Tmiem ta’ vjaġġ, bidu ta’ ieħor


Meta taqra dan il-kliem, jien inkun diġà aktar minn għaxart elef kilometru l-bogħod mill-Gżejjer Maltin. Inkun fil-Perù, l-Amerika Latina, fejn mort biex inqatta’ ftit taż-żmien. Għalhekk, din hi għalissa l-aħħar darba li se tara xi kitba tiegħi fil-ġurnali, għall-anqas minn dawk li ktibt qabel it-tluq. Mill-Perù nittama li nitgħallem dak li għadni ma nafx.

Esperjenza sabiħa

Ili mat-tmienja u għoxrin sena nikteb kull nhar ta’ Ħadd f’dil-gazzetta mingħajr qtugħ. Kont fil-bidu taż-żmien li qattajt il-Kottonera meta l-editur ta’ dak iż-żmien, Alfred Briffa, stedinni biex nibda nikteb kull ġimgħa. Jien aċċettajt mingħajr qatt ma bsart li din l-esperjenza, għat-tajjeb jew għall-ħażin, kienet se ddum daqshekk. Kienet esperjenza sabiħa ħafna għalija li biha kont f’komunikazzjoni kontinwa ma’ nies li jħobbu lil pajjiżhom u jixtiqulu l-ġid.

Wara das-snin kollha, din l-esperjenza issa waslet fi tmiemha llum. Il-Perù, fejn qiegħed, mhuwiex probabbli li jkolli l-ħin, il-mezzi u l-aptit li nikteb kull ġimgħa. Għalhekk, kontra qalbi jkolli nħalli dan l-impenn u ntemmu. Jekk qattx jerġa’ jkun hemm l-opportunità u l-okkażjoni li naqbdu mill-ġdid ma nafx. Għalissa jkollu jieqaf.

Din l-esperjenza tal-kitba ta’ kull ġimgħa f’gazzetta kienet tikkumplimenta l-ħafna kitbiet oħrajn li jien kont nagħmel matul is-snin. Il-kitba ta’ kull xorta ta’ proża kellha sehem qawwi mill-ħajja tiegħi, u dejjem ħadha b’serjetà kbira. L-aktar għax dejjem għaraft ir-responsabbiltà li ġġib magħha, kif ukoll il-ħila li għandha li tilħaq nies li qatt ma stajt insir nafhom personalment.

Minn rajja

Il-Perù fejn qiegħed ma nistax ngħid bl-eżatt x’inkun qed nagħmel għax għalija din l-esperjenza ġdida hija xi ftit jew wisq qabża fid-dlam. Mill-Perù nixtieq qabel xejn nitgħallem. Nixtieq nitgħallem kif nista’ ngħix aħjar is-sejħa reliġjuża tiegħi. Dan nemmen li nista’ nitgħallmu mill-aqwa għalliema li qatt jista’ jkolli: il-fqar. Jien lest li nwaqqaf widnejja u niftaħ qalbi għal-leħen tat-tagħlim tagħhom.

Waqt li nkun il-Perù, ċertament li se nqatta’ xi farka żmien mal-Isqof Giovann Cefai tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li hu miż-Żebbuġ, Għawdex. Dan jinsab siegħa u nofs bogħod minn Lima, il-belt kapitali tal-Perù. M’għandiex xi ngħidu, waqt li nkun Lima għandi nżur l-oqbra tal-qaddisin Dumnikani San Martin De Porres, Santa Roża ta’ Lima u San Ġwann Macias, li lkoll jinsabu fl-istess knisja.

Imma l-vjaġġ tiegħi, li qed nagħmel minn rajja bl-approvazzjoni tas-superjuri tiegħi f’Malta, mhuwiex wieħed devozzjonali u wisq anqas turistiku (ukoll jekk nixtieq inżur il-vdalijiet famużi ta’ Machu Picchu). Lanqas ma huwa wieħed eżattament missjunarju, għalkemm ma neskludix xi ħidma ta’ dat-tip. Il-vjaġġ hu wieħed ta’ esplorazzjoni personali ta’ natura spiritwali.

Detossikazzjoni

Iż-żmien li jien se ndum il-Perù hu wieħed indefinit. In-natura tiegħu ma jippermettix limiti ta’ żmien, għall-anqas mhux għalissa. Ix-xewqa tiegħi hi li jkolli żmien biżżejjed biex niġġedded kemm jista’ jkun. Iċ-ċokon ta’ Malta, minkejja l-vantaġġi li fih, hu soffokanti wisq għal dan, u maż-żmien jista’ wkoll joħonqok. Id-detossikazzjoni mentali hija meħtieġa.

Għalija dan hu t-tmiem ta’ vjaġġ u l-bidu t’ieħor. Mhuwiex it-tmiem ta’ kollox, bħalma lanqas ma huwa l-bidu ta’ kollox. Hija triq waħda li tinbidel mal-inżul, it-tlugħ u l-liwjiet tagħha. F’ħafna meded tagħha nibdlu lilna nfusna u nġeddu l-ħolqien tagħna. Din il-ħaġa li nixtieq mill-Perù ilha ħafna f’qalbi, u issa wasalt f’età li ma nħallihiex tittardja aktar.

Mill-bqija, jiena grat ħafna għal min xi ftit jew wisq segwa l-kitbiet tiegħi, fil-gazzetta u f’paġni oħrajn, u mexa miegħi (bħalma jien miegħu) tul is-snin. Jalla xi darba nerġgħu niltaqgħu aħjar milli aħna.

Saħħiet.




Comments

  1. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment