Posts

Showing posts from July, 2018

Kjarifika

Image
Jekk, fl-artikli li jien xandart lokalment f’April li għadda f’din il-gazzetta u f’oħra bl-Ingliż fuq l-istrateġija tal-Knisja Kattolika fil-Gżejjer Maltin fir-rigward tal-emendi proposti mill-gvern għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, kien hemm xi ħadd li fehem li jien ħadtha kontra l-istituzzjoni tal-Knisja Kattolika, l-awtoritajiet leġittimi tagħha u/jew xi duttrina tagħha, ħalli jkun mgħarraf hawnhekk, l-ewwel, li jien ma kelli assolutament ebda intenzjoni li nagħmel dan; it-tieni, li, jekk hekk inftehemt min-naħa tiegħi, nitlob skuża; u t-tielet, li, jekk b’dan in-nuqqas ta’ ftehim weġġajt lil xi ħadd, nitolbu jaħfirli. Din il-kjarifika qed nagħmilha bi ftehim mas-Superjur lokali tiegħi, P. Frans Micallef, wara l-laqgħa li kelli miegħu fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat, l-Erbgħa, 25 ta’ Lulju tal-2018, fil-preżenza tax-xhud P. Prof. Joseph Agius. F’din il-laqgħa, l-apoloġija tqiegħdet bħala kundizzjoni, li jien aċċettajt, għat-tneħħija tal-impożizzjoni tas-silenzju, m