tal-insara f’Malta u Għawdex, dik li tirrappreżentahom u dik li lilha jirrappreżentaw, jiġifieri l-Knisja Kattolika, mhijiex bħall-Knisja Kattolika f’ħafna nħawi barra mill-gżejjer Maltin. Hawnhekk donnu għandna Knisja għalina. Kulħadd jarah dan. Iżda ftit li xejn jistqarruh. Il-Milied, jekk xejn, ifakkarna fil-fondoq kbir li hemm bejn il-waħda u l-oħra. Wieħed wara l-ieħor, dawk li jirrappreżentaw ir-ras tax-xirka afdata f’idejhom ma jagħmlu xejn li xejn biex ireġġgħu x-xirka lejn l-ideali l-kbar tagħha. U l-Milied ifakkarna f’dawk l-ideali. Bil-kontra, aktarx ibegħduha dejjem aktar u aktar. Il-Milied hu festa ta’ faqar. U x’għandna hawnhekk? Xirka sinjura. Il-Milied hu festa ta’ umiltà. U x’għandna hawnhekk? Xirka kburija. Il-Milied hu festa ta’ ħniena. U x’għandna hawnhekk? Xirka li taħfirx. Il-Milied hu festa ta’ qima. U x’g

Ħelsien u Jeddijiet

Image
Il-bniedem li jitteħdulu l-jeddijiet tiegħu, jitteħidlu wkoll il-ħelsien. Bniedem bla jeddijiet hu bniedem bla ħelsien. Jista’ pajjiżu jkun ħieles; hu ma jkunx. Il-bniedem mingħajr ħelsien hu wieħed misruq, imċekken u umiljat. Illum, meta s-suq ħieles jiġi paxxut saħansitra minn gvernijiet tax-xellug, inkluż soċjalisti, il-bniedem jitteħidlu l-ħelsien għax il-jeddijiet tiegħu mnaqqrin. Suq ħieles akbar ifisser biss ħelsien anqas għal kulħadd. Suq ħalliel Il-ħelsien hu l-jedd li tagħżel. Meta bniedem hu ħieles, jagħżel x’irid ikun, kif jgħaddi ħajtu, x’għamla jagħtiha, x’xogħol jagħmel, kif iqatta’ ħinu, kif għandu jkun il-ferħ tiegħu, u l-bqija. Bniedem bħal dan ma jiġix imġiegħel jagħmel għażliet li ma jridx jew jagħżel affarijiet li ma jħobbx. Bniedem ħieles hu wieħed awtonomu fl-għażliet tiegħu. Is-suq ħieles, imrewwaħ mill-filosofija neoliberali, ma jħalli lil ħadd awtonomu. Irid jiddetta—u fil-fatt hekk jagħmel—lil kulħadd kif jgħix ħajtu, kif iqatta’ ħinu, x’għandu jkun i

Il-valuri ta’ bniedem

Image
Illum bniedem ma jiġix irrispettat għal xi stat ta’ ħajja li jista’ jkollu jew għal xi uffiċċju, għoli kemm hu għoli, li jżomm. Lanqas ma jiġi rrispettat għal xi valuri li jħaddan. Wisq anqas jiġi rrispettat għal xi kliem li jgħid. Jiġi rrispettat biss għall-valuri li jgħix. Għalkemm mhux dejjem kien hekk, jidhirli li din hi ħaġa bil-wisq xierqa. Rispett mistħoqq Kulħadd jaf iparla. Kulħadd jista’ jilħaq f’xi uffiċċju jew ieħor ta’ importanza. Kulħadd jista’ jkollu xi konvinzjoni ta’ ġieħ. Iżda l-paroli ma jagħmilx nies. Lanqas l-uffiċċji għolja. Lanqas il-fehmiet, sbieħ kemm huma sbieħ. L-aktar elokwenti huma l-għemejjel. Dawn biss juru l-bniedem x’inhu. Mill-fatti tiġġudika bniedem. Qabel, qisu sas-snin sebgħin, bejn wieħed u l-ieħor, fil-gżejjer Maltin kellna l-użanza li l-istat ta’ ħajja ta’ bniedem, l-uffiċċju li seta’ kellu jew il-pożizzjoni li jżomm fis-soċjetà, kienu jiġbdu r-rispett ta’ ħaddieħor. Dawn kienu biżżejjed. Iżda m’għadhomx. Illum dawn l-affarijiet jitqiesu

L-intelletwali tax-xellug

Image
Ix-xellug ma jagħmilx differenza bejn intellettwali u attivisti. Kull attivist hu intellettwali u kull intellettwali attivist. Fil-prattika llum issib ferq xi ftit jew wisq pronunzjat bejn it-tnejn. Issib dawk li jsejħu lilhom infushom intellettwali xellugin mingħajr ma għandhom kuntatt biżżejjed mal-bażi. Min-naħa l-oħra, issib attivisti xellugin li, għalkemm għandhom dan il-kuntatt, il-kunċetti intellettwali li bihom jaqraw u jinterpretaw ir-realtà huma nieqsa minn kategoriji tal-ħsieb xellugi u, bosta drabi, saħansitra difettużi. Involviment sħiħ In-nies li x-xellugin isejħu ‘intellettwali’ mhux bilfors ikunu biss minn dawk li għandhom gradi akkademiċi, jagħmlu r-riċerka, jiktbu l-kotba jew jitkellmu minn fuq il-podji. L-intellettwali xellugin huma dawk kollha li, bl-iskola jew mingħajrha, għandhom is-sengħa jinterpretaw ir-realtà storika ta’ madwarhom mil-lat tal-magħkus, il-mirfus, l-imwarrab, il-misruq u ż-żarmat; mil-lat ta’ dawk li ma jistgħux u ma jitħallewx ikunu sidien