Il-kuncett filosofiku tal-evoluzzjoni biologika

U l-kompatibbiltà tieghu mat-twemmin monoteista



“Il-holqien qisu ktieb. Filwaqt li ahna ‘naqraw’ l-istorja tieghu, l-evoluzzjoni tieghu, il-‘kitba’ u t-tifsira tieghu skond il-perspettivi differenti tax-xjenzi, nagharfu li l-Kittieb tieghu hu dejjem prezenti bhala s-sies tieghu, li permezz tieghu xtaq juri lilu nnifsu lilna.”
― PAPA BENEDITTU XVI, 31 ta’ Ottubru tal-2008

GABRA: It-twemmin f’Alla wiehed, hallieq tas-sema u l-art, ma jeskludix it-teorija ta’ l-evoluzzjoni biologika. Naturalment, issib estremisti f’kull kamp li jghidu li wahda necessarjament teskludi lill-ohra, imma t-taghlim Kattoliku hu ta’ xejra konciljatorja: il-kuncett filosofiku u l-fenomenu ta’ l-evoluzzjoni biologika huma perfettament kompatibbli mat-twemmin monoteista taghna. Din il-kitba, taghmel tliet hwejjeg ewlenin: l-ewwel, tfittex li ticcara xi realtajiet dwar it-teorija ta’ l-evoluzzjoni biologika; it-tieni, tistharreg ftit sfidi li generalment isiru lil din it-teorija fuq livell filosofiku; u t-tielet, tfisser kif u ghala t-twemmin f’Alla Hallieq hu perfettament kompatibbli ma’ din it-teorija xjentifika. Fi tmiemha, il-kitba taghti ftit konkluzjonijet li jistghu jservu bhala gwida ta’ hsieb u azzjoni pastorali.

Ftit ilu kont qed nitkellem ma’ ghalliema fi skola tal-Knisja u gie d-diskors fuq l-evoluzzjoni. “Dik ahna ma naqblux maghha, hux?” qaltli pronta pronta. L-ghalliema hi Kattolika; u meta qaltli li ‘ahna’ ma naqblux mal-evoluzzjoni, kienet qed tirreferi ghall-Kattolici. Il-mistoqsija ma hasditnix, nghid id-dritt, ghax dak li stqarret din l-ghalliema hu twemmin komuni fost il-monoteisti b’mod generali u l-Kattolici b’mod partikulari. Il-kuncett baziku tal-mistoqsija tal-ghalliema hu li t-teorija xjentifika tal-evoluzzjoni biologika u t-twemmin f’Alla hallieq tal-univers, b’mod partikulari kif imfisser fil-Bibbja, huma kontradittorji, inkompatibbli u irrikonciljabbli.

Biex fil-qosor nghiduha millewwel: dan mhuwiex minnu; u f’dan l-artiklu se nuri fuq fuq ghala. Huwa importanti li persuni li ghandhom l-ufficcju li jghallmu lil haddiehor―specjalment sacerdoti u ghalliema―ikollhom xi ftit tal-familjarità ma’ din it-tema minhabba li n-nies (mhux anqas tfal u zghazagh) aktarx se jistaqsu dwar dan fix-xhur li gejjin. Mhux biss ghax din is-sena qed tigi kkommemorata l-mitt sena mit-twelid ta’ Charles Darwin, li twieled l-Ingilterra fit-12 ta’ Frar tal-1809, li fl-impressjoni popolari hu l-persuna l-aktar marbuta mat-teorija tal-evoluzzjoni biologika; imma anki ghax din is-sena wkoll qed tigi ccelebrata l-mija u hamsin sena mill-pubblikazzjoni tal-ktieb monumentali tieghu Fuq l-Origini tal-Ispeci permezz tal-Ghazla Naturali li hareg Londra fl-24 ta’ Novembru tal-1859.

1. It-teorija xjentifika tal-evoluzzjoni

Qabel ma nistharrgu t-tema taghna aktar fil-fond, jehtieg li naghmlu ftit distinzjonijiet importanti, halli nkunu nafu bl-ezatt dwar xiex qeghdin nitkellmu. Huma distinzjonijiet li hafna drabi l-pubbliku generali ma jaghmilx u ghalhekk ihallat haga ma’ ohra minghajr ma jkun car x’inhuma l-hwejjeg ewlenin li jehtieg li jkun qed jikkoncentra fuqhom u liema ma jkunx.

Dawn id-distinzjonijiet jikkoncernaw primarjament tliet oqsma li, ghalkemm jista’ jkollhom xi rabta ma’ xulxin, huma proprjament distinti minn xulxin u jigu studjati separatament minn xulxin. Dawn huma (l-ewwel) it-teorija fizika tal-‘Big Bang’, (it-tieni) it-teorija biologika tal-evoluzzjoni u (t-tielet) it-teorija ta’ Darwin li biha jispjega kif sehhet l-evoluzzjoni biologika. Fit-tabella li hawn awntaht dawn it-tliet oqsma jidhru f’kolonni differenti, kull wahda bl-istat akkademiku li jgawdu:



It-tliet tifsiriet xjentifici ― Hemm differenzi fundamentali bejn dawn it-tliet tifsiriet xjentifici ta’ kif sehhew certu affarijiet. Qabel xejn, halli nghidu fi ftit kliem dwar xiex qed nitkellmu.

L-ewwel, it-teorija tal-Big Bang issostni li tista’ tispjega kif beda l-univers. Fi kliem fqir, jinghad hekk: fil-bidu kien hemm massa ta’ densità infinita maghmula minn gassijiet u materja li splodiet u, fuq firxa ta’ biljuni ta’ snin, iffurmat il-galassiji. Dawn il-galassiji jinkludu gmieghi ta’ kwiekeb u pjaneti mizmuma flimkien bil-gravità. Jezistu miljuni minn dawn il-galassiji. Kull galassija tinkludi fi hdanha biljuni ta’ sistemi solari, jigifieri ghadd ta’ pjaneti migmugha bil-gravità madwar kewkba (imsejha wkoll ‘xemx’). Id-dinja taghna taghmel parti minn wahda minn dawn il-biljuni ta’ sistemi solari.

Skond l-evidenza xjentifika li ghandna s’issa, din it-teorija taghmel sens. Ghalhekk insejhulha ‘plawsibbli’. Imma l-affarijiet mhux bilfors sehhew b’dan il-mod. Ghalhekk, din it-teorija, filwaqt li hi plawsibbli, ma nistghux nghidu wkoll li hi probabbli. Il-bidu tal-univers seta’ sehh hekk u seta’ wkoll ma sehhx hekk. S’issa ma nafux b’certezza assoluta. It-teoristi tal-Big Bang s’issa ma jafux ifissru minfejn giet il-massa ta’ densità infinita ta’ gassijiet u materja li kien hemm fil-bidu; u lanqas ghala splodiet.

It-tieni, il-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika huwa l-mod kif bdiet u zahret il-hajja biologika fid-dinja taghna, minn organizmi ta’ semplicità enormi ghal annimali ta’ kumplessità kbira bhall-bniedem. L-ispeci kollha hajjin―hxejjex, tjur u annimali―evolvew minn xulxin fuq medda ta’ miljuni ta’ snin. L-evoluzzjoni ssehh b’bidliet ta’ cokon bla qjies fil-fasla tal-geni tal-hlejjaq hajjin, fejn il-geni huma sekwenzi ta’ DNA li jservu bhala kodici ghall-proteini li jikkostitwixxu l-hajja. Bidliet sufficjenti fil-geni jirrizultaw fi specijiet differenti ta’ hlejjaq hajjin.

Huwa importanti li jigi nnutat li xjentifikament l-evoluzzjoni ma tfissirx zvilupp ta’ speci minn ohra. Tfisser li, fuq medda ta’ biljuni u miljuni ta’ snin, qtajja’ ta’ hlejjaq hajjin igarrbu bidliet genetici li minhabba fihom jew permezz taghhom tevolvi forma differenti ta’ hajja.

It-tielet, it-teorija ta’ Darwin dwar kif sehhet l-evoluzzjoni biologika tinsisti li l-bidliet genetici fil-hlejjaq hajjin sehhew b’zewg modi simultanji: l-ewwel, b’dik li Darwin sejjah l-‘ghazla naturali’ (‘natural selection’), u t-tieni, b’dak li zewg biologi ohrajn (Spencer u Wallace) sejhu s-‘sopravivenza tal-aktar hlejjaq adatti’ (‘survival of the fittest’). Dan ifisser, l-ewwelnett, li l-ispeci ta’ hlejjaq hajjin igarrbu bidla fil-fasla genetika taghhom b’mod naturali. It-tieni, dan jaghmluh sabiex isehhilhom jadattaw lilhom infushom ghall-kundizzjonijiet ambjentali diversi li jsibu ruhhom fihom.

Fuq medda ta’ biljuni u miljun ta’ snin, dawn l-ispeci ta’ hlejjaq hajjin tant garrbu bidla fil-fasla genetika taghhom li l-ispeci taghhom evolviet f’ghamla ta’ hajja specifika differenti. B’hekk, l-ispeci ta’ hlejjaq hajjin li ma sehhilhomx jadattaw irwiehhom mietu u spiccaw u baqghu jghixu biss dawk li sehhilhom jadattaw. Hu b’dan il-mod li Darwin fisser, mhux biss kif speci tevolvi minn ohra u kif l-ispeci kollha ta’ hlejjaq hajjin evolvew minn xulxin, imma wkoll ghala sehh dan.

Kif wiehed jista’ jobsor, l-evoluzzjoni timplika li kull speci successiva hija, mhux biss fizikament u biologikament aktar adatta biex tghix f’kundizzjonijiet ambjentali differenti, imma wkoll li kull speci successiva hija aktar kumplessa (ghalkemm mhux necessarjament aktar perfetta) minn dawk ta’ qabel.

Evoluzzjoni u Darwin ― L-ewwel punt principali li jehtieg li naghmlu hawnhekk huwa li nagharfu li hemm differenza importanti bejn it-teorija xjentifika tal-evoluzzjoni biologika u t-tifsira partikulari li Darwin ta biex spjega kif sehhet. Ghalkemm, naturalment, ghandhom x’jaqsmu ma’ xulxin, wahda ma tistax tigi identifikata mal-ohra. Filwaqt li t-teorija xjentifika tal-evoluzzjoni biologika hija fatt cert mija fil-mija, it-tifsira partikulari li ta Darwin biex spjega kif sehhet mhijiex.

Wiehed jista’ jistaqsi: Jekk it-teorija biologika tal-evoluzzjoni hija fatt cert mija fil-mija, allura ghala tissejja ‘teorija’? Wiehed jista’ jkompli jghid li l-kelma ‘teorija’ minnha nnifisha turi li haga mhijiex certa mija fil-mija, imma biss suppozizzjoni akkademika jew intellettwali. Dan mhuwiex korrett. Ir-raguni hi li b’mod generali l-kelma ‘teorija’ fl-espressjoni ‘teorija tal-evoluzzjoni’ tintuza f’sens strettament xjentifiku, mhux f’sens popolari ta’ ipotesi. Teknikament tfisser li t-teorija tibqa’ tghodd sakemm jinstab imqar kaz wiehed biss li ma jaqbilx maghha. Issa, minkejja l-mijiet ta’ eluf ta’ esperimenti li saru fl-ahhar mija u hamsin sena f’rabta mat-teorija xjentifika tal-evoluzzjoni biologika, ghadu ma nstabx kaz wiehed li ma jabilx maghha jew li ma jikkonfermahiex. Fil-fatt hija aktarx l-unika teorija xjentifika li prattikament ghandha l-appogg shih ta’ kull qasam u dixxiplina ohra tax-xjenza naturali.

Dan l-uzu tekniku tal-kelma ‘teorija’ fl-espressjoni ‘teorija tal-evoluzzjoni’ huwa akkademikament differenti mill-uzu tal-istess kelma fl-espressjoni t-‘teorija tal-evoluzzjoni ta’ Darwin’. It-tifsira partikulari li ta Darwin biex jispjega kif sehhet l-evoluzzjoni biologika―jigifieri permezz tal-ghazla naturali―hija wahda biss fost il-bosta spjegazzjonijiet xjentifici ta’ kif setghet sehhet l-evoluzzjoni biologika. Dan ma jfissirx li Darwin ta interpretazzjoni zbaljata, ghax fil-fatt, sa fejn hu maghruf s’issa, it-teorija tieghu hi l-aktar tifsira plawsibbli u accettabbli tal-fenomenu. Dan ifisser li, fil-principju u ghall-finijiet xjentifici, tibqa’ fiha nnifisha ipotezi, anki jekk hi, fil-fatt, ipotezi verosili immens.

Ghaldaqstant, wiehed ghandu joqghod attent meta jaccetta jew jichad il-fenomenu tal-evoluzzjoni. Hafna nies iwahhdu l-fenomenu tal-evoluzzjoni u l-mod kif spjegah Darwin. Ghalhekk jekk it-tifsira ta’ Darwin ma ddoqqilhomx, jichdu t-tifsira tieghu flimkien mal-fenomenu nnifsu tal-evoluzzjoni. L-istess jigri jekk jaccettaw it-tifsir tal-ghazla naturali ta’ Darwin: jaccettawha flimkien mal-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika. Fil-fatt, m’ghandux ikun hekk. Ghax wahda m’ghandhiex tigi identifikata mal-ohra. Altru l-fenomenu nnifsu tal-evoluzzjoni biologika u altru l-interpretazzjoni tieghu minn Darwin. L-ewwel wahda hi certa; it-tieni wahda hi ipotezi. Ghall-argument (anki jekk hu improbabbli) jista’ jasal zmien meta, wara kollox, it-tifsira moghtija minn Darwin tinstab li ma kinetx dik it-tajba. Jekk ghad jigri hekk, din l-iskoperta ma tmissx il-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika nnifisha u ma xxejjinha bl-ebda mod. Kulma jkun gara hu li l-fenomenu jkun inghata tifsira ohra. Imma fih innifsu l-fenomenu ma jaqax.

Evoluzzjoni u Big Bang ― Hemm differenza importanti wkoll bejn it-teorija xjentifika tal-evoluzzjoni biologika u t-teorija fizika u astronomika tal-‘Big Bang’. Wahda ma tistax tigi identifikata mal-ohra. Digà nghad li l-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika fid-dinja hija fatt stabbilit mija fil-mija. Dan ma jistax jinghad dwar it-teorija tal-Big Bang. F’dan il-kaz ukoll, il-kelma ‘teorija’ b’referenza ghal din tal-ahhar mhijiex uzata b’mod xjentifikament tekniku bhal meta nghidu t-‘teorija tal-evoluzzjoni’, imma fis-sens ta’ ipotezi bhal fl-espressjoni t-‘teorija evoluttiva ta’ Darwin’. Infatti, it-teorija tal-Big Bang ghadha aktar fil-linja tal-ispekulazzjoni milli tal-fatt. Dan ma jfissirx li mhijiex plawsibbli jew probabbli. Anzi, illum donnu hemm evidenza radjuattiva li l-affarijiet graw bhalma tispjega t-teorija tal-Big Bang. Imma din l-evidenza tista’ tispjega fenomeni ohrajn ukoll li forsi llum ghadna m’ahniex konxji taghhom bizzejjed.

Il-punt principali taghna hawnhekk huwa li, ghalhemm il-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika huwa b’xi mod marbut mat-teorija tal-Big Bang, dan l-istess fenomenu tal-evoluzzjoni biologika fid-dinja taghna seta’ sehh anki jekk il-bidu tal-univers―u partikularment tad-dinja taghna―ma sehhx kif tispjega t-teorija tal-Big Bang.

Ghall-argument (anki jekk mhuwiex probabbli wisq), jista’ jasal zmien meta t-tifsira tal-Big Bang wara kollox tinstab li ma kinetx dik it-tajba. Jekk ghad jigri hekk, din l-iskoperta ma tmissx il-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika nnifisha u ma xxejjinha bl-ebda mod. Kulma jkun gara hu li l-bidu tal-univers jkun inghata tifsira ohra, differenti minn dak li ghandna s’issa. Imma fih innifsu l-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika fid-dinja taghna jibqa’ intatt.

Biex nigbru dak li nghad hawnfuq, fit-tabella ta’ hawntaht ghandek erba’ pozizzjonijiet possibbli li jistghu jinzammu. L-ewwel wahda turi l-pozizzjoni meta t-tliet teoriji jibqghu jitqiesu kollha xjentifikament korretti; it-tieni u t-tielet pozizzjonijiet juru xi mument ipotetiku fil-futur meta wahda miz-zewg teoriji (Big Bang u ta’ Darwin) ma jibqghux jitqiesu korretti; u r-raba’ pozizzjoni turi fejn f’xi mument ipotetiku fil-futur dawn l-istess teoriji jibdew jitqiesu t-tnejn inkorretti. Bhalma tista’ tinnota, f’kull mument il-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika fid-dinja taghna tibqa’ dejjem titqies valida u korretta.


2. Il-kwestjonijiet filosofici fundamentali tal-evoluzzjoni

Minbarra l-eluf ta’ sfidi li x-xjenzi empirici offrew lit-teorija tal-evoluzzjoni biolgika f’dawn l-ahhar mija u hamsin sena hemm ukoll ghadd ta’ sfidi filosofici li kkonfrontaw it-teorija fuq livell logiku u intellettwali. Dawn kollha servew biex it-teorija, mhux biss tinftiehem ahjar, imma wkoll sabiex tizviluppa minn kull aspett. F’dan il-kuntest, se naghtu harsa lejn sitt sfidi filosofici ewlenin li mhuwiex rari li xi wahda jew aktar minnhom jissemmew f’tahdita dwar l-evoluzzjoni. Dawn huma sfidi li jippruvaw juru li t-teorija biologika tal-evoluzzjoni hi falza: l-ewwel, ghax l-argument ewlieni taghha hu tawtologiku; it-tieni, ghax ma ssegwix dak li hu meqjus bhala l-metodu xjentifiku lecitu; it-tielet, ghax ma tistax taghmel previzjonijiet bhalma taghmel kull xjenza ohra; ir-raba’, ghax l-ispeci tal-hlejjaq hajjin huma differenti hafna minn xulxin u ma jistax ikun li jigu minn xulxin; il-hames, ghax kull parti tan-natura ghandha skop precizi ghalfejn tezisti; u s-sitta, ghax jinghad li hi idolatra u teskludi lil Alla. Ha naraw dawn l-isfidi f’xi ftit tad-dettall.

It-tawtologija tal-adattament ― Wahda minn dawn l-isfidi filosofici tikkoncerna oggezzjoni dwar l-argument msemmi hawnfuq f’rabta mas-sopravivenza tal-aktar hlejjaq adatti. L-oggezzjoni saret l-aktar mill-filosfu Karl Popper li sostna li l-argument ta’ Darwin huwa cirkulari jew idur fuqu nnifsu (filosofikament imsejjah ‘tawtologija’). Fi ftit kliem, l-oggezzjon tghid hekk:
a. Il-hlejjaq hajjin kollha jezistu ghax jinghad li adattaw
b. Imma jinghad li adattaw ghax jezistu
c. Mela t-teorija ma tispjegax l-adattament imma tispjega l-hlejjaq hajjin li jezistu
Din l-oggezzjoni tassumi li l-adattament jigi definit biss minn dak li jezisti (jigifieri mill-hlejjaq hajjin li ssopravivew permezz tal-ghazla naturali). Imma l-adattament mhuwiex sempliciment xi kuncett logikament jew semantikament a priori; jigifieri li tibda bih halli tispjega b’mod deterministiku ghala jezistu l-hlejjaq hajjin li jezistu. Hija kuncett funzjonali li tispjega, mhux il-hlejjaq hajjin infushom, imma l-geni taghhom. Ghaldaqstant, il-kuncett tal-adattament jispjega kif il-geni ghandhom tendenza li jkunu trasmessi aktar meta huma msawra ahjar ghall-htigijiet ambjentali tal-hlejjaq hajjin. Imma dan ma jfissirx, wara kollox, li l-hlejjaq hajjin li ghandhom l-aqwa possibbilità li jissopravivu, fil-fatt jissopravivu, ghax dan jiddependi minn hafna affarijiet anki sekondarji. Ghalhekk, l-argument tal-adattament genetiku mhuwiex tawtologiku, imma tifsira xjentifikament plawsibbli ta’ kif xi speci jissopravivu fl-ambjenti li jsibu rwiehhom fihom.

Ix-xjentificità tal-evoluzzjoni ― Sfida filosofika ohra tistaqsi jekk it-teorija tal-evoluzzjoni hijiex xjentifika jew le. Il-mistoqsija taghmel sens fil-kuntest tad-diskussjonijiet filosofici li sehhew madwar dawk li fl-istorja tal-filosofija nsejhulhom ‘Positivisti’ fl-ewwel nofs tas-seklu li ghadda. Fost hwejjeg ohra, dawn ippruvaw jiddeterminaw kif tkun taf bic-cert id-differenza bejn teorija li hi tassew xjentifika u bejn teorija li hi biss xjentifika fid-dieher.

Aktar ’il fuq digà ghedt li teknikament, jigifieri f’sens strettament xjentifiku, b’mod generali teorija xjentifika tibqa’ tghodd sakemm jinstab imqar kaz wiehed biss li ma jaqbilx maghha. Dan ghedtu fid-dawl tad-diskussjonijiet filosofici li ghadni kemm semmejt hawnhekk u specifikament fid-dawl tas-sehem li ta Karl Popper f’dawn id-diskussjonijiet. Ghax Popper kien sostna li hemm zewg kwalitajiet ta’ teoriji: wahda li tfittex dejjem li ssib provi favuriha stess (din is-sistema sejhilha ‘verifikazzjoni’) u l-ohra li tfittex li ssib provi kontriha stess (‘falsifikazzjoni’). Popper osserva li l-ewwel kwalità ta’ teoriji tqis kull haga li ma taqbilx maghha bhala eccezzjoni li tikkonferma r-regola (jew it-teorija), filwaqt li t-tieni kwalità ta’ teoriji tqis imqar fenomenu wiehed li ma jaqbilx maghha bhala prova li t-teorija ma tghoddx. Skond Popper, it-teoriji tat-tieni kwalità biss jistghu jissejhu tabilhaqq ‘xjentifici’. L-ohrajn le.

Ghaldaqstant, apparti l-fatt tad-dibattu filosofiku madwar dak li sostna Popper u ohrajn, b’mod generali l-kwistjoni taghna hawnhekk hija din: it-teorija tal-evoluzzjoni ssegwi s-sistema ta’ verifikazzjoni jew ta’ falsifikazzjoni? Ghax jekk, skond Popper, issegwi l-ewwel sistema, allura mhijiex xjentifika, imma jekk issegwi t-tieni sistema, allura hi tabilhaqq xjentifika. Issa Popper innifsu sostna li t-teorija tal-evoluzzjoni―kemm b’mod generali u kemm fil-verzjoni Darwinjana taghha―mhijiex xjentifika ghax fil-fatt, skond hu, hu impossibbli li turi li hi falza.

Din il-fehma tissimplifika zzejjed is-sistema xjentifika wzata mill-evoluzzjonisti u minn Darwin innifsu. Din is-sistema partikulari kienet giet proposta fis-seklu 19 minn William Whewell (tinqara Hju-el) u tissejjah ‘koincidenza ta’ rizultati’ (‘consilience of inductions’). Skond Whewell, dan il-qbil ta’ rizultati induttivi jitwettaq meta klassi wahda ta’ fatti tkun taqbel mal-fatti miksuba minn klassi ohra differenti. Illum din is-sistema nsejhulha ‘inter-dixxiplinarja’ (Popper isejhilha ‘verisimilitudni’), ghax tistharreg jekk ir-rizultati induttivi ta’ dixxiplina xjentifika wahda jaqblux jew ivarjawx mir-rizultati induttivi ta’ dixxiplini xjentifici ohrajn diversi minnha. Aktar ma jaqblu, aktar tkun soda t-teorija, filwaqt li jekk ma jaqblux jew ivarjaw b’mod sinifikanti, it-teorija taqa’. Ghaldaqstant, is-sistema wzata mill-bicca l-kbira tal-evoluzzjonisti ma ssegwix preskrizzjonijiet filosofici a priori, imma sistema induttiva ta’ falsifikazzjoni inter-dixxiplinarja b’solidità interna impressjonanti.

Previzjonijiet evoluttivi ― It-tielet sfida filosofika li nistghu nsemmu hawnhekk tikkoncerna l-previzjonijiet li t-teorija tal-evoluzzjoni biologika tista’ jew ma tistax taghmel. Skond Karl Popper, Carl Hempel u ohrajn, kull teorija xjentifika ghandu jkollha l-hila li taghmel il-previzjonijiet. Dawn sostnew li, la darba jkollok l-istess kundizzjonijiet inizzjali ta’ tifsira deduttiva, allura fuq il-bazi tal-ligijiet universali tal-kimika, il-fizika u l-bqija, tista’ tipprevedi fenomeni simili ghal dik it-tifsira deduttiva. Issa t-teorija tal-evoluzzjoni biologika dan ma tistax taghmlu, u allura―sostnew dawn il-filosfi―it-teorija mhijiex tabilhaqq xjentifika.

Din l-interpretazzjoni tistrieh fuq zewg fatti essenzjali dwar il-kundizzjonijiet inizzjali: l-ewwel li jkunu stabbli, u t-tieni, li xi tibdil fihom minn fatturi esterjuri ma jaffettwawx wisq ir-rizultat finali. Ir-raguni ewlenija ghala t-teorija tal-evoluzzjoni ma tistax taghmel previzjonijiet hija li, bil-kontra ta’ dixxiplini bhall-fizika, nghidu ahna, qatt ma jkollha kundizzjonijiet inizzjali ta’ din il-kwalità. L-influwenzi esterjuri fuq il-bdil genetiku jistghu jkunu bla qjies. Huma mhux biss imprevidibbli imma, aktar minnhekk, ma jistghux ikunu maghrufa.

Hemm raguni ohra ghal din l-inkapacità: it-teorija tal-evoluzzjoni biologika ma tistax tiggwida ruhha minn xi kodici ta’ ligijiet naturali. Kodici bhal dan hu maghmul minn generalizzazzjonijiet xjentifici li huma bbazati fuq osservazzjonijiet empirici ta’ agir fiziku fuq medda twila ta’ zmien. L-istabbilità fl-okkorrenza ta’ dan l-agir u l-universalità ta’ din l-okkorrenza huma z-zewg pilastri kbar ta’ ligijiet bhal dawn. Dawn iz-zewg kwalitajiet fundamentali ghal kull ligi naturali huma proprju dawk li t-teorija tal-evoluzzjoni ma jistax ikollha ghall-istess ragunijiet imsemmija fil-paragrafu ta’ qabel. Dan hu ddettat min-natura stess tal-fenomeni li t-teorija tosserva u ghalhekk ma jnaqqas xejn mix-xjentificità taghha.

L-immutabilità tal-ispeci ― Aktarx wahda mill-aktar sfidi filosofici maghrufa ghat-teorija tal-evoluzzjoni torbot man-natura, id-distinzjoni u l-immutabilità tal-ispeci tal-hlejjaq hajjin. F’din il-kwestjoni, hemm zewg suriet ewlenin ta’ hsieb: wahda (‘A’) tissejjah ‘tipologika’, u l-ohra (‘B’) ‘popolattiva’. L-ewwel sura ta’ hsieb (‘A’) issostni li kull speci ta’ hlejjaq hajjin hija tip differenti u distint minn kull tip ta’ speci ohra (ghalhekk tissejjah ‘tipologika’). Ghaldaqstant, kull hlieqa hajja f’tip ta’ speci partikulari ghandha l-kundizzjonijiet kollha mehtiega, xejn anqas u xejn aktar, biex jaghmluha parti minn dik l-ispeci. Il-bidla ta’ hlieqa hajja minn speci ghal iehor mhuwiex possibbli. F’din l-iskola ta’ hsieb hemm zewg xejriet ta’ hsieb: wahda (‘A1’) li ssostni li t-tip partikulari ta’ kull speci hi determinata mill-‘gens’ taghhom, u l-ohra (‘A2’) ssostni li t-tip partikulari ta’ kull speci hi determinata mill-‘forma ideali’ taghhom. L-ewwel xejra tinstab fil-Bibbja―Genesi 1:21-23: “U Alla halaq il-hut il-kbir u l-annimali kollha li jitkaxkru ... skond genshom, u t-tajr bil-wienah skond genshom” (korsiv tieghi); it-tieni wahda tinstab fil-kitbiet ta’ Platun (imbaghad f’ta’ Aristotli u ta’ San Tumas t’Akwinu). Bil-biologija moderna, din is-sura ta’ hsieb thaddnet minn Carl von Linne fis-seklu 18 u, minbarra ismijiet ohra li tinghatalha, baqghet tissejjah l-aktar ‘Linnjana’.

Ix-xejra l-ohra ta’ hsieb, dik ‘popolattiva’ (‘B’), bdiet tissahhah sa minn nofs is-seklu 19 ’il quddiem hekk kif is-sejbiet tal-esploraturi u n-naturalisti bdew iwessghu l-gharfien tax-xjenzati ghall-varjetà bla qjies ta’ hlejjaq hajjin diversi li jezistu madwar id-dinja. Dawn bdew dejjem aktar jaghtu ragun lil Georges-Louis Leclerc, Comte de Buffon (imsejjah fil-qosor Buffon), li kien naturalista u biologu Franciz li hadem fit-tieni nofs tas-seklu 18. Minghandu giet l-idea originali li, bil-kontra ghal dak li sostna l-hsieb Linnjan, il-hlejjaq hajjin ma kinux parti minn speci partikulari minhabba l-ghamla u l-fasla tal-fizika taghhom (jigifieri l-morfologija taghhom), imma biss minhabba r-relazzjonijiet ta’ dixxendenza li kellhom (jigifieri l-hila taghhom li jghammru lil xulxin u jitkattru). Ghaldaqstant, ma hemm xejn li jzomm li speci ta’ hlejjaq hajjin―jew anki parti minn speci―li jinbidlu u jsiru speci ohra. Kollox fil-fatt kien jiddependi minn fejn il-popolazzjoni tal-ispeci ssib ruhha qed tghix. (Hu ghalhekk li din ix-xejra ta’ hsieb tissejjah ‘popolattiva’.)

Mal-medda tas-snin, din l-idea li l-ispeci ta’ hlejjaq hajjin huma entitajiet biologici li jinbidlu (tat-teorija ‘B’), mhux biss sabet l-appogg xjentifiku mehtieg, imma sahansitra warrbet tista’ tghid ghal kollox ix-xejra ta’ hsieb Linnjana (it-teoriji ‘A’). Naturalment, Darwin kien instrumentali hafna ghal din il-bidla.

Teleologija evoluttiva ― Argumenti komuni iehor li jingieb kontra xi aspetti tat-teorija evoluttiva huwa dak li jsostni li l-holqien kollu, kif ukoll kull parti minnu (inkluz il-hlejjaq hajjin), minnhom innifishom ghandhom skop ahhari li jikkwalifikahom, jidderigihom u jaghtihom sens. Dan l-argument jissejjah ‘teleologiku’ ghax juza l-kelma Griega ‘telos’, li tfisser skop, ghan, mira jew objettiv. Huwa importanti li wiehed jinnota hawnhekk li, kemm dawk li jipproponu argument bhal dan u kemm dawk li jopponuh, spiss jassumu li t-teorija tal-evoluzzjoni m’ghandha xejn minn dan. It-tnejn mhumiex korretti ghal kollox.

Filwaqt li, tassew, b’mod generali l-evoluzzjoni m’ghandha ebda skop ahhari fiha nnifisha, xorta wahda jezistu fi hdanha certi processi u fenomeni li huma direzzjonali. Skond il-biologu evoluzzjonista famuz Ernst Mayr, tezisti ‘konfuzjoni persistenti’ fuq din it-tema minhabba li hafna drabi ma ssirx distinzjoni bejn processi u fenomeni li huma fundamentalment differenti hafna minn xulxin u li b’mod zbaljat ilkoll jissejjhu teleologici. Skond Mayr hemm erba’ minn dawn il-processi:

1. Hemm dawk li jissejjhu ‘teleonomici’, jigifieri meta jinghad li xi haga tghix, tikber u tizviluppa skond xi skop ahhari li ghandha go fiha. Din tikkorrispondi ghall-kawza finali ta’ Aristotli.

2. Hemm imbaghad dawk li jissejjhu ‘teleomatici’, jigifieri meta jinghad li xi haga tghix, tikber u tizviluppa skond certi fasliet jew ‘ligijiet’ fizici minghajr ebda skop ahhari.

3. Hemm dawk li jissejjhu ‘adattattivi’, jigifieri meta jinghad li xi haga tghix, tikber u tizviluppa sempliciment ghax sehhilha tibqa’ tezisti. L-istess, din m’ghandha ebda skop ahhari ghala ggarrab dan.

4. Fl-ahhar, hemm dawk li jissejjhu ‘kosmici’, jigifieri meta jinghad li xi haga tghix, tikber u tizviluppa ghal xi skop ahhari. Din tikkorrispondi ghall-idea Platonika li l-iskop ahhari f’xi haga jitqieghed hemm minn entità superjuri li ghandha intenzjonijiet proprji u anki certa razzjonalità.

Mayr jishaq li, filwaqt li tezisti evidenza cara li l-ewwel tliet tipi ta’ processi u fenomeni jezistu tabilhaqq, s’issa ghadha qatt ma nstabet xrara wahda ta’ evidenza li tezisti xi haga tan-natura tar-raba’ process, jigifieri dak kosmiku. ‘Huwa illegittimu’, isostni Mayr, ‘li mill-ezistenza ta’ processi teleonomici u teleomatici wiehed jiddeduci li tezisti xi teleologija kosmika. Ma jezisti ebda programm u ebda ligi,’ jissokta jghid, ‘li tista’ tispjega jew tipprevedi l-evoluzzjoni biologika b’xi mod teleologiku. Sa mill-1859,’ ikompli jghid b’referenza ghall-ktieb Origini tal-Ispeci ta’ Darwin li gie ppubblikat f’dik is-sena, ‘lanqas hemm il-htiega ta’ tifsira bhal din. Bl-aspetti u l-limiti tal-possibbiltajiet u l-probabbiltajiet tieghu, il-mekkanizmu tal-ghazla naturali ta’ Darwin huwa ghal kollox sufficjenti fih innifsu’ (korsiv kollu tieghi). Il-punt ewlieni huwa dan: mill-fatt li tintebah ghalxiex xi haga tezisti ma tistax tikkonkludi (minghajr ma taghmel zball logiku) li l-haga tezisti biex tilhaq rizultat finali.

Apparti dan kollu, f’dan il-kuntest tajjeb li ninnutaw li l-kuncett tat-teleologija kosmika kwazi dejjem jistrieh fuq zewg ideat marbuta mill-qrib ma’ xulxin: (a) dik tal-progress storiku u (b) dik tal-gerarkija tal-ispeci. (a) L-idea ta’ progress storiku tassumi li, hekk kif jghaddi z-zmien bhallikieku fuq linja dritta mill-passat ghall-gejjieni, b’xi mod jew iehor il-processi biologici qed igarrbu l-istess moviment u jsiru dejjem aktar kumplessi u perfetti. F’dan is-sens, il-bniedem jitqies il-quccata tal-holqien. Imma l-process u s-sistemi biologici mhumiex ‘storici’ f’dan is-sens. Minkejja li huma irriversibbli, huma dejjem ikkundizzjonati mill-ambjent li jsibu ruhhom fih f’waqtiet differenti ta’ zmien. Dan ifisser li l-evoluzzjoni biologika ma lahqet ebda quccata jew saret aktar perfetta. Sempliciment adattat ruhha ... u tibqa’ tadatta ruhha.

(b) L-idea l-ohra tal-gerarkija torbot ma’ din, ghax tisthajjel li l-ispeci hajjin huma organizzati f’xi ghamla ta’ ‘scala naturae’, jigifieri f’xi sura ta’ ‘sellum’ bi gradi dejjem oghla ta’ perfezzjoni ontologika (bil-bniedem fil-quccata). Fil-fatt, din aktarx li hi idea Neoplatonika mwahhra li zahret fil-medjuevu u―flimkien mal-idea tal-progress―kienet popolari hafna fis-sekli 18 u 19. Imma l-ispeci la huma aktar perfetti f’xi sens ontologiku u lanqas aktar perfetti f’xi sens storiku. Kull speci hija perfetta fiha nnifisha fis-sens li kull wahda adattat tajjeb ghall-ambjent li sabet ruhha fiha u ghalhekk tissopravivi f’kundizzjonijiet godda ta’ ezistenza u ghajxien.

Tifsiriet sopranaturali ― Kwestjoni filosofika ohra ewlenija f’rabta mat-teorija tal-evoluzzjoni biologika hi dik li tinbet mill-argumenti ta’ dawk li jsostnu li din it-teorija teskludi ghal kollox kull tifsira sopranaturali ta’ kif sehh il-holqien tal-hlejjaq hajjin. Fil-filosofija dawn l-argumenti nsejhulhom ‘naturalistici’. Fi ftit kliem, in-naturalizmu jsostni li tifsira ta’ xi haga tista’ tkun biss gustifikata jekk tistrieh fuq evidenza empirika, jigifieri fuq evidenza li tista’ tigi osservata bis-sensi u interpretata razzjonalment. Naturalment, tifsiriet sopranaturali mhux dejjem jistghu jigu osservati u interpretati b’dan il-mod.

Il-problema hawnhekk tigi mill-fatt li, xi kultant, certi naturalisti jqisu x-xjenza taghhom b’mod esklussivist, jigifieri b’mod li jeskludi kull interpretazzjoni li ma ssegwix l-istess metodi epistemologici taghhom.

Tajjeb li hawnhekk noforqu bejn tliet attitudnijiet naturalistici: l-ewwel, dik li tissejjah ‘metodologika’; it-tieni,
dik li tissejjah ‘esplikattiva’; u t-tielet, dik li tissejjah ‘ontologika’. Fis-sens metodologiku, in-naturalizmu jrid bilfors jeskludi li l-fenomeni li josserva huma sopranaturali; irid bilfors jassumi li kulma josserva huwa suggett ghal investigazzjoni naturalistika. Dan irid jaghmlu ghax inkella jikkontradixxi lilu nnifsu. It-tieni, fis-sens esplikattiv in-naturalizmu jrid bilfors jeskludi spjegazzjonijiet, interpretazzjonijiet jew tifsiriet sopranaturali. Dan jaghmlu ghax inkella ma jkun jista’ jispjega xejn. It-tielet, ghal din l-istess raguni, fis-sens ontologiku n-naturalizmu jrid bilfors jeskludi li dak li kapaci jigi osservat mhuwiex ta’ natura sopranaturali.

Logikament, dan kollu ma jfissirx li realtajiet sopranaturali ma jezistux, jew ma jistghux jezistu. Tassew, dawn ma jistghux ikunu parti mill-metodu xjentifiku. Imma b’daqshekk ma jfissirx li ma jezistux.

F’dan is-sens, it-teorija biologika tal-evoluzzjoni tosserva dak li jista’ jkun maghruf mix-xjenza. Dak li ma jistax ikun osservat jew maghruf xjentifikament, ghalkemm mhux bilfors ekluz li jezisti, hu barra mill-qasam u l-kompetenza taghha.

Min-naha l-ohra, biex inkunu ghedna kollox, lanqas ma nistghu nghidu li dak li jista’ jezisti, fil-fatt jezisti tabilhaqq. Dan zball li George Edward Moore sejjahlu ‘naturalistiku’. Ghax altru tispjega xi haga u altru tiggustifika dik l-ispjegazzjoni. Il-fatt wahdu li spjegajtha jew interpretajtha―anki jekk hlieqa ta’ mohhok―ma jfissirx li dik l-ispjega jew dik l-interpretazzjoni hi gustifikata.

3. Ir-rabta bejn l-evoluzzjoni u l-Bibbja

Dan li se nghid issa m’ghandu xejn x’jaqsam ma jekk Alla jezistix, jekk Alla holoqx l-univers jew jekk Alla holoqx permezz tal-evoluzzjoni. Kulma rrid nistharreg hija l-kwestjoni jekk it-teorija tal-evoluzzjoni biologika tistax tkun kompatibbli (jew hijiex necessarjament inkompatibbli) mat-twemmin monoteistiku. Dan it-twemmin ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja jigi l-aktar (ghalkemm mhux biss) minn zewg kotba mqaddsa: il-Bibbja (partikularment it-Testment il-Qadim) u l-Koran. F’dan li se nghid hawntaht se nikkoncentra esklussivament fuq tal-ewwel b’tishiq partikulari fuq l-interpretazzjoni nisranija. Dan ifisser li, waqt li naghmel dan, se ninjora, mhux biss l-interpretazzjoni Ebrajka (li aktarx taqbel hafna ma’ dik nisranija), imma wkoll kitbiet sagri ohrajn li jitkellmu dwar il-holqien (bhal tal-Bahaj, tac-Cinizi, tal-Indù, tas-Sikizmu u tax-Xhud ta’ Gehova), kif ukoll id-diversi xejriet ohra ta’ monoteizmu li jezistu fid-dinja (bhall-henoteizmu, il-monolatrizmu, it-teizmu semplici, id-deizmu, it-teizmu monistiku, il-panteizmu, il-panenteizmu u l-monoteizmu sustanzjali). Ikolli ninjora wkoll temi ohra li jistghu jkunu relatati mas-suggett taghna hawnhekk, bhal kif inkitbet il-Bibbja, min kiteb il-hafna partijiet differenti taghha u l-mod kif gew espressi d-diversi generi letterarji li fiha.

Il-kwestjonijiet li se nittratta f’dan il-qafas huwa essenzjalment tnejn: l-ewwel, il-kompatibbiltà tat-teorija tal-evoluzzjoni biologika mar-rakkont tal-holqien li nsibu fil-Bibbja; u t-tieni, il-kompatibbiltà tat-teorija tal-evoluzzjoni biologika mat-teologija tad-dnub originali. Dawn il-kwestjonijiet m’ghazilthomx b’kapricc. Ghazilthom ghax jidhirli li, fl-ahhar mill-ahhar, meta tqis kollox, id-dubji kollha tal-insara rigward it-teorija tal-evoluzzjoni biologija jistghu jissimplifikaw irwiehhom ghal dawn iz-zewg kwestjonijiet ewlenin. Ghalhekk, il-mistoqsija ewlenija tieghi f’dawn id-diskussjonijiet hija din: ir-rakkont tal-holqien u t-teologija tad-dnub originali necessarjament jeskludu kull interpretazzjoni offruta mit-teoriija tal-evoluzzjoni biologika? Dritta dritta, it-twegiba hi: le. Ha naraw ghala.

Ir-rakkont tal-holqien ― Il-kwestjoni ewlenija hawnhekk jidhirli li torbot l-aktar mal-qdumija tal-univers u l-ghomor tad-dinja. Dan ghaliex minn din il-kwestjoni johrog xi ftit jew wisq car jekk il-Bibbja ghandhiex tittiehed b’mod litterali jew le. Dan jorbot direttament mar-rakkont tal-holqien misjuba l-aktar fil-Genesi.

Fir-rigward tal-kwestjoni indikata, jidher li tezisti diskrepanza bla qies bejn dak li tindika l-Bibbja u dak li tindika x-xjenza. Skond kalkulazzjonijiet ibbazati fuq l-interpretazzjoni litterali tal-Bibbja, il-holqien sar mas-6,000 sena ilu. Dawn il-kalkulazzjonijet kienu saru ghall-ewwel darba mill-Anglikani John Lightfoot u, ftit wara, James Ussher fis-seklu 17. Naturalment, il-holqien kif mifhum minn dawn jinkludi l-univers, id-dinja u l-bniedem f’salt. Min-naha l-ohra, is-sejbiet xjentifici aktarx jindikaw li l-formazzjoni tal-univers, is-sistema solari taghna, l-ebusija tal-qoxra tad-dinja taghna u l-bniedem ma sarux f’salt. L-indikazzjonijiet huma li l-formazzjoni tal-univers saret mal-15-il biljun sena ilu, dik tas-sistema solari taghna mal-4.5 biljun sena ilu, l-ebusija tal-qoxra tad-dinja taghna mal-4 biljun sena ilu, u d-dehra tal-bniedem mal-4 miljun sena ilu.

Din il-varjazzjoni apparenti tal-Bibbja minn mal-indikazzjonijiet xjentifici mhux necessarjament tiskwalifika l-validità la tal-Bibbja u lanqas tax-xjenza. Lanqas ma tiskwalifika awtomatikament it-teorija tal-evoluzzjoni biologika, li hi xi ftit jew wisq relatata. Dawk li jemmnu li l-univers b’xi mod inholoq minn Alla―jigifieri dawk illi nsejhu l-‘Kreazzjonisti’―jispjegaw din il-varjazzjoni b’modi differenti. Infatti, dawn generalment jinferqu fi tliet skejjel ewlenin: wahda li tissejjah ‘Tal-Qdumija tad-Dinja’ (Old Earth Creationism); ohra, ‘Taz-Zoghzija tad-Dinja’ (Young Earth Creationism); u t-tielet, ‘Tal-Fasla Gharfa’ (Intelligent Design Creationism). Ma’ dawn inzid ir-raba’ ‘skola’ li nistghu nsejhulha ‘Kattolika’.

L-ewwel skola ta’ Kreazzjonizmu―jigifieri Tal-Qdumija tad-Dinja―ilha tezisti ghal mijiet ta’ snin. B’mod generali, din l-iskola ssostni li l-ispeci diversi nholqu b’intervent sopranaturali dirett, imma z-zmien meta sar dan huwa hekk kif jindikaw is-sejbiet xjentifici. Jezistu zewg xejriet ewlenin kif l-imsiehba ta’ din l-iskola jirrikonciljaw il-varjazzjonijiet bejn dak li jindikaw il-Bibbja u x-xjenza fuq il-qdumija tal-univers u d-dinja. Wahda ssostni li s-sitt ‘ijiem’ tal-Genesi mhumiex jiem fis-sens litterali ta’ 24 siegha l-wahda, imma medded indeterminati ta’ zmien li jistghu jkunu mifruxa fuq miljuni u biljuni ta’ snin. Din ix-xejra hi rapprezentata l-aktar minn xirka msejha ‘Ragunijiet biex Temmen’ (Reasons to Believe), imwaqqfa mill-astronomu Kanadiz Hugh Ross fit-tmeninijiet tas-seklu l-iehor.

It-tieni xejra tixbah hafna ’l dik tal-ewwel, bid-differenza li din issostni li s-sitt ijiem tal-Genesi, anki jekk kienu jiem fis-sens litterali ta’ 24 siegha l-wahda, kienu mifruda bejniethom minn fethiet jew medded indeterminati ta’ zmien li, l-istess, setghu kienu mifruxa fuq miljuni u biljuni ta’ snin. Minkejja dawn id-differenzi bejniethom, iz-zewg xejriet jaccettaw li sehhet xi tip ta’ evoluzzjoni fi hdan kull speci ghaliha wahedha.

It-tieni skola tal-Kreazzjonisti―dik Taz-Zoghzija tad-Dinja―hija aktarx aktar mifruxa minn dik Tal-Qdumija. Hija rappresentata l-aktar minn zewg xirkiet kbar imwaqqfa fis-snin sebghin tas-seklu l-iehor, wahda tissejjah ‘Twegibiet fil-Genesi’ (Answers in Genesis) u twaqqfet fl-Awstralja minn John Mackay, u l-ohra tissejjah ‘Istitut ghar-Ricerka dwar il-Holqien’ (Institute for Creation Research) u twaqqfet minn Henry Morris. B’mod generali, din l-iskola ssostni li s-sitt ijiem tal-Genesi huma sitt ijiem fis-sens litterali ta’ 24 siegha l-wahda. Issostni wkoll li d-datazzjoni moghtija mill-Bibbja hi sostanzjalment korretta u d-dinja m’ghandhiex ghomor ta’ aktar minn 10,000 sena. L-iskola temmen li l-univers, id-dinja u l-ispeci hajjin kollha originaw b’dik li tissejjah ‘holqien specjali’. B’dan jidher li jifhmu li l-holqien ta’ kull parti tal-univers―inkluz id-dinja u kull speci ta’ hlieqa hajja ghaliha wehidha―sar b’intervent divin dirett bis-sospensjoni tal-ligijiet tan-natura halli jinkiseb ir-rizultat mixtieq. Din l-iskola taghmel sforzi kbar biex turi li t-teorija fizika tal-Big Bang, il-fenomenu biologiku tal-evoluzzjoni u t-teorija ta’ Darwin ta’ kif sehhet l-evoluzzjoni biologika huma kollha zbaljati. Kienet u ghadha din l-iskola li fl-Amerika tipprova ddahhal fil-kurikulu skolastiku flimkien mat-taghlim tal-evoluzzjoni s-suggett tal-Kreazzjonizmu.

It-tielet skola Kreazzjonista―dik Tal-Fasla Gharfa―bdiet fis-snin tmenin tas-seklu l-iehor minn Phillip Johnson u ohrajn, ghalkemm digà bhala moviment kien hemm xi hass taghha fis-snin sittin u forsi anki qabel. Hija rapprezentata l-aktar mic-Centru ghax-Xjenza u l-Kultura (Center for Science and Culture) ta’ Seattle, l-Amerika. B’mod generali, l-iskola hija anti-evoluzzjonista harxa. Fi ftit kliem, hija ssostni li l-kumplessità enormi ta’ fenomeni biologici ma tistax tigi spjegata b’kawzi naturali biss u kwazi kwazi bilfors tindika l-azzjoni diretta ta’ xi ‘agent intelligenti’, jigifieri ta’ Alla. Skond dokument importanti li c-Centru ghax-Xjenza u l-Kultura xandar fl-1998―imsejjah Il-Feles (The Wedge)―l-iskola ghandha zewg miri ewlenin: li “teghleb il-materjalizmu xjentifiku u l-wirt morali, kulturali u politiku distruttiv tieghu”, u li “tissosstitwixxi tifsifiet materjalistici bil-fehma teista li n-natura u l-bniedem inholqu minn Alla”.

Ma’ dawn it-tliet skejjel Kreazzjonisti nistghu nzidu ohra ‘Kattolika’. B’mod generali, din ma taghmilx qari litterali tal-Bibbja u sostanzjalment ma tarax kontradizzjoni bejn it-twemmin taghha u t-teorija tal-evoluzzjoni biologika. Madanakollu, xorta wahda zzomm shih it-twemmin taghha li Alla hu hallieq u li, anki jekk hu possibbli li l-gisem tal-bniedem gie permezz tal-evoluzzjoni, ir-ruh ta’ kull persuna hi holqien dirett ta’ Alla. F’diskors li ta fil-31 ta’ Ottubru tal-2008 lill-Akkademja Pontificja tax-Xjenzi, il-Papa Benedittu XVI sahaq li l-predecessuri tieghu, Piju XII u Gwanni Pawlu II, sostnew il-fatt li “ma hemm ebda oppozizzjoni bejn il-fehma tal-fidi dwar il-holqien u l-evidenza tax-xjenzi empirici”. Huwa kompla jghid li “sabiex id-dinja tizviluppa u tevolvi, qabel xejn trid ‘tkun’, u ghalhekk giet mix-xejn ghal xi haga. Fi kliem iehor, kienet mahluqa minn ‘Kien’ (Essri) ewlieni, li hu hekk mill-istess essenza tieghu.” Il-Papa kompla jghid li “biex wiehed jistqarr li s-sies tal-kosmu u tal-izviluppi tieghu huwa l-gherf providenzjali tal-Hallieq mhuwiex li tghid li l-att tal-holqien minn dan il-Hallieq ghandu x’jaqsam biss mal-bidu tal-istorja tad-dinja u tal-hajja. Imma din pjuttost timplika li l-Hallieq isejjes dawn l-izviluppi u jappoggjahom, kif ukoll imexxihom ’il quddiem u jsostnihom kontinwament” (korsiv kollu tieghi).

Ghalkemm l-ewwel tliet skejjel Kreazzjonisti mhumiex Kattolici, bosta Kattolici juzaw l-argumenti taghhom u jidentifikaw lilhom infushom ma’ xi wahda minnhom. Fil-fatt, hija r-raba’ ‘skola’ li tabilhaqq izzomm fedelment mat-taghlim Kattoliku. Kif wiehed jista’ jinnota, punt kardinali li madwaru jduru hafna mill-argumenti ta’ dawn it-tliet skejjel Kreazzjonisti differenti huwa jekk il-Bibbja ghandhiex tittiehed b’mod litterali jew le. Dan il-punt jorbot ma’ kif wiehed jifhem in-natura stess tal-Bibbja. Hemm zewg hwejjeg li rridu nikkunsidraw f’dan il-kuntest: l-ewwel, li l-Bibbja hi ktieb ta’ fidi, mhux ta’ xjenza jew ta’ storja. L-interess ewlieni tal-kittieba tal-Bibbja ma kienx li jipprovdu rakkonti storici, jew li jipprovdu spjegazzjonijiet xjentifici, imma li jghallmu l-fidi. Ghaldaqstant, f’kull rakkont tal-Bibbja li hu b’xi mod relatat ma’ xi taghrif storiku jew xjentifiku, l-interess ewlieni tal-kittieb Bibbliku mhuwiex fit-taghrif storiku jew xjentifiku li jipprovdi, imma li jwassal il-messagg tal-fidi. Infatti, l-kittieb Bibbliku la jfittex li jipprovdi perspettivi xjentifici specifici hlief dawk mizmuma popolarment (dawn hafna drabi jkunu imprecizi jew sahansitra zbaljati ghal kollox) u lanqas li joqghod bl-ezatt mad-dettalji storici. Anzi, hafna drabi dawn id-dettalji storici jibdilhom arbitrarjament ghall-utilità u l-konvenjenza tal-messegg ta’ fidi li jkun irid iwassal. Ghalhekk, huwa illegittimu li wiehed jipprova jfettaq jew jistharreg id-dettalji storici jew xjentifici tal-Bibbja, la fir-rigward tar-rakkonti tal-holqien u lanqas ta’ rakkonti ohra, minghajr ma jistharreg sew u fil-fond ir-ragunijiet li ghalihom il-kittieb Bibbliku jkun sawwar ir-rakkonti tieghu.

It-tieni haga li rridu nikkunsidraw hija li l-Bibbja, in kwantu ktieb ta’ fidi, fl-ahhar mill-ahhar ma tikkontradixxix ir-raguni jew ix-xjenza. Dan ma jfissirx li dak li hemm miktub fiha jaqbel perfettament jew dejjem max-xjenza (kif fissirna hawnfu)―ghax dan mhuwiex kompitu jew fl-interess taghha―imma li l-messagg tal-fidi li xxandar ma jichad qatt il-fenomeni li jiskopru x-xjenzati minn zmien ghal zmien. Is-sitt ijiem tar-rakkont tal-Genesi, nghidu ahna, jew l-ordni li l-kittieb Bibbliku jghid li fih sar il-holqien, jew il-mod kif inholoq il-bniedem, kollha ghandhom siwi, mhux xjentifiku jew storiku, imma spiritwali.

Biex nigu ghall-punt ewlieni taghna, dan kollu jfisser li t-twemmin ibbazat fuq il-Bibbja, partikularment fuq il-Ktieb tal-Genesi―f’Alla hallieq tal-univers, tad-dinja, tal-hlejjaq hajjin u tal-bniedem―ma jeskludi b’ebda mod it-teorija tal-evoluzzjoni biologika, li hi fatt cert mija fil-mija. Il-principji ta’ twemmin li tghallem il-Bibbja, anki fil-Genesi, mhux biss huma korretti mija fil-mija, imma jistghu jitqiesu perfettament kompatibbli mat-twemmin monoteistiku nisrani.

Id-dnub originali ― It-tieni kwestjoni li ghandna f’dan il-kuntest tittratta l-kompatibbiltà (jew l-inkompatibbiltà necessarja) tat-teorija tal-evoluzzjoni biologika mat-teologija tad-dnub originali. Il-problema ewlenija tidher li hi din: kif jista’ jkun li ahna nirtu d-dnub ta’ Adam u Eva, u nigu mehlusa minnu permezz ta’ Gesù Kristu, jekk Adam u Eva huma realtajiet spiritwali u ma kinux bnedmin tad-demm u l-laham bhalna? Teologikament, din hi problema mill-aktar essenzjali, ghax fuqha hija mibnija t-teologija kollha li torbot mal-ekonomija tas-salvazzjoni, mal-ekklezjologija u mal-eskatologija.

Hemm zewg hwejjeg relatati li jehtieg li nikkunsidraw hawnhekk: l-ewwel, jekk id-dnub originali huwiex trasmess lilna b’mod fiziku jew b’mod spiritwali; u t-tieni, jekk spiritwalment, allura b’liema mod isir dan.

Rigward l-ewwel punt―jigifieri jekk id-dnub originali kienx trasmess lilna b’mod fiziku jew b’mod spiritwali―, hafna fehmu din it-trasmissjoni b’mod fiziku, fosthom San Tumas t’Akwinu, li halla nfluss sinifikanti fuq il-Koncilju ta’ Trendu. Fis-Summa Theologica, San Tumas jghid li “d-dnub originali [...] jinzel minn (Adam) permezz ta’ qawwa seminali” (IaIIae, Q.81, A. 4, c.) u jigi trasmess minn generazzjoni ghal ohra “permezz tal-missier” (ibid., A.5, c.) bl-“att ta’ prokreazzjoni” (ibid., Q.66, A.7, ad.3). Dan jaghti x’jifhem li d-dnub originali hu speci ta’ marda ereditarja li tghaddi minn generazzjoni ghall-ohra―minn Adam sallum―fl-isperma tat-tnissil. Fuq din il-bazi, il-Koncilju ta’ Trentu sostna (Sezz. V; Denzinger 790#3) li d-dnub originali jigi trasmess minn nisel ghal nisel bil-“propagazzjoni, mhux bl-imitazzjoni”, u anki ppreciza (Sezz. VI; ibid., 795) li din il-propagazzjoni hi “tal-isperma ta’ Adam [...] li [hadniha] minghandu fit-tnissil”.

Izda, b’mod sinifikanti, l-Iskrittura Mqaddsa ma tarahiex b’dan il-mod. Infatti, fl-Ittra lir-Rumani San Pawl la jilmah id-dnub originali fl-isperma ta’ Adam, u lanqas ma jqis id-dnub ta’ Adam bhala att singolu. Ghal San Pawl, id-dnub originali taghna jorigina fil-htija u fid-dizubbidjenza li writna minn Adam. Fi kliem iehor, id-dnub originali mhuwiex mifhum bhala xi dnub sesswali jew dnub fiziku, imma bhala dnub spiritwali; mhuwiex mifhum bhala att singolu, imma dispozizzjoni midinba. “Bil-htija ta’ wiehed wahdu,” jghid San Pawl, “waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha ... Bid-dizubbidjenza ta’ bniedem wiehed il-hafna saru midinbin” (vrus 18-19). Ghal San Pawl, jidher car li d-dnub originali ma jigix trasmess permezz tal-isperma tat-tnissil.

Allura San Tumas t’Akwinu kif isolvih dan in-nuqqas ta’ qbil tieghu mal-Iskrittura Mqaddsa? Isolvih b’mod li ghalina jidher stramb ghall-ahhar; mhux biss ghax juza kategoriji ta’ hsieb duwalistici kwazi Manikej, imma wkoll ghax, b’mod li mhuwiex ghal kollox karatteristiku ghalih, juri xehta materjalista hafna. F’dak li jghid, huwa ma jaghmel xejn ghajr jistrieh fuq l-gharfien mediku ta’ zmienu, gharfien li hu primittiv u impreciz. Infatti, San Tumas isostni (Sum.Th., IaIIae, Q.81, A.3, ad.2) li, filwaqt li r-ruh tigi mdakkra bil-htija tad-dnub originali (u din titnehha bil-maghmudija), il-gisem xorta wahda (minkejja l-maghmudija) jibqa’ jzomm go fih certu fungu (‘fomes’, isejhilha hu) li jigi trasmess (minn Adam sallum) permezz tal-isperma. Din l-istqarrija tal-ghageb titlob mistoqsija ovvja: ghal liema fungu jista’ qieghed jirreferi San Tumas? Jidher li qed jirreferi ghal sustanza inanimata li ghandha l-hila tassorbi, izzomm jew tittrasporta mikrobi jew germi kontaggjuzi jew infettwuzi. Din is-sustanza tista’ tkun tipi ta’ tessut jew oggetti li nuzaw ta’ kuljum, imma zgur li ma tista’ tkun qatt l-isperma, ghax l-isperma mhijiex inanimata.

F’din l-okkazjoni San Tumas hu evidentement zbaljat. Id-dnub originali ma jigi trasmess b’ebda mod fiziku, imma b’mod spiritwali, kif fil-fatt issostni l-Iskrittura Mqaddsa.

Dan igibna ghat-tieni punt li semmajna aktar ’il fuq, li hu dan: jekk id-dnub originali jigi trasmess lilna spiritwalment, allura b’liema mod isir dan? Biex inwiegbu ghal din il-mistoqsija jehtigilna nirrikorru ghall-vizjoni socjologika li tipproggetta l-Bibbja. Dan ghaliex jehtigilna nistharrgu b’liema mod, teologikament, ahna relatati ma’ Adam; u anki ma’ Gesù. Din ir-relazzjoni mhijiex fizika jew biologika, imma purament spiritwali jew morali.

Il-vizjoni socjologika tal-Bibbja mhijiex wahda individwalistika, imma ‘korporattiva’. Dan ifisser li l-Bibbja ma tifhimx lill-Ebrej bhala individwi li flimkien jiffurmaw poplu morali wiehed. Pjuttost tghaqqad l-Ebrej kollha f’persuna wahda kollettiva b’tali mod li kull Ebrew jirrapprezenta n-nisel kollu, jew ghallanqas it-tribù tieghu shih. Hu ghalhekk li fil-Bibbja niltaqghu ma’ hafna rakkonti fejn ghall-mertu ta’ Ebrew wiehed jigi ppremjat il-poplu jew it-tribù kollu, kif ukoll fejn ghall-hazen ta’ Ebrew wiehed jigi kkastigat il-poplu jew it-tribù kollu. Teknikament, din ir-relazzjoni socjologika Bibblika tissejjah ‘korporattiva’, terminu wzat ghall-ewwel darba fl-1936 minn Henry Wheeler. Hija relazzjoni li timplika erba’ kwalitajiet ewlenin: identifikazzjoni, estensjoni, realizmu u sostituzzjoni. Ha narawhom ftit wahda wahda.

L-ewwel kwalità hi dik ta’ identifikazzjoni. Il-vizjoni socjologika Bibblika qatt ma tikkunsidra l-individwi b’mod izolat jew maqtugh mill-poplu jew tribù shih li dawk l-individwi jaghmlu parti minnu. Tant huma haga wahda mieghu li jitqiesu sahansitra rapprezentanti morali tieghu. Fl-Ebrew singolu jintlemah il-poplu Ebrew kollu jew in-nies kollha tat-tribù mieghu. Biex nigu ghas-suggett taghna: Adam hu figura morali li jirrapprezenta, mhux biss lill-poplu Ebrew, imma lill-gens uman kollu; u bil-kontra, ahna lkoll, b’mod korporattiv, moralment (jew spiritwalment) rapprezentati fil-figura tieghu.

It-tieni kwalità tal-personalità korporattiva hi dik ta’ estensjoni. Din il-kwalità hi komplimentari ghal dik ta’ qabel. L-individwu mhuwiex meqjus bhala unità individwali, imma bhala entità li jinkludi fih innifsu nies ohrajn: il-familja, it-tribù jew il-poplu kollu. F’dan is-sens, aktarx jitqies mhux biss bhala semplici rapprezentant, imma wkoll bhala l-personfikazzjoni ta’ haddiehor fl-istess grupp tieghu. Hekk ir-rè, nghidu ahna, hu meqjus li jhaddan fih innifsu s-saltna kollha; u l-genituri jhaddnu d-dixxendenti taghhom kollha. Din il-kwalità hi xi ftit jew wisq bhalma llum nilmhu fl-awtoritajiet governattivi taghna, fejn il-mexxej―il-president ta’ Malta, nghidu ahna―hu xi kultant meqjus bhala l-personifikazzjoni tal-poplu Malti kollu. Fil-kaz ta’ Adam, dan hu meqjus bhala figura morali li fil-personalità tieghu hemm migbura l-umanità kollha.

Ir-realizmu hija t-tielet kwalità ta’ din il-vizjoni korporattiva tas-socjologija Bibblika. Din hi kwalità importanti hafna ghax tindika li r-rapprezentanza u l-personifikazzjoni tat-tribù jew il-poplu kollu fil-persuna ta’ membru wiehed ma kinetx titqies sempliciment simbolika jew metaforika. Kienet tabilhaqq reali. Dan ifisser li, nghidu ahna, id-dnub ta’ wiehed hu meqjus li hu realment id-dnub tal-poplu jew tat-tribù kollu; u l-kastig ghalih jiehdu realment kulhadd fil-grupp ta’ appartenenza tieghu kollettivament. Hu b’dan il-mod li jinghad li spiritwalment l-umanità kollha giet realment imdakkra u kkastigata ghad-dnub tal-figura morali ta’ Adam.

Ir-raba’ kwalità ta’ din il-vizjoni korporattiva Bibblika hija dik li nistghu nsejhulha sostituzzjoni. Dan ifisser li l-kittieba Bibblici hafna drabi jitkellmu dwar individwu bhallikieku qeghdin jitkellmu dwar it-tribù jew il-poplu kollu tieghu; u, bil-kontra, jitkellmu dwar it-tribù jew il-poplu kollu bhallikieku kien individwu. Wiehed jista’ jinnota, nghidu ahna, li, waqt li jkunu qeghdin jiktbu, dawn il-kittieba spiss jaqilbu minn kategorija ghal ohra (tribù/poplu – individwu; individwu – tribù/poplu) minghajr diffikultà ta’ xejn. Dan jaghmluh anki fil-kaz tal-figura morali ta’ Adam fejn jitkellmu dwarha bhallikieku kienu qed jitkellmu dwar il-gens uman kollu; u ma jsibux diffikultà li, sabiex jitkellmu dwar il-gens uman, isemmu biss il-figura morali ta’ Adam.

Dawn l-erba’ kwalitajiet tal-personalità korporattiva li jikkostitwixxu l-vizjoni socjologika Bibblika jispjegaw kif inhi espressa t-teologija tat-trasmissjoni tad-dnub originali lilna mill-kittieb sagri. Mhux b’xi mod fiziku jew materjali, imma permezz tal-identifikazzjoni, il-prezenza rappresentattiva, is-sussistenza reali u l-istat sostituttiv li jqisu li ghandna ahna lkoll bhala gens uman fil-figura morali jew spiritwali ta’ Adam.

Din il-vizjoni tintlemah ukoll fit-Testment il-Gdid. Hija tispjega mhux biss il-partecipazzjoni taghna fil-persuna ta’ Gesù Kristu, imma wkoll il-mod kif gejna mifdija minnu. Mill-erba’ kwalitajiet li semmejna, San Pawl jishaq l-aktar fuq l-ewwel wahda (dik rapprezentattiva) u japplikaha kemm ghal Gesù u kemm ghal Abraham. Dan jaghmlu, però, minghajr ma jichad esplicitament jew implicitament it-tliet kwalitajiet l-ohra.

4. Gheluq

B’hekk temmejna l-istharrig taghna. Ghall-heffa, hawntaht se nigbor xi punti ewlenin li semmejna bhala referenza fil-qosor ta’ dak li ghedna tul din il-kitba:
  • Meta xi hadd ikellmek jew jistaqsik dwar l-evoluzzjoni, staqsih jekk huwiex qieghed ikellmek dwar l-evoluzzjoni biologika fiha nnifisha jew inkella dwar it-tifsira li ta Darwin ta’ kif sehhet dik l-evoluzzjoni biologika.
o Jekk jghidlek li qieghed jirreferi ghall-evoluzzjoni b’mod generali―jigifieri bhala fenomenu fih innifsu―allura assigurah li din mhemmx problemi dwarha u hija fatt mija fil-mija.
o Jekk jghidlek li qieghed jitkellem specifikament dwar it-tifsira li ta Darwin ta’ kif jghid li sehhet l-evoluzzjoni biologika, allura fissirlu li din hi biss ipotezi―anki jekk plawsibbli u probabbli hafna―u li l-fenomenu tal-evoluzzjoni biologika ghad jista’, ghall-argument, ikollna tifsiriet differenti minn dik li ta Darwin dwar kif sehh.
  • Meta xi hadd ikellmek jew jistaqsik dwar il-Big Bang, fissirlu zewg affarijiet:
o L-ewwel li, bhal fil-kaz tat-tifsira tal-fenomenu tal-evoluzzjoni minn Darwin, din hi biss ipotezi―anki jekk plawsibbli―u ghad jista’, ghall-argument, ikollna tifsiriet differenti dwar kif sehh il-bidu tal-univers.
o It-tieni, li, sehh kif sehh il-bidu tal-univers―hux bil-Big Bang jew b’xi mod iehor―, dan ma jibdilx il-fatt li l-hajja biologika fid-dinja sehhet bl-evoluzzjoni.
  • Meta xi hadd jghidlek li dawk kollha li jemmnu f’Alla Hallieq (il-‘Kreazzjonisti’) bilfors iridu jichdu t-teorija tal-evoluzzjoni biologika, fissirlu li mhuwiex korrett. Ahna l-Kattolici, fost ohrajn, ma nichdux li l-hlejjaq hajjin inholqu bis-sistema tal-evoluzzjoni. Nemmnu li din kienet is-sistema li biha Alla Hallieq wettaq u jsostni l-holqien tieghu.
o Jekk jghidlek li t-teorija tal-evoluzzjoni biologika u t-twemmin f’Alla Hallieq bilfors jeskludu lil xulxin, fissirlu li lanqas dan ma huwa minnu, ghax ahna nemmnu li l-harriek ta’ dan kollu tabilhaqq kien u ghadu Alla.
o Jekk jghidlek li l-Big Bang saret wehedha, fissirlu li, anki jekk dan hu minnu, il-materja li splodiet bil-Big Bang giet minn xi mkien u dan ma jeskludix li holoqha Alla; u lanqas ma jeskludi li l-Big Bang, jekk qatt sehhet, kienet parti mill-pjan hallieq ta’ Alla sa mill-eternità.
o Jekk jistaqsik jekk ir-ruh kinetx suggetta ghall-evoluzzjoni bhalma kien il-gisem tal-bniedem, wiegbu li le: ir-ruh hi personali u tinghata minn Alla direttament u personalment lil kull individwu uman li jitnissel.
  • Meta xi hadd jghidlek li hu impossibbli li l-univers sar f’sitt ijiem, fissirlu li r-rakkonti tal-holqien mhumiex intenzjonati li jittiehdu litteralment u li dawn ghandhom siwi purament teologiku u spiritwali.
o Jekk jistaqsik jekk Adam u Eva ezistewx bhala persuni tad-demm u l-laham bhalna, wiegbu li le: dawn huma figuri spiritwali li jirrapprezentaw jew jippersonifikaw il-gens uman kollu.
o Jekk jistaqsik jekk id-dnub originali giex trasmess lilna b’mod fiziku, ukoll wiegbu li le: id-dnub originali jigi trasmess lilna spiritwalment minhabba li lkoll kemm ahna ghandna sehem mill-istess natura umana.


Referenzi
  • Akwinu, San Tumas ta’ (2008) Summa Theologiae, www.newadvent.org/summa (access: 6 ta’ Jannar tal-2009).
  • Denzinger, Heinrich (2008) Enchiridion Symbolorum, www.catecheticsonline.com/SourcesofDogma.php (access: 6 ta’ Jannar tal-2009).
  • Kuyper, Abraham (1900) Work of the Holy Spirit, www.ccel.org/ccel/kuyper/holy_spirit.html (access: 25 ta’ Frar tal-2009).
  • Mayr, E (1988) Toward a New Philosophy of Biology: Observations of an Evolutionist, Belknap Press/Harvard University Press: Amerika.
  • National Centre for Science Education (2008) ncseweb.org (access: 15 ta’ Dicembru tal-2008).
  • Popper, K (1974) The Logic of Scientific Discovery, 6tt ed., Hutchinson: Londra, Ingilterra.
  • Vatikan, Akkademja Pontificja tax-Xjenzi (2008) Scientific Insights into the Evolution of the Universe and of Life, Atti ta’ Asseblea Plenarja mizmuma fil-Vatikan bejn il-31 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru tal- 2008, www.vatican.va/roman_curia/pontifical_academies/acdscien/2008/BOOKLET_10.pdf (access: 4 ta’ Dicembru tal-2008).
  • Wilkins, John S. (1997) www.talkorigins.org/faqs/evolphil.html (access: 26 ta’ Novembru tal-2008).
  • Zerafa, Pietru Pawl (1992) ‘Il-personalità korporattiva fit-tradizzjoni Bibblika’, Knisja 2000, nru. 39, Provincja Dumnikan Maltija, Malta.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?