Annimali domestikati u nies oħra (5)


Is-soċjetà hija mibnija madwar il-kunċett tad-domestikazzjoni tan-nies. Għal dan inħolqu għadd bla qies t’istituzzjoniijiet, ibda mill-familja, kompli bil-gvern u spiċċa bil-Ġnus Magħquda. Ilkoll maħluqin biex, bħal katina ħoloq, jiddomestikaw lil kull bniedem ħalli joqgħod bi kwietu, jikkoopera u jħalli s-soċjetà tirrenja.

Użanza twila

L-istituzzjonijiet ħolqu ċirku vizzjuż li l-individwi biss jistgħu jkissru. Huma ħolqu sitwazzjoni fejn, biex tkun parti minnhom, triq tħallihom jeqirduk. Dan hu ċ-ċirku vizzjuż li ħolqu: bl-iskuża li l-istituzzjonijiet jeżistu biex inti tgħix u tikber, biex jagħmlu dan, jeqirduk. Aktar ma tiċkien int, aktar jikbru huma. Aktar ma jikbru huma, aktar tiċkien int.

L-ewwel istituzzjoni li nsiru parti minnha u li tibda d-domestikazzjoni tagħna hija l-familja. Din dejjem jingħad li hi “naturali”. Ma hemm xejn naturali fil-familja. Kollox fiha hu maħluq. Imma l-użanza twila tagħha tatha s-sura ta’ xi ħaġa naturali, jiġifieri li kienet minn dejjem, u li ħolqitha n-natura stess. Dan mhuwiex minnu. Il-familja hija ħlieqa umana li taqdi l-konvenjenza tal-adulti u tas-soċjetà in ġenerali.

Fil-familja nitgħallmu nikkonformaw. Nitgħallmu nibżgħu mill-kastig biex nobdu l-liġijiet. Nitgħallmu noqogħdu għal ħaddieħor fil-biża’ tagħhom biex ma nitwarrbux. Il-biża’ tagħna mis-solitudni għamlet minna kandidati perfetti għad-domestikazzjoni; annimali ġwejdin għall-manipulazzjoni.

Sottomissjoni

Il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet l-oħra li jeżistu fis-soċjetà huma estenzjoni tal-familja. Ħafna minnhom sa jieħdu għamla paternalistika li saħansitra jissimulaw l-istruttura familjari. L-iskop tal-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet soċjali mhuwiex biex jaqduna imma biex jirreplikaw dak li tkun diġà għamlet il-familja tagħna fuq livell iżgħar, jiġifieri jassiguraw id-domestikazzjoni tagħna.

Fis-soċjetà d-domestikazzjoni li nitgħallmu mill-istituzzjonijiet permezz tal-liġijiet u l-kastigi hija li nkunu konformi mar-regoli li s-soċjetà ħolqot għall-eżistenza tagħha nnifisha. Aħna nitgħallmu nikkonformaw f’dak kollu li aħna u li għandna. Ukoll meta taparsi naġixxu bil-libertà, ħafna drabi ma nkunu qed nagħmlu xejn għajr nitħarrku fl-ispazju li l-istituzzjonijiet ħażżew għalina, u li t-truf tiegħu ma nistgħux naqbżu.

Il-biċċa l-kbira tagħna għamlu arti minn din is-sottomissjoni. Huma kkonvinċew lilhom infushom li huma kuntenti f’dan l-ispazju ristrett li s-soċjetà ppermettitilhom. U jista’ jkun li tassew hekk ikun, bħalma l-annimali domestiċi kollha jkunu kuntenti. Dan ma jfissirx li mhumiex pupazzi ta’ sidjienhom. Huma lkoll annimali domestikati li tgħallmu jobdu.

Il-ħelsien tagħna

Id-domestikazzjoni tagħna hija koperta kollha kemm hi mill-istituzzjonijiet. M’hemm ebda spazju f’ħajjitna li l-istituzzjonijiet ma koprewx. Huma ma jħallu ebda spazju għal dissens, ribelljoni jew protesta jekk mhux meta, kif u daqskemm iridu huma. Huma jiktbu r-rexta tagħna, u ħafna minna nirrextaw skont il-kitba tagħhom.

Fuq kollox, huwa moħħna li huwa ddomestikaw. Huwa moħħna li ġie maħtuf mill-istituzzjonijiet. Huwa moħħna li rridu nilliberaw jekk irridu nkissru l-vizzju tad-domestikazzjoni u l-ħakma tal-istituzzjonijiet. Huwa f’moħħna l-ħelsien tagħna. Huwa f’moħħna l-bieb li jħarribna ’l barra mill-manipulazzjoni tal-ubbidjenza sforzata.

Għax għalkemm id-domestikazzjoni tagħna hija ta’ bil-fors, mhuwiex ta’ fil-fors li nibqgħu mgħobbijin biha. Ebda annimal, li kienu jrid, m’għandu għalfejn jibqa’ l-pupazz tad-domestikazzjoni. Din ma teqridx il-ħila tagħna li nkunu ħielsa. Lanqas ma teqred is-setgħa tagħna li ninħelsu.

M’hemmx domestikazzjoni biżżejjed qawwiija biex iżżommna pupazzi għal dejjem. Nistgħu ninħelsu, u għandna ninħelsu. Dan hu saħansitra dmirna, l-akbar kontribut li kull wieħed u waħda minna jistgħu jagħmlu lilhom infushom, lis-soċjetà u lill-umanità.

Inkomplu u nagħlqu darba oħra.




Comments

  1. Nixtieq nirrakkomanda wieħed mill-aktar spiritwalisti rispettati ta’ żmienna. Huwa raġel li għen lil ħafna nies fil-belt waqt sitwazzjonijiet diffiċli.

    Xi nies saħansitra jsejħulu “mini god” minħabba l-abbiltajiet spiritwali qawwija tiegħu u l-mod kif jgħin lil dawk li jiġu għandu għall-gwida.

    Tista’ tibgħatlu messaġġ fuq WhatsApp: +2349046229159
    Email wightmagicmaster@gmail.com

    Jekk jogħġbok tkellem miegħu b’edukazzjoni u spjega s-sitwazzjoni tiegħek b’mod ċar, u hu jagħmel l-almu tiegħu biex jgħinek.

    Huwa joffri gwida u appoġġ spiritwali għal sitwazzjonijiet differenti, inklużi:

    • Kwistjonijiet ta’ mħabba u relazzjonijiet, inkluż għajnuna biex terġa’ tikkonnettja ma’ eks.

    • Ir-restawr ta’ żwiġijiet u relazzjonijiet imħarbta.

    • Talb u ritwali spiritwali għall-protezzjoni u l-avvanz.

    • Rimedji erbali għall-fejqan tal-HIV, il-kanċer, l-herpes.

    • Talb għall-fertilità u appoġġ spiritwali għal koppji li jixtiequ jikkonċepixxu fi ftit ġimgħat.

    • Abbiltà ta’ telekineżi. Abbiltà li jibdlu l-forma.

    • Ritwali u talb għal ġid immedjat.

    • Għajnuna spiritwali f'sitwazzjonijiet diffiċli bħal każijiet fil-qorti, irkupru ta' proprjetà mitlufa, u sfidi oħra tal-ħajja.

    Ħafna nies irċevew għajnuna u gwida permezz tax-xogħol spiritwali tiegħu.

    ReplyDelete

Post a Comment