Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (7)

IS-SEBA' PARTI

Mill-Indipendenza ’il quddiem, l-istat civili beda jkejjel ir-responsabbiltajiet tieghu ma’ stati civili ohrajn barranin li, fir-rigward tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem, inkluz dawk religjuzi. F’dan ir-rigward, dawn l-istati aktarx dejjem kienu―u forsi ghadhom―ferm aktar avvanzati minna. L-istat civili kellu issa d-dmir li jirregola ruhu, mhux max-xewqat u l-pressjonijiet ta’ xi religjon partikulari, imma mal-ligi internazzjonali.

Relazzjoni Knisja-Stat

Dan kollu biddel ir-relazzjoni tal-istat civili Malti mal-Knisja Kattolika. Apparti li xejjen is-superjorità kulturali li l-Knisja Kattolika kellha qabel (u halla biss il-prezunzjoni taghha), holoq pressjonijiet fuqha biex tirtira dejjem aktar minn oqsma li ma kellhiex ghalfejn tibqa’ prezenti fihom, ghallanqas mhux bl-istess qawwa ta’ qabel. Bhalma wiehed jista’ jobsor, dan ma naqasx li johloq tensjonijiet bejn l-istat civili u l-Knisja Kattolika. Infatti, fis-snin ta’ wara hekk ghamel f’zewg oqsma essenzjali tal-hajja: l-edukazzjoni u l-familja.

Fil-qasam tal-edukazzjoni, l-iskejjel hekk insejha ‘tal-Knisja’ gew imgieghla joqorbu dejjem aktar lejn dawk statali. Illum wiehed jista’ jghid li prattikament dawn l-iskejjel isem biss ghandhom differenti mill-iskejjel tal-istat civili. Min-naha l-ohra, fil-qasam tal-familja rajna d-dhul taz-zwieg civili fil-gzejjer Maltin u l-bidu tat-thaddin ta’ forom ohra ta’ relazzjonijiet familjari―bhall-koabitazzjoni―differenti minn dawk ufficjalment approvati mill-Knisja Kattolika.

Drawwiet sesswali u ohrajn

Ma’ dawn nistghu nzidu l-bidla drastika fid-drawwiet sesswali tal-Maltin u l-Ghawdxin, fejn kibru u tferrxu b’mod konsistenti suriet ta’ attivitajiet sesswali li l-Knisja Kattolika ma tqisx bhala leciti.

Id-dghufija kulturali tar-religjon predominati tal-Maltin u l-Ghawdxin u r-relazzjoni gdida ta’ sottomissjoni li beda jkollha l-Knisja Kattolika ghall-istat civili wara l-Indipendenza, gew insahha bl-ambivalenza politika li l-awtoritajiet Kattolici haddnu fl-istess perjodu.

Wara politika ta’ oppozizzjoni harxa ghal dawk li dehru bhala l-forzi ta’ progress u zvilupp f’pajjizna, l-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika f’Malta u Ghawdex ghal hafna snin jidher li ghazlu li jhaddnu politika ta’ kawtela xi ftit jew wisq silenzjuza jew ghallanqas inkomprensibbli. Fi kliem iehor, minn estrem marru ghal iehor. Dan mhux biss holoq sens ta’ konfuzjoni fil-mohh ta’ hafna Kattolici, imma wkoll halla influwenzi sekulari jidhlu fil-mentalità tal-poplu Malti u Ghawdxi minghajr gwida serja jew intelligenti min-naha tal-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika.


Distakk detrimentali

Il-konfuzjoni kienet tmiss kull aspett tal-hajja socjali, mhux anqas dak politiku u ekonomiku. Filwaqt li mas-snin komplew zviluppaw spazji li htiegu gwida cara mill-awtoritajiet ekklezjastici, hafna Kattolici sabuhom fi stat li jridu jfendu ghal rashom u jiddeciedu kemm fuq hwejjeg politici kif ukoll fuq ohrajn morali u etici―bhad-dritt tal-mara li tohrog tahdem―minghajr ma kienu jafu ezatt fejn sejrin jew fejn iridu jaslu. Min-naha taghhom, aktarx sabiex jirkupraw xi ftit mid-dannu tal-politika ekklezjastika lokali li kien sar fis-snin ta’ qabel l-Indipendenza, l-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika f’Malta u Ghawdex dehru li qed izommu lilhom infushom distakkati minn dak li kien qieghed jigri madwarhom. Dan sehh waqt li kien qieghed jigi meqrud l-ambjent, waqt li kibret il-polarizzazzjoni politika, waqt li kienu qed isehhu konfrontazzjonijiet partigjani politici shan u sahansitra mdemma, waqt li kienu qed isiru diskriminazzjonijiet politici mill-aghar, waqt li kienet qieghda tikber il-korruzzjoni fl-amministrazzjoni governattiva, waqt li l-istrutturi ekonomici tal-pajjiz kienu qed jinbidlu ghad-detriment tac-cittadin iz-zghir u l-fqir, waqt li l-bicca l-kbira tal-mezzi tax-xandir kienu qed isiru dejjem aktar ghodod ta’ injuranza u manipulazzjoni tal-massa, u hwejjeg ohra bhal dawn.

Kien hemm diversi hassieba f’dan il-perjodu―inkluz sacerdoti Kattolici stess―li kkritikaw din il-linja ta’ azzjoni u repetittivament ghamlu sejhat sabiex tinbidel. Izda, fil-bicca l-kbira tal-kazi, dawn gew sempliciment injorati jew, f’xi kazi ohrajn, sahasitra kkastigati.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?