Ir-religjon fis-socjetà Maltija llum (5)

IL-HAMES PARTI

Illum hafna minna huma mdorrijin bil-mobajls, l-Internet, l-ipods, l-ifons u hafna ‘mirakli’ elettronici ohra. Imma sa ghoxrin sena ilu (biss) dawn l-affarijiet ma kinux jezistu u sa ftit qabel it-televizjoni u r-radijiet kienu xi haga skarsa. Din l-ispluzjoni elettronika fuq bazi popolari esponiet lill-Maltin ghal enormità ta’ informazzjoni gdida u holqot invazjoni giganteska ta’ miljuni ta’ ideat godda u alternattivi li naturalment inkludew spiritwalitajiet, religjozitajiet u forom ta’ ghajxien li fil-gzejjer Maltin ftit li xejn kienu semghu bihom qabel. Dan affettwa mhux ftit ir-religjon predominanti tal-Maltin―jigifieri dik Kattolika.

Drittijiet u turizmu

It-tieni, minn nofs is-seklu l-iehor lil hawn kiber il-kuncett tal-harsien tad-drittijiet tal-bniedem. Apparti l-hafna aspetti interessanti u importanti ta’ dan il-kuncett relattivament gdid, kien hemm ukoll dak tar-rispett lejn il-libertà religjuza tal-individwi. Dan kien ifisser, ghallanqas f’socjetajiet imfassla fuq il-mudell demokratiku tal-punent, li ebda religjon ma tista’ timponi l-moralità u l-perspettiva taghha b’detriment ghal moralitajiet u perspettivi ohrajn.

It-tielet, it-turizmu―li kiber f’Malta u f’Ghawdex mis-snin sittin tas-seklu l-iehor b’rata qawwija―gab il-Maltin f’kuntatt dirett ma’ hafna barranin u ma’ stili ta’ hajja xi kultant differenti hafna minn taghhom. Dan kellu effett sinifikanti fuq kif il-Maltin iharsu lejn il-prattika tar-religjon taghhom, specjalment f’oqsma li jorbtu mas-sesswalità u l-regolamentazzjoni taghha.

Il-mentalità konsumeristika

Fl-ahharnett, il-firxa tal-kuncett tas-suq hieles fuq mudell kapitalista bbazat fuq l-industrijalizzazzjoni―specjalment fit-tieni nofs tas-seklu l-iehor―xettel mentalità konsumeristika fost il-Maltin. Din il-firxa titlob bidla qawwija fil-kultura, li taghti hafna aktar importanza lil valuri ta’ produttività, kompetizzjoni, gwadann u gid personali milli lil dawk li jiffavurixxu spiritwalità jew religjozità matura fl-altruizmu u s-sagrificcju personali.

Dawn il-fatturi kollha flimkien ghenu halli, ma’ l-ohrajn li semmejna, jinholoq l-istat li r-religjon ghandha fis-socjetà Maltija tallum. Ghaldaqstant, huwa fuq l-effetti taghhhom li se niffukaw issa.

Hajra ghall-helsien

Is-sittinijiet tas-seklu l-iehor kien zmien ta’ bidla kbira, kemm fix-xena lokali u wisq aktar fix-xena internazzjonali. Fil-gzejjer Maltin, kull bidla aktarx qatt ma ssir b’xi dinamika interna. Nigu mgeghlin ninbidlu. Tabilhaqq, fil-bicca l-kbira tal-istorja taghna minn dak iz-zmien lil hawn, kien aktar b’dan il-mod li sehhew fostna l-bidliet. B’mod partikulari, u forsi wkoll b’mod specjali, dan jghodd ukoll ghall-Knisja Kattolika f’Malta u f’Ghawdex. Infatti, il-Knisja rari, jekk qatt, zviluppat xi vizjoni li tmur xi ftit lil hinn minn dak li hu immedjat, imma tista’ tghid li dejjem fittxet li tikkonserva l-qaghda li tiffavurixxiha l-aktar. B’hekk kwazi dejjem tat l-impressjoni li hi istituzzjoni ta’ rezistenza b’ideat qodma.

F’dawn l-ahhar snin, din l-impressjoni bdiet trabbi l-gheruq minn zmien il-qawmien tal-hajra politika ghall-helsien ta’ pajjizna. Il-Knisja Kattolika f’Malta u f’Ghawdex m’gharfitx tissieheb f’din il-hajra b’mod pozittiv. Essenzjalment, jidher li ratha bhallikieku kienet xi haga barra minn lokha u, f’xi zmien, anki dehret li ppreferiet li ma kien jezisti xejn. Ghaldaqstant, fic-cirkustanzi jidher li aktar fittxet li tikkontrolla l-hsara li gharfet li setghet ikollha hajra bhal din milli li tnebbah l-entuzjazmu ghaliha u ghall-valuri li setghet iggib maghha.

Toghma hazina

Jista’ wiehed jghid li, f’dan kollu, l-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika f’Malta u f’Ghawdex kienu aktar preokkupati bil-possibbiltà li l-istituzzjoni taghhom titlef il-privileggi politici u s-supremezija kulturali li kienet tgawdi sa dak il-mument milli li tahseb fil-gid nazzjonali. Fl-ahhar mill-ahhar, dan ma halliex toghma tajba mal-bicca l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin, specjalment meta, ma’ l-izviluppi kostituzzjonali, beda jsehh ukoll progress ekonomiku.

Comments

Popular posts from this blog

Il-GB tibqa’ ġewwa

Fearing secularisation

Min irid il-paċi?