Meta jittrattawk ta’ vavu
Hemm kelma għal meta jittrattawk ta’ vavu. PATERNALIŻMU. Hija kelma li tiġi mil-Latin ‘pater’, li tfisser ‘missier’. Għax meta jittrattawk ta’ vavu, iġibu ruħhom miegħek qishom kienu xi papà, imma fl-agħar sens tal-kelma papà jew missier. L-attitudni tkun li jittrattawk bħallikieku kont għadek xi tifel jew tifla li trid lil min jieħu ħsiebek u jħares fuqek. Appuntament għalik Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Marzu, fiċ-Ċentru tal-Fortifikazzjonjiet, Triq San Mark, il-Belt (il-Mandraġġ), mis-7.30 ta’ filgħaxija ’l quddiem, se joħroġ ktieb proprju fuq hekk. Fuq il-paternaliżmu. Il-ktieb jismu MIN JGĦIDU N-NIES LI JIEN? – Il-FAQAR TAL-PATERNALIŻMU. Huwa miktub minn Mark Montebello u ppubblikat mill-SKS. Għal din l-attività l-pubbliku kollu hu mistieden u d-dħul huwa mingħajr ħlas. Din hija okkażjoni għalik ukoll, jekk jinteressak is-suġġett. Fl-attività tista’ tieħu sehem fid-diskussjoni (li żgur tkun interessanti, jekk mhux ukoll ftit taħraq), u wkoll tikseb il-ktieb bl-irħis, għax dak in-n...